![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Ikla ta' Klara ma' Frangisku mill-Fjuretti ta' San Frangisk, Kap 15
Kif santa Klara kielet ma' san Frangisk u ma' shabu f' Santa Marija ta' l-Angli.
Meta san Frangisk kien ikun Assisi ta' spiss kien izur lil Santa Klara, u jaghtiha taghlim qaddis. Hi kienet tixtieq hafna li tiekol darba mieghu, u talbitu dan hafna drabi, imma hu qatt ma ried jaghtiha dan il-farag. Shabu li kienu jafu b'din ix-xewqa ta' Santa Klara, qalu lil San Frangisk: "Missier, ma jidhrilniex li din l-ebusija tieghek taqbel ma' l-imhabba divina; ohtna Klara, xebba hekk qaddisa, hi tant ghaziia ghal Alla, u int ma tridx tismaghha u taghaqalha xewaitha f'haga hekk zghira, li tiekol maghha. Imissek ukoll iggib quddiem ghajnejk li hi, minhabba l-priedki tieghek, halliet il-ghana u t-tlellix tad-dinja. U wkoll li talbitek pjacir akbar minn dan, int kien ikollok taghmilulha lill-pjanta z-zghira tieghek".
Imbaghad San Frangisk wiegeb: "Jidhrilkom li jien ghandi nisma' minnha?" Wiegbu Shabu: "Iva, missier, jixraq li taghmlilha dan il-pjacir u tatiha dan il-farag". Qal imbaghad San Frangisk: "La lilkom jidhrilkom hekk, jidher hekk lili wkoll. Imma biex hija jkollha aktar farag, irrid li l-ikla naghmilha Santa Marija ta' l-Angli, ghax hi ilha zmien twil maghluga f'San Damjan: Jaghmlilha tajjeb li tara 'l Santa Marija ta' l-Angli, fejn inqataghlha xaghrha u tgharrset ma' Gesù Kristu. Nieklu hemm flimkien f'isem Alla".
Meta wasal il-jum miftiehem Santa Klara harget mill-monasteru flimkien ma' soru sehbitha, u wkoll xi shab ta' San Frangisk, u giet Santa Marija ta' l-Angli. Sellmet bil-qima kollha lill-Vergni Marija quddiem l-altar taghha, fejn qatghulha xaghrha u rceviet il-velu. u mbaghad qaghdu jdawruha mal-post sakemm sar ii-hin ta' l-ikel. Sadanittant San Frangisk ta l-ordni biex ihejju ghall-ikel fuq il-qiegha ta' l-art, kif kien soltu jaghmel.
Meta sar il-hin ghall-ikel San Frangisk u Santa Klara qaghdu bilqieghda flimkien, u wiehed mis-shab ta' San Frangisk qaghad hdejn siehbet Santa Klara, u l-ahwa l-ohra ntasbu ghall-ikel bl-umiltà kollha. Wara li kielu l-ewwel platt San Frangisk beda jitkellem fuq Alla, u tkellem b'tant hlewwa, b'tant gherf, u qal hwejjeg hekk ta' l-ghageb li nizlet fuqhom ilkoll bil-kotra l-grazzja divina, u lkoll intilfu f'Alla.
Waqt li kienu mehdijin hekk f'Alla, iharsu 'l fuq u jdejhom merfughin lejn is-sema, in-nies ta' Assisi u ta' Bettona, u ta' l-inhawi ta' madwar, raw li Santa Marija ta' l-Argli u l-post kollu u l-masgar li dak iz-zniem kien hemm mieghu, kienu huggiega wahda, u dehrilhom li xi nar kbir hakem il-knisja, il-post u l-masgar flimkien. Ghalhekk in-nies ta' Assisi gew 'l hemm isfel biex jitfu n-nar, ghax hasbu li tabilhaqq kien hemm xi haga qieghda taqbad. Meta waslu fuq il-post u raw li ma kien hemm xejn jaqbad, dahlu fil-knisja u sabu lil san Frangisk ma' Santa Klara u l-ishab l-ohra taghhom, ilkoll mehdijin fil-kontemplazzjoni ta' Alla, u mdawrin madwar mejda umli. Dan qieghelhom jifhmu li n-nar li raw kien nar divin, u mhux materjali. Kien Alla li ghamel li dan in-nar jidher b'mod mirakuluz biex juri u jfisser in-nar ta' l-imhabba divina li bih kienu mheggin l-erwieh qaddisa ta' dawk l-ahwa, irgiel u nisa. Telqu lura b'qalbhom mimlija farag u edifikati hafna b'li raw.
Wara li ghadda hafna hin, u San Frangisk u Santa Klara u shabhom l-ohra gew f'taghhom, hassewhom imxebbghin bl-ikel spiritwali, u ftit taw kaz ta' l-ikel tal-gisem. U meta dik l-ikla mbierka spiccat, Santa Klara flimkien ma' sehbitha marret lura lejn San Damjan. Meta rawha s-sorijiet ferhu hafna ghax kellhom il-biza' li San Frangisk jibghatha tiehu hsieb tmexxi xi monasteru iehor, kif kien baghat lil suor Anjeze, ohtha l-qaddisa, biex bhala badessa tmexxi l-monasteru ta' Monticelli ta' Firenze. Darba minnhom lil Santa Klara San Frangisk kien qalilha: "Kun lesta, ghax jista' jkolli bzonn nibghatek xi mkien iehor". U hi, bhala bint l-ubbidjenza, kienet wegbitu: "Missier, jien dejjem lesta biex immur kull fejn tibghatni int". imma s-sorijiet ferhu hafna meta regghu rawha maghhom, u minn dak iz-zmien 'il quddiem Santa Klara bagghet dejjem thossha imfarrga. Ghat-tifhir ta' Gesù Kristu u tal-fqajjar Frangisku. Amen.
Dan l-epidosju mehud mill-Ktieb il-Fjuretti ta' san Frangisk t'Assisi, Edizzjoni TAU, 1990, 33-34 Assisi 29.7.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |