![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
L-Ahhar Milied ta' Klara mill-Fjuretti ta' San Frangisk, Kap 35
Dwar kif meta Santa Klara kienet marida, b'miraklu fil- festa tal-Milied bil-lejl kienet mehuda fil-knisja ta' San Frangisk, u hemm semghet l-Ufficcju Divin.
Darba minnhom Santa Klara kienet marida sewwa u ma setghetx tmur il-knisja biex tghid l-Ufficcju mas-sorijiet l-ohra. Habtet il-festa solenni tat-twelid ta' Kristu u, waqt li l-ohrajn kollha marru jghidu l-matutin, hi baqghet fis-sodda, u hassitha mdejga li ma setghetx tmur ma' l-ohrajn u ggarrab dak il-farag spiritwali. Imma l-gharus taghha Gesù Kristu, billi ma riedx ihalliha hekk imdejqa, ghamel li tittiehed mirakolozament fil-knisja ta' San Frangisk u tkun prezenti ghall-Ufficcju tal-matutin u l-quddiesa ta' bil-lejl, u barra dan tircievi wkoll it-tqarbin; wara, imbaghad, rega' hadha lura f'soddtha.
Meta s-sorijiet gew lura mill-knisja ta' San Damjan wara li spicca l-Ufficcju, lil Santa Klara qalulha: "O ommna u ohtna Klara, x'farag garrabna f'din il-festa tal-Milied! Li kieku ghogob lil Alla li tkun maghna int ukoll!" U santa Klara wiegbithom: "Jien nizzi hajr u nfahhar lill imbierek Mulej taghna Gesù Kristu, huti u wlied tieghi l-aktar eghziez, ghax ruhi garrbet il-farag kollu billi hadet sehem fic-cerimonja kollha ta' dan il-lejl qaddis, farag akbar minn dak li hassejtu intom. Ghax ghall-grazzja tal-Mulej taghna Gesù Kristu u l-intercessjoni tal-missier tieghi San Frangisk, jien kont hemm prezenti fil-knisja tal-missier tieghi san Frangisk, u bil-widnejn ta' gismi u ta' ruhi smajt l-Ufficcju kollu u d-daqq ta' l-orgni li kien hemm, u hemm ukoll ircevejt it-tqarbin imqaddes. Ifirhu, ghalhekk, ghal din il-grazzja li giet moghtija lili, u izzu hajr lil Alla".
Ghat-tifhir ta' Gesù Kristu u tal-fqajjar Frangisku. Amen
Nota: Dan l-episodju hu maghruf kemm fil-Legenda S. Clarae kif ukoll fl-Atti tal-Process ta' Kanonizzazzjoni ta' Santa Klara. Waqt li l-Fjuretti jghidu li l-qaddisa ittiehdet mirakolozament fil-bazilika ta' San Frangisk u hemmhekk tqarbnet ukoll, ix-xhieda l-ohrajn jitkellmu biss dwar vizjoni u smiegh ta' dak kollu li kien qed jigri Dan l-epidosju mehud mill-Ktieb il-Fjuretti ta' san Frangisk t'Assisi, Edizzjoni TAU, 1990, 81-82. Assisi 29.7.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |