Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

<<|werrej|>>


Klara tbierek il-Hobz


mill-Fjuretti ta' San Frangisk, Kap 33


 

Dwar kif Santa Klara, bi kmand tal-Papa, bierket il-hobz li kien fuq il-mejda, u kif fuq kull hobza deher is-sinjal tas-Salib imqaddes.

 

Santa Klara, dixxipla devota hafna tas-Salib ta' Kristu, u pjanta nobbli ta' San Frangisk, kienet ta' qdusija hekk kbira li, mhux biss isqfijiet u kardinali, imma sahansitra l-Papa kien jixtieq hafna li jaraha u jismaghha, u ta' spiss kien jigi jzurha hu personalment.

 

Darba minnhom il-Missier qaddis mar il-monasteru biex jismaghha titkellem dwar il-hwejjeg tas-sema u divini. Waqt li kienu jitkellmu flimkien fuq hafna affarijiet, santa Klara tat ordni biex tithejja l-mejda u fuqha jitqieghed il-hobz biex ibierku l-Missier qaddis. Meta temmew iddiskorsi spiritwali li kienu qed jaghmlu, Santa Klara nizlet gharkobbtejha b'qima kbira u talbitu biex joghgbu jbierek il-hobz li kien hemm fuq il-mejda. Wegibha l-Missier qaddis: "Ohti Klara, mara ta' fidi kbira, irrid li int tbierek dak il-hobz u taghmel fuqu s-sinjal tas-salib l-aktar qaddis ta' Kristu, int li offrejt lilek innifsek kollok kemm int lilu". U Santa Klara qalet: "Missier l-aktar qaddis, ahfirli, imma kien ikun haqqni canfira kbira hafna li kieku jien, mara ckejkna li ma niswa ghal xejn, kelli nazzarda naghti barka bhal dik".  U l-Papa wiegeb: "Biex dan ma jkunx eghmil gej mill-prezunzjoni, imma jkun eghmil bil-mertu ta' l-ubbidjenza, nikkmandak b'ubbidjenza qaddisa li taghmel fuq dan il-hobz is-sinjal tas-salib l-aktar imqaddes, u tbierek dawn il-hbejziet fl-isem ta' Alla".

 

Minnufih Santa Klara, bhala bint vera ta' l-ubbidjenza, bierket b'qima kbira bis-sinjal tas-salib imqaddes ta' Kristu dawk il-hobziet. Haga ta' l-iskantament! fuq dawk il-hobziet kollha minnufih deher is-sinjal tas-salib, immarkat b'mod preciz u mill-aktar sabih. Bicca minn dawk il-hobziet ittieklu, waqt li ohrajn inzammu bhala prova tal-miraklu. U l-Missier qaddis, li ra b'ghajnejh il-miraklu, izza hajr lil Alla, bierek lil Santa Klara, ha minn dak il-nobz, u telaq.

 

F'dak iz-zmien f'dak il-monasteru kienu jghixu suor Ortolana, omm santa Klara, u suor Anjeze, ohtha, it-tnejn li huma, flimkien ma' Santa Klara, mimlijin bil-virtujiet u bl-Ispirtu s-Santu, u kien hemm ukoll hafna sorijiet ohra qaddisa. San Frangisk kien jibghatilhom ghandhom hafna morda, u kienu jaghtuhom lura sahhithom bil-qawwa tat-talb taghhom u s-sinjal tas-salib l-aktar imqaddes li kienu jaghmlu fughom.

 

Ghat-tifhir ta' Gesù Kristu u tal-fqajjar Frangisku. Amen.

 

<<|werrej|>>


Dan l-epidosju mehud mill-Ktieb il-Fjuretti ta' san Frangisk t'Assisi, Edizzjoni TAU, 1990, 77-78.

Assisi 29.7.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali