Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

<<|werrej|>>


Klara u l-Qattusa


addatta mill-Process ta' Kanonizzjoni ta' Santa Klara


 

Klara kienet ilha marida mindu kellha wiehed u ghoxrin sena, Ma kienetx ghazlet hlief li timtedd fuq sodda iebsa ta' l-injam u titghatta bi xkora u xi ftit tiben biex tkun tista' tilqa' l-ksieh u l-bard xitwi. Kif kienet f'dik is-sura, fuq wiccha sfura tal-me~wt, kienet, tistenna l-waqt ghaziz li ttir ghas-sema imma, xtaqet qabel ma tmut ittemm xoghol  li kien wisq ghal qalbha: kienet qed tirrakkama terha ghall-altar. Dan ix-xoghol kien wisq ghaziz ghaliha, ghax kien ghall-Knisja.  dawk idejha kienu mdorrija sewwa jirrakkmaw u tghidx xi gmiel ta' xoghol kien johrog minn taht idejha!

 

Kienet ta' sikwit issejjah lis-Sorijiet hutha; imma dawn mhux dejjem kienu jisimghu 'l ommhom issejhilhom, bejn ghax ikunu 'l boghod minnha u bejn ghax il-lehen taghha, kien djief sewwa. Imma ghalkemm bosta drabi ma kienitx tigi mismugha, gara haga ta' l-ghageb li baqghet jissemma.

 

Kif nafu, bosta Qaddisin minghajr ma jitkellmu kienu jfehmu lill-"gheziez" taghhom il-htegijiet li jkellhom, u dawn, bla tnikkir kien jaqtghu x-xewqat ta' dawn l-erwieh qaddisa. Ma' dawn l-"gheziez" nistghu nghoddu ghadd ta' annimali c-cawlun, l-ajkla, l-uzinjol, il-haruf u bosta ohrajn: fosthom anki l-lupu. Santa Klara kellha esperjenza helwa mal-qattusa tal-monsteru.

 

Insibu fil-process ta' Santa Klara dan il-grajja, li l-Qaddisa stess qalet lis-sorijiet hutha. Tirrakkonta il-fatt id-disa' xhud, Swor Francesca, bint Messer Capitaneo da Col de Mezzo, soru tal-monasteru San Damjan li kienet tghix f'dak il-post ma' Klara ghal aktar minn wiehed u ghoxrin sena.  Mitlub tghid kif kienet taf dan, Swor Francesca wiegbet li kienet il-qaddisa Klara stess li qalithulha.

 

Il-Qaddisa Klara kien tghix f'kunvent ma' hutha s-Sorijet f'faqar l-aktar kbir. Il-Qaddisa kienet thobb li jkollha, l-kumpanija ta' xi annimal meta kienet imsammra fis-sodda tal-marda taghha. Kienet thobb il-qattus li kien joqghod jaqbez magenbha u jitliegheb maghha.  Darba minnhom meta Klara rat li kien ta' xejn issejjah lis-sorijiet biex inewlulha t-terha li xtaqt tkompli tirrakkma ghal-altar, kompliet tghaddi zmien fit-talb u fl-ghaqda mal-Mulej.

 

Imma gara li quttusa zghira kienet semghetha tghajjat lis-Sorijiet, u dak il-hin il-qattusa ckejkna tal-monsateru tat qabza ghal fuq il-mejda, gabret mill-ahjar li setghet it-terha u marret biha lejn is-sodda ta' Klara tkarkar t-terha warajha.

 

Mata Klara ratha lill-qattusa ggor it-terha b'dak il-mod ghajjet maghha: "Eh ja Qattusa ckejkna! Int ma taf iggibha dik it-terha: ghaliex qieghda tkarkarha hekk ma' la-art?" 

 

Imbaghad il-qattusa bhallikieku kienet fehmet dak il-kliem, bdiet tgerbeb it-terha bir-reqqa u bl-ghaqal biex ma tmissx ma' l-art u qieghditha quddiem Klara.  KLara meta rat dan qalet bil-hlewwa kollha lill-qattusa: "Ghaziz Qattusa ckejkna, imqar l-annimali kollha kellhom qalb tajba bhal tieghek!"

<<|werrej|>>


Dan l-epidosju miktub  minn Guzeppi M. Stivala miz-Zebbiegh - Malta deher fuq il-Habbar ta' Sant'Antnin (sena ?) pagna 124-6.  Il-Process tal-Kanonizzaajoni ta' San Klara tista' tarah fil-ktieb Klra ta' Assisi, Ghejun Medjevali dwar hajjitha, Edizzjoni TAU, 1993, pp 15-63. Ir-Ritratt "Santa Chiara inferma con la Gatta" huwa ta' Luciana Fioroni 2003, jinsab bil-Biblioteca tas-Sacro Convento f'Assisi.

Assisi 29.7.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali