Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003
 

<<|werrej|>>


Il-Mahbub ta' Santa Klara


kitba ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC


 

Santa Klara ta' Assisi hija mudell ta' qalb zaghzugha li kienet tassew imkebbsa bl-imhabba ghal Gesł. Din l-imhabba kibret fiha sa minn tfulitha u qalbha mtliet b'xewqa kbira li tkun biss tal-Mulej Gesł. L-ezempju u l-kelma ta' Frangisku Bernardone ghenuha taghraf il-vokazzjoni taghha, dak li Alla ried minnha. Bhal Frangisku ta' Assisi, hija ghazlet li tghix hajja ta' semplicitą u faqar fuq il-passi ta' Kristu fqir, umli u msallab, li sar l-oggett tal-kontemplazzjoni taghha. Hija kienet l-ewwel xitla ckejkna ta' San Frangisk u ghexet l-idejal jew ahjar il-karizma ta' San Frangisk fil-Monasteru ta' San Damjan flimkien ma' tfajliet ohra li wiegbu ghall-istess sejha. Monasteri ohra nibtu f'diversi postijiet fl-Italja u f pajjizi ohra. Insemmu biss wiehed: il-Monasteru ta' Praga li waqqfet Sant'Anjeze, bint is-Sultan Ottakar tal-Boemja.

 

L-imhabba ta' Klara ghal Gesł

tidher fl-ittri taghha lil Anjeze

Klara kienet tikteb lil Anjeze u ghandna f idejna erbgha minn dawn l-ittri ta' Klara. F'dawn l-ittri, Klara taghti xhieda ta' l-gharfien taghha ta' Gesł Kristu u ta' mhabbitha lejH. Hija thalli lil qalbha titkellem bit-liberta' biex taghmel il-qalb lil Anjeze fil-ghazla u fil-mixja taghha wara Gesł.

 

Meta Klara kitbitilha l-ewwel ittra fl-1235, ic-cirkustanzi kienu li l-Principessa Anjeze kienet ghadha kif hassret l-gherusija taghha ma' l-Imperatur Federiku II. F'din l-ittra Klara titkellem fuq Gesł Kristu bhalma mara mikula mill-imhabba titkellem fuq Dak li hija ghazlet biex ikun l-Gharus taghha u l-imhabba tieghu timlieha b'ferh li ma jistax jitfisser fi kliem! Klara nghatat ghalih kollha kemm hi u tistenna kollox minghandu. L-ittra ta' Klara hija ghanja ta' staghgib u rikonoxxenza ghall-imhabba ta' l-Gharus wahdieni u li ma hawnx bhalu, li ghamel maghha u mal-bnedmin kollha hwejjeg kbar.

 

FI-ittri taghha lil Anjeze, Klara ssejjah lil Gesł b'bosta ismijiet: 'ir-Re tar-rejiet u s-Sid tas-sidien', 'il-Hallieq taghna', 'il-Feddej taghna', 'il-farag taghna', 'id-dija tal-glorja eterna'... Klara turi lil dan l-Gharus taghha, Gesł Kristu, bhala 'l-Iben ta' l-Aktar Glioli', li ghall-imhabba taghna 'sar l-ahhar wiehed fost il-bnedmin'. Ghal Klara, Gesł Kristu huwa Dak li jghaddi b'mod infinit lill-hiejjaq kollha bil-kobor u d-dinjitą tieghu, bil-qawwa u l-ghana tieghu, imma wkoll bit-tjubija, il-hlewwa, is-sbuhija tieghu u fuq kollox b'imhabbtu stess.

 

Fl-ittri ta' Klara jispikka hafna l-kuntrast qawwi bejn id-Divinitą u l-Umanitą ta' Kristu. Ghal Klara, Gesł huwa wkoll 'Dak li twieled fqir, ghex fqir u miet gheri fuq is-Salib', Dak li 'sar l-ahhar wiehed fost il-bnedmin', il-bniedem tat-tbatija, 'immaqdar, imsawwat u midrub f' gismu kollu' li 'ghall-imhabba taghna' miet fost l-ehrex tbatijiet fuq is-Salib'. Huwa f'dan il-faqar, f'dawn is-sofferenzi, f'din l-umiltą ta' l-ghageb tal-kundizzjoni umana tieghu li Klara trid taqsam il-hajja ta' Kristu, il-Mulej tal-glorja, il-Mulej twajjeb li jista' kollox.

 

Hija taghmel kuragg lil Anjeze u tiktbilha: 'issahhah fis-servizz li inti dhalt ghalih b'xewqa mhegga ghall-Imsallab Fqir' (1 Ittra, vs 13). Fit-tieni ittra tghidilha: "Vergni fqira, tghannaq ma' Kristu fqir (vs 18)... ahseb fuqu u kkontemplah u xtieq b'herqa li ssir tixbhu" (vs 20). Fit-tielet ittra tohrog qawwija t-tema tal-ferh. "Ifrah dejjem fil-Mulej"(vs 10) tiktbilha lil Anjeze u zzid theggigha b'dan il-kliem: "u minghajr ma taghti lanqas harsa wahda lejn dawk il-hwejjeg li f'din id-dinja qarrieqa u mqallba jonsbu n-nases taghhom ghall-ghomja li jorbtu qalbhom maghhom, hobb b'qalbek kollha lil Dak li, ghax habbek, ta' lilu nnifsu kollu kemm hu'" (vs 15).

 

Bejn l-ewwel ittra u r-raba' ittra ghaddew tmintax-il sena. Fl-ahhar ittra, Klara tohrog b'hegga akbar imhabbitha ghall-Gharus: "Hienja tassew int! Lilek gie moghti li tinghaqad b'qalbek kollha ma' Dak... li mhabbtu thenni, il-kontemplazzjoni tieghu trodd is-sahha mill-gdid u t-tjieba tieghu xxabba' ". (vs 9-11).

 

Hutha s-Sorijiet jaghtu xhieda

dwar l-imhabba ta' Klara ghal Gesł

Klara ghexet 42 sena fil-Monasteru ta' San Damjan, hajja ta' penitenza ferrieha u talb bla heda. Hija mietet fil-11 ta' Awissu 1253 u proprju dis-sena, il-Familja Frangiskana mad-dinja kollha qed ticcelebra s-750 sena mill-mewt taghha. Klara giet dikjarata qaddisa sentejn wara mewtha. Fil-process ta' kanonizzazzjoni, hutha s-Sorijiet xehdu dwar l-imhabba taghha ghal Gesł murija fit-talb u fl-imhabba taghha ghas-sorijiet u ghal dawk kollha li kienu jzuruha jew jimkorru ghat-talb taghha. L-ewwel xhud, Suor Pacifica, qalet: "l-Omm qaddisa kienet titlob kollha hegga u bla waqfien...Meta kienet tigi lura mit-talb, kienet twissi u tfarrag lil hutha, tghidilhom dejjem kliem Alla, kliem l kien dejjem fuq fommha; ghax hija la riedet tghid u lanqas tisma' kliem fieragh. Meta kienet tigi lura mit-talb, hutha kienu jifirhu biha qisha giet mill-genna". Ir-raba' xhud; Suor Amata, qalet: "Kienet dejjem mehdija fit-talb u l-kontemplazzjoni. Meta kienet tigi lura mit-talb, wiccha kien jidher leqqien, u kien ikun sabih aktar mix-xemx. Kliemha kien ta' hlewwa li ma titfissirx, hekk li hajjitha kienet hajja tas-sema.' L-ghaxar xhud, Suor Agnese, tghid "Klara kienet titghaxxaq tisma' l-Kelma ta' Alla...kienet tisma' bil-galb priedki dottrinali."

 

X'tghidilhom Klara liz-zghazagh ta' llum

L-ispiritwalita' ta' Santa Klara nistghu nigbruha f'din is-sentenza li hi stess halliet fit-Testment taghha: "L-Iben ta' Alla sar it-Triq taghna u din it-triq giet murija u mghallma lilna bil-kelma u bl-ezempju mill-missier qaddis taghna Frangisku, li kien tant ihobbu u jimitah" (vs 5).

 

Klara habbet lil Gesł. Ghexet mieghu. Ghexet bhalu. Ghexet ghalih. L-ispirtu, ir-rieda, il-gisem taghha gibduha f'direzzjoni wahda: li thobb lil Gesł. Ir-rizultat ta' dan kien li ghexet hajja ekwilibrata u ferhana. L-ahhar kelmiet taghha qabel mietet kienu: "Grazzi, Mulej, li hlaqtni".

 

Fil-qalb zghazugha ta' Klara kien hemm entuzjazmu, energija, idealizmu u generozitą. Dawn il-kwalitajiet sbieh umani jinsabu mohbija wkoll fil-qlub taz-zghazagh tal-lum. Kull bniedem, hu min hu, qed ifittex il-ferh li jhobb u li jkun mahbub b'imhabba vera, totali u li tbiqa'.

 

Din hija xewqa li ngorru fil-fond ta' qalbna ghax kull bniedem hu mahluq mill-Imhabba u ghall-Imliabba. Il-milja tax-xewqat taghna huwa Gesł. Fih biss nilhqu l-iskop taghna u naghmlu success minn hajjitna. Fid-dawl tieghu kollox jidher f'postu u f'qiesu.

 

Klara, li isimha jfisser 'dawl', imkebbsa min-nar ta' l-imhabba Divina, ghadha ddawwal mill-qalba tal-Knisja u turi t-triq liz-zghazagh ta' llum. Minn Klara, qlub zghazagh jistghu jiksbu hajja gdida biex jieqfu lill-hazen tad-dinja ta' madwarhom.

 

Klara turihom l-importanza tad-dinjitą ta' kull persuna umana u tal-holqien kollu u tghallimhom jibnu hajjithom fuq il-veri valuri spiritwali.

 

Sfortunatament qed jigri liz-zghazagb, turmemtati minn gewwa u minn barra bil-preokkupazzjoni li jakkwistaw kwalifiki biex isibu xoghol u post fis-socjetą, ifittxu l-ferh fis-success tal-karriera, f'modi li jghaddu, fil-materjalizmu u l-konsumizmu, fl-idoli li joffrulna r-reklami u l-mass media.

 

Hemm x'uhud li jinfexxu f'giri sfrenat u pjaciri bla razan. Uhud jaqghu vittma tax-xorb jew tad-droga jew isibu ruhhom fix-xibka ta' xi setta, okkult jew satanizmu. Quddiem zwigijiet li qed jitkissru, xi zghazagh qed jibzghu mir-rabta taz-zwieg. Klara ghandha kelma ta' farag u ta' kuragg ghaz-zghazagh kollha li jemmnu fil-valur imprezzabbli ta' imhabba safja, sinciera u dejjiema.

 

Klara ghadha tghix fl-ulied spiritwali taghha, 20,000 Soru Klarissa li jghixu f'Monasteri mxerrda mad-dinja kollha. Bil-hajja taghhom ta' talb u penitenza ferrieha, il-Klarissi jigbdu fuq id-dinja l-grazzja salvifika ta' Alla u jdawlu u jwieznu lil dawk kollha li jahdmu ghal dinja ahjar. Huma "jaghtu glorja li-l-Missier taghna tas-sema fil-Knisja mqaddsa kollha tieghu' (Test vs 14) u jirreparaw ghall-offizi li tircievi l-Qalb ta' Gesł minn qlub ingrati billi jroddu imhabba ghall-imhabba bla tarf. B'hajjithom kollha moghtiha lilu jhobbu l-Imhabba mhix mahbuba.

<<|werrej|>>


Dan l-artilku gie mill-Klarissi ta' Malta fid-19 taģ Awissu 2003. Deher ukoll fuq il-Lehen is-Sewwa, tas-Sibt 16 ta' Awissu 2003.

Assisi 26.8.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt l253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-ll ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali