![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | |
L-Ewkaristija il-Papa u l-Ezempju ta' Santa Klara kitba ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC
Xi punti li laqtuni mill-Encklika dwar l-Ewkaristija Il-Knisja tiehu l-hajja taghha mill-Ewkaristija. Fl-Ewkaristija hemm il-gid kollu spiritwali tal-Knisja: Kristu nnifsu. L-Ewkaristija hija tezor imprezzabbli. Fis-Sagrificju tal-Quddiesa, Kristu joffi lilu nnifsu b'don lil Missier ghas-salvazzjoni taghna. Il-Quddiesa la zzid u lanqas timmultipplika s-sagrificcju tas-Salib u l-misteru tal-Qawmien, imma taghmilhom prezenti. L-Ewkaristija ghandha karattru universali u kosmiku. Tghaqqad l-art mas-sema. Hija l-ghana mill-aktar prezzjuz li ghandha l-Knisja fil-vjagg taghha tul l-istorja. Dan il-hobz haj huwa l-ghajxien li jaghti l-hajja lill-Knisja u li jibni lill-Knisja permezz tat-Tqarbin.
L-Adorazzjoni Ewkaristika Il-Papa jzid jghid li l-qima ta' l-Ewkaristija barra l-quddiesa hija ta' valur bla qies ghall-liajja tal-Knisja. Li tghaddi l-hin ma' Gesù fl-Ewkaristija u thoss l-imhabba bla tarf li hemm fil-Qalb ta' Gesù huwa pjacir. Li titkellem ma' Gesù, li taghmel l-adorazzjoni fis-skiet b'imhabba mill-qalb quddiem Kristu fis-Sagrament ta' l-Altar huwa wkoll bzonn. ll-Papa jistqarr fil-esperjenza personali tieghu hi li mill-Adorazzjoni Ewkaristika huwa jikseb qawwa, farag u appogg. Din il-prattika hija mfahhra u rakkomandata mill-Magisteru u mwiezna mill-ezempji tal-qaddisin.
L-Ezempiu ta' Santa Klara ta' Assisi Santa Klara ta' Assisi (1193-1253) hija l-Omm u l-Fundatrici tas-Sorijiet Klarissi. Din is-sena, hija taghlaq 750 sena mid-dhul taghha fil-glorja tas-sema. Sa mis-Seklu XIII, ikoni tal-qaddisa juruha qed izomm f'idha pissidi f'atteggjament ta' adorazzjoni umli. F'ikonografija li dehret aktar tard, hija qed izzomm f'idha l-ostensorju. Imma fi zmien Santa Klara, l-ostensorju kien ghadu ma bediex jintuza. Dan is-simbolu tal-hajja spiritwali ta' Klara juri li f'ghajnejn in-nies ta' zmienha, l-adorazzjoni ta' Kristu mohbi taht l-Ispeci Ewkaristici kienet nota dominanti fil-hajja kontemplattiva taghha. Fil-fatt, l-Adorazzjoni Ewkaristika kellha post importanti fil-hajja spiritwali tal-Knisja fil-bidu tas-Seklu XIII u dan wassal biex fl-1264 l-Papa Urbanu IV approva ufficcjalment l-festa tas-Santissimu Sagrament.
Il-Fidi Qawwija ta' Santa Klara fl-Ewkaristija Santa Klara kellha fidi qawwija u fiducja shiha f'Gesù fl-Ewkaristija. Lejh kienet tirrikorri kuljum u f'kull bzonn. Fil-Profess ta' Kanonizzazzjoni, l-ewwel xhud, Suor Pacifica, qalet: "L-Omm qaddisa kienet titlob kollha hegga u bla waqfien...". Ir-raba' xhud, Suor Amata, stqarret: "Kienet dejjem mehdija fit-talb u l-kontemplazzjoni. Meta kienet tigi lura mit-talb, wiccha kien jidher leqqien, u kien ikun sabih aktar mix-xemx. Kliemha kien ta' hlewwa li ma titfissirx...".
Fil-hajja ta' Santa Klara niltaqghu wkoll ma' grajjiet mirakuluzi li juru l-fidi qawwija taghha fl-Ewkaristija. lnsemmu xi whud.
L-ikla ta' l-ghageb Is-sitt xhud fil-Process, Suor Cecilia, tirrakkonta li darba minnhom, meta kien fadal biss nofs hobza ghas-Sorijiet kollha - billi n-nofs l-iehor kien intbaghat lill-patrijiet li kienu jaqdu lis-Sorijiet spiritwalment u materjalment - il-Madre qaltilha biex tqatta' hamsin porzjon minn dik in-nofs hobza, u tqassamhom lis-Sorijiet li kienu diga' ntasbu fuq il-mejda ghall-ikel. Imbaghad Suor Cecilia qalet lil Madre Klara: "Biex jirnexxili nohrog hamsin porzjon minn din in-nofs hobza, jehtieg li jsir il-miraklu ta' meta l-Mulej kattar il-hames hobziet u zewg hutiet!" Izda Santa Klara qaltilha: "Mur u ghamel kif ghedlek". Fil-Il-Leggenda ta' Santa Klara Vergni, Tumas minn Celano jkompli r-rakkont b'dan il-kumment : "Il-bint haffet u marret biex taghmel il-kmand ta' Ommha, u l-Omm haffet taghmel talbiet hergana lil Kristu ghal uliedha. U gara li l-Mulej kattar dak il-hobz b'tali mod li hija qattghet hamsin bicca kbira u tajba, kif kienet ikkmandatha taghmel Santa Klara.
Il-Monasteru mehlus mis-Saracini Il-fidi ta' Santa Klara fl-Ewkaristija dehret mill-aktar qawwija f'Settembru 1240 meta t-truppi tas-Saracini u Tartan fl-ezercitu ta' l-Imperatur Federiku II marru biex jattakkaw Assisi u dahlu fil-klawsura tal-Monasteru. Is-Sorijiet grew imwerwra ghand il-Madre Klara li kienet fis-sodda marida serjament. Hija baqghet kalma u gieghelithom igibuha quddiem id-dahla tar-refettorju, u jgibu l-kaxxa z-zghira tal-fidda u l-ivorju li fiha kien jinzamm is-Sagrament Imqaddes ta' Gisem il-Mulej Gesù Kristu. Inxtehtet minn tulha fl-art titlob, u bid-dmugh f'ghajnejha qalet fost hwejjeg ohra "Mulej hares lil dawn il-qaddejja tieghek, ghax jien ma nistax nipprotegihom". Dan stqarritu Suor Francesca, it-tmien xhud fil-Process ta' Kanonizzazzjoni, li flimkien ma' Suor Illuminata ghenu lil Santa Klara biex tinzel quddiem id-dahla tar-refettorju u li kienu hemm qrib taghha. Suor Francesca kompliet tghid li imbaghad semghet lehen ta' hlewwa tal-ghageb li qal: "Jiena nhariskom dejjem". Klara imbaghad talbet ghall-belt u qalet: "Mulej, ha joghgbok tiddefendi wkoll lil din il-belt". L-istess lehen rega' nstema' u qal: "Il-belt ikollha ssofri hafna perikli, imma tkun imharsa". Imbaghad Klara daret lejn is-Sorijiet u qaltilhom: "La tibzghux, ghax jien inkun garanti ghalikom, biex intom ma ggarbu ebda hsara la issa u lanqas 'il quddiem biex tkunu tistghu tobdu l-kmandamenti ta' Alla". Is-Saracini telqu, imbaghad, bla ma ghamlu deni jew hsara.'
Assisi mehlusa mill-qerda Fl-1241, Vitale d'Aversa attakka l-belt ta' Assisi u xi hadd qal lil Klara li Assisi kienet ser iccedi. Klara sejhet lis-Sorijiet u qaltilhom : "Ahna rcivejna hafna gid minn din il-belt, u ghalhekk ahna fid-dmir li nitolbu 'l Alla jharisha". Dak in-nhar, is-Sorijiet ghaddewh fil-Kappella f'talb umli quddiem l-Ewkaristija, zammew l-astinenza u samu hobz u ilma. U gara li l-ghadda fil-ghodu l-armata, imkissra u meghluba, telqet.
L-Qima ta' Santa Klara ghall-Gisem Imqaddes tal-Mulej Gesù Fl-ahhar marda taghha, Klara kienet titlob lis-Sorijiet iqajmuha u jqieghduha bilqieghda fis-sodda, u toqghod tinseg. Mill-insig taghha, imbaghad, Klara kienet taghmel hafna korporali u boroz li jitqieghdu fihom, miksijin bil-harir jew bellus fin ta' kulur ahmar fil-vjola. Bil-kemm kellhom x'jieklu, imma ghall-Gisem ta' Kristu li tant kienu jhobbu u jqimu, Santa Klara u s-Sorijiet riedu jaghzlu l-isbah u l-ahjar. Wara li tibghathom biex jitbierku mill-Isqof Santa Klara kienet tqassam il-korporali fil-knejjes kollha tal-belt u tad-djocesi ta' Assisi.
Il-Klarissi llum Tul is-seba' sekli u nofs li ghaddew, il-Klarissi mad-dinja kollha komplew bit-tradizzjoni li juru l-imhabba mhegga ta' qalbhom ghal Gesù fl-Adorazzjoni Ewkaristika. Minbarra l-Liturgija tas-Sieghat u l-Quddiesa, il-Klarissi jaghmlu kuljum mill-inqas siegha u nofs talb fis-skiet u adorazzjoni quddiem Gesù espost taht l-Ispeci Ewkaristici. Huma jressqu quddiem il-Mulej li jhobbna bla qies u li minghandu nircievu kull gid, ix-xewqat u l-bzonnijiet ta' dawk kollha li jixtiequ li jitolbu ghalihom. It-talb tas-Sorijiet Klarissi ma ghandux fruntieri u limiti. Huma jitolbu ghall-familji, ghall-pajjiz, ghall-Knisja u ghad-dinja kollha. U Alla l-Missier, li jista' kollox, ixerred fuq id-dinja d-doni tal-grazzji tieghu: hniena u mahfra, paci u fejqan. Il-fidi taghmel tajjeb ghal dak li ma jarawx is-sensi u l-galb imdawla mill-Ispirtu s-Santu, tara car fejn ma twassalx ir-raguni.
Assisi ll.8.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |