![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | |
Marija u Klara kitba ta' Sr Marie Bernadette Aquilina OSC
Alla ghazel lil Marija u 'l Klara biex ikunu dawl ghad-dinja. Sew l-isem ta' Marija jfisser Imdawla, jew li ddawwal, u sew l-isem ta' Klara jfisser dawl.
Alla ta lit-tnejn li jghixu hajja mohbija fid-dinja, hajja maghquda mieghu fit-talb u l-kontemplazzjoni, hajja semplici u ta' faqar:
Fl-Evangelji ftit insibu x'jghidulna fuq il-Vergni Marija, imma huwa rakkont ta' xhieda kbira, kif Marija wettqet il-pjan ta' Alla sa l-ahhar billi dejjem wieghet ghas-sejha Tieghu bil-fedeltà u fl-abbandun totali taghha nnifisha.
Klara wkoll, minn meta kienet tifla zghira, tghallmet hafna affarijiet tajba minghand ommha Ortolana, fuq kollox fuq il-hajja tat-talb u l-karità. Nafu kemm kellha ghatx ghal Alla meta kienet tohrog biex tisma' lil San Frangisk jippriedka u kienet tmur tkellmu fuq il-vokazzjoni taghha, li timxi wara Gesù bhalu, f'hajja ta' talb u penitenza ferrieha. Fis-sejha taghhom it-tnejn qalu l-fiat u ltaqghu ma' diffikultajiet u sofferenzi fil-kumbatt taghhom, imma bil-kuragg u t-telqa totali taghhom infushom waslu biex jaghmlu l-volontà ta' Alla sa l-ahhar.
Naraw kif il-Vergni Marija telqet tigri b'Gesù f'gufha fi triq tant perikoluza qalb il-muntanji, ghand kuginitha Elizabetta. Waslet hemm biex taghti l-ghajnuna, tinsa lilha nnifisha, ghall-htigijiet ta' kuginitha li hi wkoll kienet qed tistenna t-tarbija taghha. Klara wkoll mimlija kuragg telqet mid-dar bil-lejl u marret il-knisja ta' Santa Marija ta' l-Angli, li jghidulha l-Porzjunkola, fejn San Frangisk u shabu kienu qed jistennewha u kemm hi kkonsagrat ruhha 'l Alla. Meta Marija ltaqghet ma' Elizabetta din qaltilha:
"Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek i!-frott tal- gufek!" Hemm Marija mimlija bil-ferh, igglorifikat 'l Alla bil-Magnificat, "Issebbah ruhi l-Mulej u jithenna l-ispirtu tieghi f'Alla l-Hellies tieghi"
Meta omm Santa Klara talbet quddiem il-Kurcifiss biex ikollha hlas tajjeb, semghet vuci tghidilha, "Tibzax ghax it-tarbija li se twelled sa tkun dawl ghad-dinja". Allura nistghu nghidu li Klara, bhal Marija, kienet imbierka u ddestinata qabel it-twelid taghha biex tkun dawl u omm mohbija fid-dinja u tghix il-hajja kontemplattiva, maghquda ma' Alla fit-talb. Klara, bhal Marija, qqalet il-magnificat taghha sewwa sew qabel ma ruhha ttajret biex tinghaqad ma' Gesù l-gharus taghha fis-sema meta qalet, "Mur bla biza' ta' xejn ghax int ghandek gwida tajba ghax dak li halqek, qaddsek minn qabel u mbaghad, meta halqek xehet fik l-Ispirtu s-Santu, u harsek dejjem bhalma omm tindokra lil bintha li thobb. Tkun imbierek int, Mulej li hlaqtni."
Marija setghet giet imhaggra meta hija nstabet tqila bl-opra ta' l-Ispirtu s-Santu, imma Alla pprotegieha b'San Guzepp, ghax gharaf dak kollu li l-Anglu tal-Mulej qallu f'holma, kien minnu. Klara minnaha l-ohra wara li kkonsagrat ruhha lil Alla u San Frangisk baghatha fil-monasteru tal-Benedettini ghax kien ghad ma kellux il-post ta' San Damjan lest, zijuha mar biex jehodha lura d-dar mas-suldati tieghu. Malli Santa Klara rat dan, l-Ispirtu s-Santa nebbahha billi nehhiet il-velu minn rasha u qabdet mat-terha ta' l-altar. Xagharha kien maqtugh kollu, sinjal ta' dedikazzjoni lil Alla. Il-familja ntebhet li ma setghu jaghmlu xejn aktar u kellhom ihalluha bi kwietha.
Marija kellha titlaq lejn l-Egittu b`Gesù tarbija biex issalvah minn idejn Erodi. Klara bit-talb u b'fiducja kbira helset l-ewwel lill-uliedha, imbaghad il-belt ta' Assisi li tant kienet thobb u li fiha ghexet, mis-Saracini u t-Tartari li habtu ghaliha.
Fit-tieg ta' Kana, Marija rat xi htiega kbira kellhom l-gharajjes, hennet ghalihom u qalet lil binha Gesù, "M'ghandhomx inbid." Wara qalet lill-qaddejja, "Aghmlu dak li jghidilkom hu". L-ubbidjenza tal-qaddejja ghamlet il-meravilji bis-setgha u l-qawwa ta' Gesù. Darba wahda, fil-monasteru, naqashom iz-zejt u l-hobs. Minn hobza wahda li kellhom Klara baghtet nofsha lill-patrijiet li kienu jghixu hdejn San Damjan u halliet nofsha ghas-sorijiet. Dan in-nofs qasmitu f'hames bicciet u baghtitu fir-refettorju. B'miraklu, dawk saru hamsin bicca kbira u minnhom kielu s-sorijiet kollha. Meta ma kellhomx zejt, Klara sejhet lill-patri li kien jiehu hsieb jittallab l-ghajxien tas-sorijiet. Sadanittant qieghdet il-flixkun vojt hdejn il-bieb tal-monasteru biex meta jigi l-patri, jiehdu u jmur jittallab iz-zejt. Imma meta wasal il-patri, minflok li sab il-flixkun vojt, sabu mimli biz-zejt.
Marija tilfet lil binha Gesù u ma kinitx trankwilla qabel sabitu. Meta sabitu u staqsietu "ghax ghamiltilna hekk," wegibha, "Ma tafx li rrid naghmel il-hwejjeg ta' Missieri?' Klara wkoll ma kinitx kuntenta meta San Frangisk ma riedx jaghtiha patrijiet biex iwasslulhom il-kelma ta` Alla. Allura Klara qalet lil Frangisku, "Hekk intom ma tridux taghtuna l-kelma ta' Alla, anqas irridu hwejjeg ohra."
Marija qaghdet fis-silenzju bilwieqfa ma' genb Gesù fuq is-salib fuq il-gholja tal-kalvarju, thares lejH, timeditaH u tikkontemplaH. U hemm tatna l-Iben wahdieni taghha. Klara wkoll fil-hajja mohbija taghha fis-silenzju dejjem harset lejH, immeditaU u kkontemplatU. Hi ghallmitna bil-hajja taghha stess kif ghandna nimxu warajH u nhobbuH. Klara, bl-ezempju taghha, tatna lil Gesù bhal Marija.
Klara kienet tassew dawl u ghexet ta' qaddisa. Dan gie kkonfetmat fl-ahhar ta' hajjitha meta hi stess qalet lil wahda mis-sorijiet li kienu mdawrin maghha u bdiet tistaqsiha sikwit, "Binti, qed tara s-Sultan tat glorja li jien qeda nara?' F'hin wiehed il-kamra mliet bid-dawl u wahda mis-sorijiet rat vizijoni; Il-Madonna riesqa lejn il-Qaddisa b'kotra ta' vergni madwarha, ghattietha bit-mant fin taghha u haditha maghha biex tgawdi l-glorja li Alla kien lesta ghaliha.
Sister Marie Bernadette Aquilina hija soru Klarissa mis-Siggiewi. L-Ordni tas-Sorijiet Foqra ta' Santa Klara huwa t-Tieni Ordni Fragiskani flimkien ma' l-Ewwel Ordni tat-Patrijiiet u t-Tietet Ordni tar-Regulari u s-Sekulari jaghmlu l-familja kbira Frangiskana mxerrda mad-dinja kollha.
Il-karizma li l-Ispirtu s-Santu ta lil San Frangisk u lil Santa Klara biex biha jaqdu lill-Knisja hija l-Faqar. Il-Klarissi jiccahhdu kompletament mill-gid tad-dinja biex, hielsa minn kull rabta, ikunu jistghu jinghataw ghal qadi tas-Saltna ta' Alla. F'dan id-dawl ukoll, il-voti ta' l-Ubbidjenza u tal-Kastità jservu biex hielsa mill-" jien" ikunu jistghu jintelqu f'idejn Alla biex jaghmlu r-rieda tieghu u jhobbu lil Kristu u lil ohrajn: Il-Klarissi jaghmu wkoll il-vot tal-Klawsura biex jaghzlu l-hajja kontemplattiva ghax jemmnu fil-valur tant kbir li din il-hajja ghandha ghall-gid tal-Knisja u tad-dinja kollha.
Is-sejha li taqdi lil Alla fil-knisja bhala Klarissa hi rigal ta' Alla b'hadd ma jimmeritah u huwa biss bl-ghajnuna tal-grazzja tieghu li wahda tista' tghix din il-vokazzjoni. Imma kull tfajla bil-kwalitajiet mehtiega tal-mohh u tal-qalb tista' tinghata din is-sejha!
Jista' jkun li Alla qed isejjah LILEK ukoll! Ghall-aktar taghrif mur sal-Monasteru ta' Santa Klara, Triq Mikiel Anton Vassalli (Triq Regjunali), San Giljan. Tista' tikteb jew iccempel 2138. 3341.
Dan l-artiklu deher fuq ir-rivista "is-Siggiewi" ta' Ottubru 1999, p-14-15. Assisi 9.10.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |