Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003
 

<<|werrej|>>


Klara hija Kewkba


kitba ta' Sr Marie Bernadette Aquilina OSC


 

Fl-ewwel ktieb tal-Bibbja, fil-Genesi, insibu r-rakkont tal-holqien li fih naraw il-kobor ta' Alla u l-imhabba li ghandu ghall-bniedem. Fost il-holqien kollu, il-Genesi jghidilna li Alla halaq il-kwiekeb. X'ghamlu dawn il-kwiekeb li halaq Alla? Halaqhom biex idawlu d-dinja bil-lejl, isebbhuha u jaghtu sinjali ta' direzzjoni bhal meta l-kewkba ta` Betlem uriet lis-Slaten Magi t-triq bier isibu 'l Gesù. Hemm il-kwiekeb tal-holqien tal-bniedem, li Alla halaq fuq ix-xbieha tieghu, biex kull wiehed ikun dawl ghal bniedem iehor.

 

Insibu kwiekeb fil-persuni preferiti li Alla ghazel sa mill-holqien tad-dinja, bhalma huma Abraham, Gakobb, Mosè. Hemm il-profeti li Alla ghazilhom biex iwasslu l-kelma tieghU u li wkoll habbru l-Messija.

 

Insibu 'l Marija, il-kewkba li kellha twelled lil Gesù, Adam il-gdid, li tana l-hajja ta' dejjem. Gesù huwa l-kewkba li, r-raggi taghha infiniti jdawlu u jidhlu fil-mohh u l-qalb tal-bniedem.

 

Bhalma Marija welldet lil Gesù biex jaghti d-dawl lid-dinja, hekk ukoll Ortolana, omm Santa Klara, welldet dawl gdid fil-Knisja. Waqt li kienet titlob quddiem il-Kurcifiss biex ikollha hlas tajjeb, Ortolana tisma' lehen jghidilha, "Mara tibzax, ghax int se twelled bla periklu ta' xejn, u se jkollok dawl li jkun jiddi aktar minn dak tal jum."

 

Gesù ma sejjahx lil omm Santa Klara b'isimha, imma 'mara', li hi l-istess kelma li Gesù sejjah lil ommu fit-tieg ta' Kana meta l-gharajjes naqashom l-inbid. U Gesù qal lil ommu: "X'hemm bejni u bejnek, mara?' Gesù sejhilha ghal darb'ohra 'l ommu 'mara', meta mdendel fuq is-salib welled il-Knisja tieghu u qal, "Mara, ara ibnek." Hemm l-umanità kollha dak il-hin saret ulied Marija, ghax Gesù stess tahielna b'Ommna. Meta Gesù qal lil ommu 'mara', ma kienx ibaxxiha jew jonqosha mir-rispett, dak kien il-mod komuni kif isejjah xi mara, b'mod formali u tixbah lill-espressjoni taghna meta nghidu 'Sinjura'.

 

Hekk ukoll meta Ortolana welldet lil Klara, dak id-dawl mill-ewwel beda jiddi fid-dinja. Wara l-ezempju li hadet minghand ommha u t-taghlim li rceviet minghand San Frangisk saret hi wkoll b'dak l-isem moghti lilha minn Alla stess, dawl li xtered mad-dinja kollha. La Gesù sejjah lill-omm Klara 'mara', hekk ukoll bintha kollha tkun 'mara' ghax hija wkoll gejja minn nisel nobbli miz-zewg nahat tai-genituri taghha. Anki San Frangisk kien isejhilha "Sinjura Klara", u fil-fatt hekk kienet tassew.

 

Insibu fil-Bulla tal-Kanonizzazzjoni zewg xiehda li jsemmu lil Santa Klara bit-titlu ta' 'mara' fejn wahda minnhom Sor Filippa qalet li kienet taf lil Santa Klara bhala 'mara'. hawn jigifieri, mara ta' karattru sod, taf dejjem xi trid u twettaq dak li tghid u trid, bi prudenza kbira fit-tmexxija taghha. Qalet ukoll kienet 'mara' qaddisa, jigifieri kienet imzejna u mimlija b'kull virtù u doni. Ix-xhud l-ohra Sor Balvina, qalet bejn wiehed u iehor l-istess bhax-xhud li semmejna, "li kienu kotrana l-virtujiet taghha li hlief il-Vergni Marija ma kien hemm ebda 'mara' ohra li kienet tghaddi lis-Sinjura Klara fi qdusitha." Kemm-il darba wkoll fil-Bulla tal-Kanonizzazzjoni x-xiehda jsemmuha b'Sinjura Klara. Bhalma ghedna tissejjah b'dan it-titlu ghax kienet minn nisel nobbli, kienet maghzula minn Alla b'gharustu u responsabbli ta' hutha s-sorijiet kollha. La Alla semmieha dawl, hi kienet ukoll ghaqlija u mexiet lill-komunità taghha fuq il-passi u t-taghlim tal-Mulej Gesù Kristu.

 

Klara hija l-kewkba tal-bahar bid-dija hierga minnha ddawwal u tirrifletti fuq dak il-bahar immens, bhal lampa tixghel li mal-mewg tal-bahar tisthajjilha qed tizfen bil-ferh mal-mewg maz-ziffa helwa tar-rih. Bhalma l-bahar huwa l-mera tas-sema, il-kewkba Klara tiggwida l-bahhara, li huma l-erwieh li jigu maghzula, biex jghixu l-hajja evangelika, billi tghallimhom il-kelma ta' Alla u kif ghandhom jimxu wara Kristu.  Id-dawl ta' din il-kewkba tista' thares lejh bla ma jweggaghlek ghajnejk, anzi aktar ma thares lejh, aktar jaghtik dak li qalbek tkun qieghda tfittex.

 

Gesù qalilna, "Jien hu l-bieb, min jidhol mill-bieb hu r-raghaj tan-naghag. Min ikun mal-bieb, lil dan jiftahlu u n-nghag jaghrfu lehnu u jsejjah in-nghag tieghu b'isimhom u johroghom kollha. Jimxi quddiemhom u n-nghag jimxu warajh ghax jaghrfu lehnu."

 

Klara sabet u habbtet il-bieb li hu Gesù, gharfet ir-raghaj u semghet lehnu. Gesù sejhilha b'isimha u fethilha u mxiet warajh. Hi tiehu hsieb in-nghag fdati f' idejha li jhaddnu t-Tieni Ordni Frangiskan. Huma jhabbtu l-bieb tal-kunventi taghha, issejhilhom b'isimhom, tohroghom jirghaw u tmantnihom bil-kelma ta' Alla u timxi quddiemhom skond ir-regola li kitbet hi stess.

 

Klara hija wkoll l-arka, ghax bhal ma Noè bena l-arka u mieghu salvaw dawk ta' mieghu, hi wkoll dahlet maghha lil shabha go dik il-genna tal-monasteru ta` San Damjan, klawsura, biex hemm flimkien jigglorifikaw 'l Alla b'hajjithom. Ghalkemm maghluqa fil-klawsura, l-ispirtu taghha dejjem hareg jittajjar mad-dinja bhal dik il-hamiema ta' l-arka ta' Noè bil-fergha taz-zebbuga f'halqha xxandar il-paci u s-sliem, b'ghotja totali taghha nnifisha fil-qadi ta' Alla, fit-talb u l-kontemplazzjoni.

 

Bhal qawsalla b'dawk il-kuluri sbieh taghna hija tghaxxaq id-dinja kollha bi gmielha. Il-qawsalla hi simbolu tal-patt ta' l-alleanza, l-istess bhalma huma l-Voti Evangelci li ghamlet f'idejn San Frangisk fil-knisja ckejkna tal-Porzjunkola. Fit-testment taghna Klara tghidilna li fost il-grazzji kollha li rcevejna u li kuljum nircievu minghand il-benefattur taghna l-Missier tal-hniena, u li ahna fid-dmir li rroddulu hajr minn qalbna, l-ikbar wahda hija dik tal-vokazzjoni taghna.

 

Klara hija l-kewkba ta' filghodu li narawha tiddi gol-monasteru taghha u bil-mirakli li ghamlet f'hajjitha sew ma' hutha s-sorijiet kif ukoll ma' persuni ohra li kienu jigu fil-monasteru jitolbuha tfejjaqhom bis-sinjal tas-salib. Klara hija l-kewkba li tiddi specjalment fil-lejl. Dan narawh meta l-monasteru gie attakkat mis-Saracini u t-Tartari. Hi bit-talb herqan taghna quddiem l-Ewkaristija, reggghethom lura. Hawn Klara tghidilna li hi kollox tircievi mix-xemx li hu Gesù Kristu u li tiddependi f'kollox mill-merti tieghu. Klara kienet kewkba ta' hniena, moghdrija kbira, u b'qalb generuza. Fil-Bulla tal-kanonizzazjoni, Sor Benvenuta qalet li b'ebda mod ma kien qatt jirnexxilha tesprimi l-umiltà, il-qalb tajba, il-pacenzja u l-kobor tal-hajja Qaddisa u l-virtujiet taghna. Qalet li meta kienet tara lil xi soru ssofri minn xi tentazzjoni, jew ghaddejja minn xi prova, kienet issejhilha bil-kwiet u tfarragha bid-dmugh f' ghajnejha.

 

Fuq kollox, Kristu, li huwa l-pedament ta' kollox u li fuqu Frangisku bena l-Ordni tieghu, hekk ghamlet ukoll Santa Klara meta gharfet lil Kristu permezz ta' Frangisku. Hi mxiet warajh, u matul hajjitha hija gharfet tikkontemplah, tisimghu u thares lejh u hekk din il-kewkba baqghet dejjem tiddi u taghti d-dawl lid-dinja bl-osservanza tal-verità Evangelika.

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher fuq ir-rivista "is-Siggiewi" ta' Ottubru 2000, p 18-20.

Assisi 9.10.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt l253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-ll ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali