|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>Frangisku l-Akbar Patrijott Nisranikitba ta' John Navone SJ maqlub ghall-Malti minn Geoffrey G. Attard Christophcr Dawson jghid li l-Ewropa qatt ma rat patrijott Nisrani hekk kbir daqs San Frangisk. Ghal Dawson il-moviment li kellu l-akbar influwenza fuq ir-religjon tal-medjuevu u l-kultura medjevali ma kienx il-misticizmu spekulattiv tad-Dumnikani imma l-pjetà evangelika u d-dedikazzjoni lejn l-umanità li Gesù kellu u li sabet il-milja taghha fil-hajja ta' San Frangisk.
L-akbar success religjuz tal-Medjuevu skond Dawson ma jinsabx fl-organizzazzjoni ekklezjastika imponenti tal-Knisja jew fil-hidma tal-moviment intelletwali imma fil-profondità tal-hajja spiritwali ta' tip gdid ta' esperjenza religjuza li kellha influwenza kbira fuq il-Kristjanezmu tal-punent. Gesù, ghal San Frangisk ma huwiex biss il-mudell li ghandu jkun imitat imma huwa wkoll il-habib tal-qalb li jinsab jahdem fil-qalb tal-bniedem.
F'dan l-izvilupp gdid tat-tradizzjoni religjuza tal-Punent li kienet digà wriet lilha nfisha permezz ta' San Bernard, l-umanità ta' Kristu nghatat sinjifikat gdid. Flok il-figura rigida ta' l-ikona Bizantina ta' Kristu, poggut fuq it-tron qalb il-maestà u l-importanza kollha tal-Hakkiem Imhallef tal-umanità, Bernard u Frangisku ppreferew li jitkellmu dwar Kristu bhala l-uman li bata l-passjoni u bhala l-bniedem li kellu wkoll it-tbatija tieghu. Din il-kultura spiritwali gdida sabet f'San Frangisk il-qofol kollu taghha. Frangisku huwa l-gabra ta' dan l-ispirtu gdid tal-Kristjanezmu fil-Punent. Ghalkemm il-Kristjanezmu kien il-qawwa formattiva fil-Punent u l-kultura tieghu, xorta wahda kien ghadu qawwa barranija li kien ghadu xi haga esterna ghall-umanità tal-Punent. Ic-centru veru tal-hajja ta' dan l-ispirtu kien ghadu fil-monasteru.
Ma' Frangisliu ghall-ewwel darba Dawson kien jara l-Kristjanezmu jinfed is-swar tar-razzizmu u tradizzjoni socjali biex jikseb espressjoni izjed kompleta fil-hajja tal-Punent. M'ghandux jezizti l-konflitt ta' inkonsistenza bejn ir-religjon u l-kultura, bejn il-fidi u l-hajja. Il-persuna, shiha hija Kristjana u l-ispirtu Nisrani huwa maghqud mal-hajja tal-Punent, bl-istess entità u rabta shiha ta' bejn il-gisem u r-ruh.
San Frangisk jimmarka l-migja ta' l-Ewropa Nisranija u t-twelid tal-gharfien gdid li jaghtu bidu ghal zmien ta' arti u poezija Nsranija li jilhqu l-qofol taghhom. L-ideali tal-fraternità tieghu kienu mwaqqfa fuq dawk ta' zmien l-era Romanitka tal-Kavallieri u fuq l-ideali tal-karità, l-hena. il-generozità u s-servizz ta' mhabba. Il-hajja ta' Frangisku kienet il-manifestazzjoni perfetta ta' dawn l-ideali fis-servizz ta' l-imhabba.
Il-Papa lnocenzu III ta' l-approvazzjoni orali tieghu tal-hajja ta' Frangisku fl-12O9. Aktar tard fir-regola tal-1223 Frangisku identifika r-regola u l-hajja tal-patrijiet tieghu ma' l-osservazzjoni ta' l-Evangelju, li tkun xi hadd kien ifisser li tkun tigi minn Gesù u mill-kreaturi l-ohra kollha u li turi mhabba maghhom ilkoll. Hu kien isejjah lil kull kreatura hija jew ohti. dan ma kienx xi forma ta' misticizmu l-aktar gholi imma espressjoni ta' twemmin tieghu fil-paternità ta' Alla, hallieq tad-don tal-ghaqda fi Kristu.
Jara lil Alla f'Kollox San Frangisk kien imsejjah l-Orfew tal-Medjuevu. Dan ghaliex gharaf it-tjieba t'Alla fis-sbuhija ta' kollox u ghanna u kanta l-armonija ta' kollox f'Alla. Frangisku ma firidx l-interessi ta' Alla, l-umanità u n-natura. Imbellah bis-sbuhija naturali tal-holqien, Frangisku juri li l-imhabba u l-ferh tal-ghoti taghna lil Alla huma raguni valida ghax ahna nhobbu verament dak kollu ta' madwarna.
L-imhabba divina prezenti fis-sbuhija tal-holqien tghinna biex nifirhu b'kull sebh. Frangisku jara s-sbuhija ta' kollox fis-Sbuhija nnifisha. Hu jara l-verità ta' kollox fil-Verità stess. Il-vizjoni tieghu ta' fidi mahbuba tispirah biex jifrah fir-ringrazzjament u t-tifhir tieghu lil Alla tal-holqien kollu. Ghal San Frangisk id-dinja mhux talli m'ghandhiex tkun abbandunata fit-tiftix ghal Alla, anzi ghandha tkun milqugha b'ghana ta' radd il-hajr, bhala ghotja ta' Alla u bhala l-ghamara li ghandna ninqdew biha biex nikkomunikaw m'Alla.
L-umanità ta' San Frangisk turi ruha fl-ghana tieghu lix-xemx u aspetti ohra tan-natura bhala sinjal tal-Kreatur taghha. Dan jidher fit-twaqqif tat-Terz Ordni, li jigbor fih lajci u mizzewgin li jippartecipaw fil-hajja Nsiranija impenjattiva.
Il-Vizjoni ta' Frangisku ta' l-imhabba divina ispirat lid-dinja Nisranija biex tithenna bil-vera tjieba u sbuhija ta' kollox u tara lil Alla f'kollox. Is-sejba li San Frangisk kellu tad-dinja ma kenitx timplika sistema sekularizzata ta' siwi, imma kienet il-mixja tieghu ghas-sejba t'Alla fil-grajjiet ordinarji u l-persunaggi mill-hajja ta' kuljum. Bis-sahha ta' Gesù ta' Nazaret Alla jsir wiehed minna, jaqsam maghna n-natura umana biex biha nsibu l-qofol ta' l-umanità.
Kreatività Artistika Il-Vizjoni ta' Frangisku halliet impatt kbir fuq ic-civiltà tal-Punent. Huwa stimula l-immaginazzjoni u ispira l-qlub ta' l-artisti ta' qabel u ta' zmien ir-Rinaxximent. Huwa wiehed mill-izjed qaddisin impittra fl-arti Taljana. Il-knejjes kbar tal-Frangiskani, izjed addattati ghal arti izjed popolari ta' impatt imeddjat fuq il-kongregazzjonijiet kbar taghhom ipprovda progetti ta' bini u espansjoni wiesgha ghal affreski drammatici u sinifikanti bhal dawk tal-Bazilka ta' Assisi.
Dawk ix-xoghlijiet irriflettew stil gdid u naturali u pprovdew akkumpanjament ideali ghall-predikazzjoni popolari, mhux bil-latin imma bil-lingwa mitkellma. Il-holqien taghhom hasad u ghaggeb l-artisti rinaxximentali sa zmien Vasari li fahhar lill-Bazilka ta' Assisi ghall-varjetà ta' kompetizzjonijiet ghall-kostumi tal-perjodu, ghall-arrangamenti u ghall proporzjon, vivacita' u naturalezza tal-fugura.
Fis-seklu XII l-Ordni ta' San Frangisk ikkontribwixxa ghall-umanizmu gdid li huwa identifikat mar-Rinaxximent. It-tigdid tal-Knisja ta bidu ghal opinjonijiet godda assocjati ma' l-ispirtu tar-Rinaxximent u kien espress mill-pitturi ta' Firenze, Siena u Lucca.
Il-Matrici ta' l-Ordni Frangiskan bdiet tinbena fis-sena 1228, l-ghada li Frangisku gie ddikkjarat qaddis. Numru sabih ta' artisiti hadmu fiha fis-sekli tlettax u erbatax. Dawn fosthom Cimabue u Giotto hallew l-aqwa xoghlijiet taghhom. Giotto halla l-famuza Leggenda Frangiskana li fiha wiehed isib figuri ta' daqs uman li jesprimu emozzjonijiet umani u li kienu ewlenin fl-arti Ewropea.
Il-pitturi li Cimabue ghamel ta' San Frangisk u Santa Klara fil-Bazilka nferjuri f'Assisi ghandhom certu kobor fl-element uman u anke elokwenza spiritwali. Ahna nisimgha l-ewwel b'Giotto bhal student ta' Cimabue fil-hanut t'Assisi fejn hu kellu jirritorna biex ipitter l-affreski tal-Bazilka Superjuri. Hu kien ukoll membru tat-Terz Ordni Frangiskan.
L-affreski tieghu bhal hafna mill-letteratura Frangiskana, juru l-hajja tal-Evangelu u l-hajja tal-qaddisin f'xeni li jaqblu mal-grajja u li fl-istess hin huma kontempornaji fl-istil. Stejjer biblici huma rrakkontati u mpittra b'mod u manjiera mhux imbieghda mir-realtà tal-hajja, kif ukoll mill-istil ta' hajja li jghix l-ispettatur. Il-vizjoni ta' San Frangisk u l-Ordni tieghu tispira lil Giotto bl-istess mod li rispira lil ohrajn li ghandhom parti minnha; li jaraw it-tifsira tat-tjieba t'Alla fil-hajja taghna ta' kuljum.
L-influwenza tal-vizjoni Frangiskana hija riflessa fl-artisiti Taljani tas-seklu tlettax u erbatax. It-tendenza generali tat-tigdid religjuz Frangiskan kienet li taccentwa l-kwalitajiet umani ta' Kristu, Marija u l-qaddisin u tpittirhom mhux bhala divinitajiet rigidi u 'l fuq mill-hakma tal-poplu, imma bhala nies li jhossu, ihobbu, jhennu u jbatu.
Narrativa Vizwali Il-moviment Frangiskan holoq domanda ghan-narrattiva vizwali fl-iskultura u fil-pittura, ghal xeni sbieh mill-Bibbja minn stejjer mill-hajja ta' Kristu u tal-Madonna u l-qaddisin. Bidliet kulturali fis-seklu erbatax kienu rari jew drammatici imma zviluppaw bil-mod fi process li nistghu nsejhulu "umanizmu". It-tendenza mibdija minn Frangisku kollha tghammar fuq il-karattru uman ta' ommu.
Il-meditazzjoni fuq il-hajja ta' Kristu tal-Frangiskan Giovanni de San Gemignano bir-rakkonti dettaljati tat-tfulja ta' Gesù u l-hajja ta' San Frangisku u ta' San Bonaventura xejn anqas mill-kitbiet ta' l-iskola "Laudesi" huma xoghlijiet li fihom Kristu ma jidhirx fil-maestà imma huwa bniedem sofferenti li kien issapportjat minn ommu; it-tfajjel tal-mastrudaxxa, it-tfajjel tal-maxtura jew iz-zaghzugh qalb id-dutturi.
Jekk it-tmienja u ghoxrin affresk tal-hajja ta' San Frangisk f'Assisi huma rivoluzzjonarji fl-espressjoni sentimentali taghhom, allura mhux ta' b'xejn li hallew impatt fuq l-arti. Ir-rinaxximent ghandu marbut mieghu s-sejba tad-dinja l-gdida u tal-umanità u hafna minn dan huwa frott il-migja ta' Frangisku u wliedu. Il-pitturi Taljani minn Cimabue sa Lorenzetti jirriflettu l-ferh Frangiskan fit-tjieba u s-sbuhija tad-dinja, l-apprezzament tal-holqien kollu bhala r-rifles tal-Hallieq tad-dinja u l-affezzjoni u r-rispett lejn il-fqar u n-nies ordinarji.
Il-Knejjes Frangiskani Il-Frangiskan Taljan fis-sena 1300 kien inbidel f'gibda lejn it-taghlim, il-bini u l-patrimonju ta' l-arti. Fil-knisja gdida u sabiha ta' Santa Croce f'Firenze, il-patrijiet ghallmu d-duttrina tal-filosofi kbar bhal San Bonaventura u osservaw b'ferh l-affreski ta' Giotto u Daddi li l-aristokrazija tal-Kunsill lokali kienet ikkummisjonat. Il-Frangiskani bnew knejjes kbar ma' l-Italja kollha. Santa Croce, kapolavur ta' l-arkitettura Gotika, tista' tissejjah l-aqwa fost l-istrutturi Frangiskani kollha. Barra minn hekk il-knejjes Frangiskani saru centri ta' l-aqwa espressjonijiet artistici.
Kreattività Muzikali Il-vizjoni ferrieha ta' San Frangisk ispirat kreattività fl-arti vizwali u anki fil-muzika. L-ewwel kontribuzzjoni kbira li taw kienet fil-qasam tal-kant sagru, ewlenin fosthom l-ghanjiet ta' San Frangisk. Dawn kellhom importanza kbira fl-istorja bikrija tal-qasam taghhom ghaliex San Frangisk, determinat li kulhadd ihaddan il-messagg tieghu, ghamel uzu mill-vernakular fil-kitba tieghu u mill-muzika li tant kien ihobb.
Sfortunatament ma tezisti l-ebda tracca ta' din il-muzika sagra imma nafu fic-cert li l-kantiku ta' San Frangisk lix-xemx kien intenzjonat biex jigi kantat ghax l-iskala tal-muzika kienet digà mpittra fl-ewwel manuskritt li jezisti. L-ghanjiet ta' San Frangisk kienu dawk li wittew it-triq ghal-"Laudi" spiritwali; ghanjiet sagri fil-vernakolu li kienu popolari immens sa mis-seklu erbatax 'il quddiem u kellhom jergghu jiehdu spinta fis-seklu sittax.
Huma kienu assocjati mal-kult Marjan u kienu popolari fl-Italja daqskemm fl-Ewropa tant li bdew jitwieldu l-konfraternitajiet. Il-"Laudi" li ma kellhom l-ebda post fil-Liturgija kienu jitkantaw fid-djar u fil-purcisjonijiet. Aktar tard, fis-seklu sittax dawn bdew jiltaqghu fil-knejjes wara s-servizzi regolari. Il-hsieb Frangiskan ispira l-formazzjoni tas-socjetajiet tal-"Laudesi" komposti minn dawk li bla voti ta' hajja komunitarja kienu jingabru regolarment biex jaduraw lil Alla u jorganizzaw hidmiet ta' karità. Dawn ukoll ikkontribwew ghall-kultura taz-zmien.
Il-kant quddiem ix-xbieha tal-qaddis patrun kien kultant akkumpanjat mill-vjol (vjolin ckejken) u mill-orgni u kien hafna drabi jkun ippreparat sewwa bi prattika regolari mill-kor. F'funzjoni penitenzjali minn konfraternità fi Siena, bosta membri hadu l-parti tal-Madonna, Gesù u l-gemgha, il-Maddalena, iz-zewg Mariji, San Gwann u s-salib innifsu, kollha fi djalogu kantat.
It-titli ta' xi ftit minn dawn ix-xoghlijiet jissuggerixxu l-uzu tal-makkinarju elaborat u xi offerti mhux mahsuba setghu kienu t-tarka taghhom.
Faqar: Libertà li taghni lill-ohrajn Il-faqar illibera lil San Frangisk biex iservi lil Alla, lil Ibnu, il-Knisja u d-dinja. Huwa wera dan l-element ta' libertà lejn il-komunità permezz tad-dedikazzjoni shiha tieghu u l-weghda tieghu lil Gesù tal-migja tas-saltna t'Alla. L-ghoti tieghu lil Alla ghamel minn Frangisku l-barka kulturali u socjali li kien u li hu. Fil-konkluzjoni tieghu tal-ktieb dwar San Frangisk, G.K. Chesterton jikteb li Frangisku "kien jaghti kas hafna ta' l-aqwa tip ta' rigal li tista' taghti... irradd ta' hajr. Huwa fehem ghal kollox it-teorija tal-grazzi u l-profondità taghha hija abiss bla qiegh. Huwa kbir biss ghal kull hajja minbarra l-gratitudni. Minnu gie l-qawmien tad-dinja u z-zernieq li fih il-kuluri u l-figuri jinghataw dehra gdida. Il-genji l-kbar li jaghmlu c-civiltà Nisranija huma fl-istorja dawk li imitawh. Qabel Dante, hu ta lill-Italja il-poezija; qabel San Lwigi IX irrenja, hu kien digà t-tribun tal-foqra u qabel ma Giotto pinga, hu kien iddecieda u ppjana x-xeni."
Il-hajja gdida li San Frangisk ghex u wera lill-ohrajn baqghet u tibqa' fil-knisja u fis-sekli kollha tispira individwi u gruppi fi hdan l-Ordni tieghu biex iservu ta' mudell ta' qdusija li kulhadd jaghraf bhala "Frangiskan". It-trasparenza tieghu ghenet lil haddiehor biex jara s-sbuhija ta' l-imhabba divina li tghinna nfittxu lil Alla u fuq kollox insibuh f'kulhadd. Il-ferh kontaggjuz ta' din l-imhabba ispira l-bidla u l-kreattività fil-hajja umana fi hdan id-dinja Nisranija.
Dan l-artiklu deher f'zewg partijiet fir-Rivista Habbâr ta' Sant'Antnin, f'dik nru. 2 - April 2001, 32-33 u f'dik tan-nru. 3 - Gunju 2001, 9-11. Assisi 10.9.2003 |
Affreski ta' Simone Martini. Kappella ta' San Martin, Bazilka Inferjuri, Assisi
Papa Onorju III jaghti lil San Frangisk l-indulgenza tal-Mahfra ta' Assisi. Parti mir-Ruzun ta' Guglielmo di Pietro de Marcillat, Bazilka ta' San Frangisk, Arezzo.
|
|