|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>Frangisku u Pawlukitba ta' Bro. Eric Vella OFMCap. L-Esperjenza ta' Pawlu Ghalkemm ghexu fi zminijiet imbghieda minn xulxin, xorta wahda l-Ispirtu li bih gew imsejha biex iwettqu l-hidma li Alla fassal ghalihom hu l-istess wiehed. Li ser naghmlu flimkien hu li naraw minn xiex ghaddew dawn iz-zewg qaddisin u kif jistgqu jkunu ghalina ta' ghajnuna fil-mixja spiritwali taghna bhala nsara.
Nhar il-25 ta' Jannar niccelebraw il-festa tas-Sejha (jew Konverzjoni) ta' San Pawl, li gabet bidla totali fil-hajja tieghu. Il-laqgha tieghu ma' Gesù fi triqtu lejn Damasku kienet tant qawwija li nsibuha fi tliet rakkonti fl-Atti ta' l-Appostli (Atti 9,1-9; 22,6-16; 26,12-18). San Pawl stess fix-xhieda tieghu jghid hekk: "...f'daqqa wahda, ghal habta ta' nofsinhar, dawl kbir mis-sema idda madwari" (Atti 22,6). U kien dak id-dawl li minhabba fih ghama u dam tlett ijiem hekk, la jara u lanqas jiekol.
Min jaf f'dawk it-tlett ijiem ta' dlam x'ghadda minn mohh Pawlu? Minn jaf kemm dik il-vuci li sama' damet tidwi gewwa fih? Ma kenux forsi ghal Pawlu tlett ijiem li fihom esperjenza b'mod qawwi ix-xejn tieghu u halla l-providenza ta' Alla tmexxih hi?
Frangisku bhal Pawlu Bhal San Pawl, Frangisku wkoll kellu laqgha qawwija ma' Gesù, mhux bl-istess forma imma bl-istess effett. Din sehhet fil-laqgha tieghu mal-lebbruz. Nizel minn fuq iz-ziemel; ghannqu u biesu.
Hekk kif ghal Pawlu l-laqgha ma' Gesù sehhet fi triqtu lejn Damasku, hekk ukoll Frangisku ltaqa' mal-Mulej fil-kampanja t'Assisi; u b'hekk bdiet il-bidla li l-Mulej kien fassal ghalih.
Il-Mulej raga' zar lil Frangisku permezz ta' xbieha ta' Gesù mislub; fil-knisja ta' San Damjan: "Mur u sewwi l-Knisja tieghi". Dan kien li ried minnu l-Mulej: Frangisku; bla telf ta' hin, mar u gab xi drappijiet ta' missieru biex ibighhom halli bil-flus li jaqla' kien seta' jirranga l-Knisja
Mur ghidlu li kellhu jirranga l-Knisja ta' Kristu u mhux il-knisja tal-gebel. Missieru ma tantx ha pjacir b'dil-bicca, ghalhekk bis-sewwa jew bid-dnewwa ried jerga' jgibu lura d-dar. Frangisku beza', stahba go hofra taht l-art u hemm dam xi jiem, u f'dawk il-jiem Frangisku "fis-sawm u l-biki kien isejjah il-hniena tal-hellies u ma jafdax fih innifsu, kien iqieghed il-fiducja tieghu kollha f'Alla" (1 Cel 10). U l-Mulej semghu u qawwieh biex jaffronta l-konsegwenzi ta' din il-bidla li bdiet issehh gewwa fih.
Zewg esperjenzi Dawn kienu zewg esperjenzi fejn il-Mulej hadem fid-dghufija ta' persuni. Fil-mument fejn hassew li ma ghandhom xejn hemm il-Mulej dewwaghom il-hlewwa tieghu. U din kienet l-esperjenza tal-providenza ta' Alla fil-hajja taghhom. Kellhom jghaddu minn waqtiet ta' tbatija, imma talbu u talbu bil-herga.
Dan irid ikun it-talb taghna; talb gewwieni gej mill-qalb, frott ta' esperjenza ta' Alla f'hajjitna. Nitolbu l-Mulej jghinna biex permezz ta' l-Ispirtu Qaddis inhejju l-qalbna halli meta l-Mulej izurna jsibna mhejjija biex nghaddu minn din l-esperjenza qawwija tal-bzonn ta' Alla f'hajjitna. Ghalhekk nitolbu flimkien ma' Frangisku permezz ta' talba tant qawwija li biha kien jitlob lill-Mulej.
O l-Aktar Gholi, u Alla glorjuz: dawwalli int id-dlam ta' qalbi u aghtini fidi vera, tama certa u mhabba perfetta, flimkien ma ghaqal u gberf, biex inkun nista' nobdi l-kmandament tieghek, qaddis u veru. Amen. Dan l-artiklu deher f'zewg partijiet fir-Rivista Dawl Frangiskan, it-23 sena, Ghadd 231, Gunju/Lulju 2003, 19 u Ghadd 232, Awwissu/Settembru 2003, 14. Assisi 7.9.2003 |
ll-Konverzjoni San Pawl ta' Caravaggio
Il-Bewsa ta' San Frangisk lill-Lebbruz ta' Pedro Subercaseaux
|
|