Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►

 


San Ludovik IX

(1214-1270)

25 ta’ Awwissu


Ludovik jew Lwigi IX, Re ta’ Franza, twieled fis-sena 1214 u trabba b’ghozza kbira minn ommu, Bjanka ta’ Kastilja. Din mal-mewt hesrem ta’ zewgha qdiet bhala reggent tas-saltna Franciza sa ma kiber binha.  Meta lahaq Re ta’ Franza, Ludovik wera kemm kellu tabilhaqq ghal qalbu l-haqq u l-qima tal-jeddijiet ta’ ghajru.  Kien jiehu hsieb mhux biss il-gid materjali tal-poplu tieghu, izda wkoll u fuq kollox tal-gid spiritwali.  Kien tassew mera ta’ kif lajk ghandu jahdem ghas-Saltna ta’ Alla, waqt li jaghti daqqa ta’ id lill-Hallieq fil-bini tas-saltna ta’ din l-art.  Miz-zwieg tieghu ma’ Margerita ta’ Provenza kellu hdax-il wild.  L-edukazzjoni li tahom kienet l-aqwa wirt li seta’ jhallilhom.  Issieheb fit-Tielet Ordni Frangiskan u bhala terzjarju ta ezempju ta’ Nisrani konvint sew bil-mod kif kien jghix, bit-talb li kien jitlob, bil-penitenzi u bl-imhabba li wera lejn il-foqra.  Meta kien mehtieg iddefenda kemm felah l-Ordnijiet Mendikanti.  F’hajtu ghaqqad zewg krucjati ghall-helsien tal-Qabar ta’ Kristu.  Miet fl-ahhar wahda minn dawn, milqut bil-pesta, qrib Tunis.  Kien il-25 ta’ Awwissu 1270.  Il-Papa Bonifacju VIII ghaddu mal-qaddisin tal-Knisja fl-1297.  San Ludovik, flimkien ma’ Santa Elizabetta ta’ l-Ungerija, huwa l-patrun ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular.

 


Sultan gust izomm il-Pajjiz

mill-kitbiet tal-qaddis


 

Mit-testment spiritwali tal-qaddis miktub lil ibnu hadna din is-silta li fiha jinghad li sultan gust izomm il-pajjiz.

 

Ghaziz ibni, l-ewwelnett ghandek thobb lill-Mulej, Alla tieghek, b’qalbek kollha u bil-qawwa tieghek kollha.  Minghajr din l-imhabba ma ssalvax.  Ibni, hares lilek innifsek minn dak li ma joghgobx lil Alla, jigifieri mid-dnub il-mejjet.  Aktar ghandek taghzel li ggarrab it-tbatija tal-martirju milli taqa’ fi dnub mejjet.

 

Jekk Alla jzurek b’xi sofferenza, din ilqaghha bil-qalb u b’radd ta’ hajr.  B’hekk tifhem li din ikun baghathielek ghall-gid tieghek u ghax aktarx ukoll li tkun tisthoqqlok tabilhaqq.  U jekk il-Mulej jaghtik ir-rizq it-tajjeb, roddlu hajr bl-umilta’, u ara ma tinqediex bih ghall-hsara tieghek, ghall-frugha jew ghal xi hsieb hazin iehor.  Qatt ma ghandek tirghex lil Alla bid-doni li jaghtik.

 

Mur ghall-Ufficcju Divin u oqghod isimghu bil-gabra.  Fil-knisja toqghodx iddawwar ghajnejk ’l hawn u ’l hinn ghal xejn b’xejn, u zomm ilsienek mill-kliem fieragh.  Izda offri talbek lil Alla bil-qima, u itlob sew b’fommok kif ukoll b’qalbek.

 

Kun qalbek tajba mal-foqra, ma’ kull min hu msejken u mgarrab; ghinhom u farraghom kif tista’.  Rodd hajr lil Alla ghall-gid kollu li jaghtik u jkun jisthoqqlok gid aqwa minghandu.  Kun gust ma’ dawk li huma tahtek, imxi maghhom bla taghwig la lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug.  Sakemm ma ssirx taf tajjeb fejn hu s-sewwa, zomm dejjem mal-fqir u mhux mal-ghani.  Fittex kemm tista’ li s-sudditi tieghek igawdu l-haqq u s-sliem, l-aktarnett il-kleru u r-religjuzi.  Ibqa’ marbut b’ubbidjenza mill-qalb ma’ Ommna l-Knisja Mqaddsa Rumana u mal-Papa bhala missier spiritwali.  Thabat biex teqred kull dnub minn artek, l-aktarnett id-dagha u l-ereziji.

 

Fl-ahharnett, ghaziz ibni, naghtik il-barka li missier tajjeb jaghti lil ibnu.  Jalla t-Trinita’ qaddisa u l-qaddisin kollha jharsuk minn kull deni.  Jaghtik il-Mulej il-grazzja li taghmel f’kollox ir-rieda tieghu, biex taqdih u twegghu halli wara din il-hajja mmorru flimkien narawh, inhobbuh u nfahhruh ghal dejjem.  Amen.

 

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


San Ludovik IX