Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►

 


San Massimiljan Marija Kolbe

(1894-1941)

14 ta’ Awwissu


Rajmond, kif kien jismu l-qaddis qabel dahal religjuz, twieled Zdunska Wola fil-Polonja fl-1894.  Meta kien ghadu zaghzugh dahal mal-Frangiskani Konventwali u ha l-isem ta’ Fra Massimiljan Marija.  Temm l-istudji tal-filosofija u t-teoloíija f’Ruma, fejn waqqaf il-Milizzja ta’ Marija Immakulata meta kien ghadu student fil-kullegg internazzjonali ta’ l-Ordni f’Ruma.  Malli ordna sacerdot rega’ lejn il-Polonja fejn intefa’ b’hegga li ma bhalha fil-hidma pastorali.  Hajtu tinghazel ghaliha ghall-imhabba herqana li kellu lejn l-Immakulata u ghall-appostolat Marjan.  Meta mar fil-missjoni tal-Gappun, San Massimiljan haddem kemm felah il-kelma u l-istampa ghat-tixrid tal-Fidi Nisranija.  Meta mbaghad rega’ lejn il-Polonja, huwa kompla l-hidma Marjana fi Niepokalanow, il-Belt ta’ l-Immakulata, li waqqafha hu stess.  Fi zmien it-tieni gwerra dinjija kien arrestat u mehud fil-kamp ta’ Oswiecim (= Auschwitz).  Hemm, b’ghemil gholi ta’ mhabba, offra hajtu bi bdil ma’ dik ta’ wiehed mill-prigunieri shabu, missier ta’ familja.  San Massimiljan temm hajtu fil-bunker tal-mewt lejlet l-Assunta, fl-14 ta’ Awwissu 1941.  Fl-1971 il-Papa Pawlu VI kiteb lil Kolbe mal-Beati, filwaqt li fl-10 ta’ Ottubru 1982 il-Papa Gann-Pawl II kitbu mal-qaddisin martri, ghad li bhala beatu kien meqjus b’konfessur, u ghazlu bhala “patrun ta’ daz-zmenijiet imqallba.”  San Massimiljan huwa l-ewwel vittma ta’ l-ahhar gwerra li nghatat il-gieh ta’ l-altari u ngharfet bhala Martri ta’ l-Imhabba mill-Knisja Universali.

 


L-Immakulata Mara unika u pprivileggata.

mill-kitbiet tal-qaddis


 

Minn materjal ghal ktieb li l-qaddis kien beda jhejji izda li qatt ma sehhlu jippubblika hadna s-silta li gejja.  Fiha huwa jsellem lill-Immakulata u jaghrafha b’mara unika u pprivileggata.

 

Min int, ja Sidti?  Min int, Immakulata?  Ma nistax inkejjel il-kobor ta’ hliqa ta’ Alla.  Li nifhem x’jigifieri “iben adottiv ta’ Alla” hi haga aqwa minn hilti.

 

X’inti int, Immakulata?  M’intix biss hliqa, m’intix biss bint adottiva, imma int Omm Alla - u m’intix l-Omm adottiva, imma l-Omm vera ta’ Alla.

 

U dan m’huwiex hsieb fieragh, m’hijiex xi haga li x’aktarx saret, imma hi haha certa, assoluta u bla ebda dubju: din hi dogma tal-fidi.

 

Imma int Omm Alla.  L-isem ta’ omm ma jinbidilx.  Alla ghal dejjem sa jsejjahlek: “Ommi”...  Dak li waqqaf ir-raba’ kmandament sa jqimek ghall-eternita’, ghal dejjem...  Min int, hliqa divina?

 

Huwa nnifsu, Alla maghmul bniedem, kien ihobb jissejjah Bin il-Bniedem.  Izda l-bnedmin ma fehmuhx.  U llum ukoll, kemm huma ftit dawk l-erwieh li jifhmuh, u kemm minnhom jifhmuh b’mod imperfett!

 

Hallini nfahhrek, Vergni Immakulata.

 

Nadurak, Missierna tas-smewwiet, ghax qeghedt fil-guf l-aktar safi taghha ’l Ibnek il-wahdieni.

 

Nadurak, Iben ta’ Alla, ghax ridt tidhol f’gufha u sirt tabilhaqq binha.

 

Nadurak, Spirtu s-Santu, ghax ridt issawwar fil-guf bla tebgha taghha l-gisem ta’ l-Iben ta’ Alla.

 

Nadurak, imqaddsa Trinita’, Alla wiehed fit-Trinita’ qaddisa, ghax weggaht lill-Immakulata b’mod daqshekk divin.

        

U m’jien sa nieqaf qatt, kull jum, hekk kif nistenbah mir-rqad, naghraf ix-xejn tieghi quddiemek u nadurak, Trinita’ divina, wicci fl-art, waqt li nghid ghal tliet darbiet: “Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.  Kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.”

        

Hallini nfahhrek, Vergni l-aktar qaddisa.

 

Hallini nfahhrek bl-impenn u s-sagrificcju tieghi personali.

        

Hallini nghix, nahdem, inbati, ninhela u mmut ghalik biss.

        

Hallini nwassal ghal ghandek id-dinja kollha.

 

Hallini nghin biex isehh dejjem aktar is-sebh tieghek, biex isehh l-oghla sebh tieghek.

        

Hallini naghtik glorja hekk kbira li sa issa ghadu hadd ma tak.

        

Halli lill-ohrajn jghadduni fil-hegga ghal sebhek, u halli lili nghaddihom, biex hekk b’pika qaddisa tikber dejjem aktar il-glorja tieg]ek, dejjem aktar malajr, dejjem aktar mill-qiegh, kif jixtieq Dak li gholliek b’mod hekk shih ’il fuq mill-hlejjaq kollha.

 

Fik biss Alla kien meqjum minghajr ebda paragun aktar milli fil-qaddisin tieghu kollha.

        

Ghalik Alla halaq id-dinja.  Ghalik Alla sejjah lili wkoll biex nghix.  X’ghamilt jien biex irbaht xorti bhal din?

        

Ghalhekk, hallini nfahhrek, Vergni l-aktar qaddisa!

 

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


San Massimiljan Marija Kolbe