◄◄|werrej|►►
Giotto - 1
l-Affreski
dwar il-Hajja ta' San Frangisk
fil-Bazilka
ta' Fuq
(numri 1- 10)
1.
Frangisku
zghazugh
moghti qima
Cittadini ta’ Assisi,
ragel tassew semplici kull darba li kien jiltaqa'
ma’ l-qaddis Frangisku fit-triq kien jifrex il-mantell ma’ l-art biex jghaddi
minn fuqu Frangisku u kien ifahhar u jghid ma’ kulhadd li Frangisku jisthoqq
ir-rispett ghax maz-zmien kien ser jaghmel hwejjeg kbar
Legenda Maior I:1
2 Frangisku jaghti il-mantell
Darba minnhom
Frangisku iltaqa` ma’ kavallier ta’ nisel nobbli, izda li kien fqir u liebes
imcercer. Frangisku gietu hniena minnu u bla telf taz-zmien nehha l-mantell
minn fuqu u tah lil dak ir-ragel fqir.
Legenda
Maior I:2
3 Il-holma tal-palazz bl-armaturi
Bil-lejl waqt li
l-qaddis Frangisku kien rieqed l-Mulej wurih f’holma Palazz mghammar b’armi
tal-gwerra kollha mmarkati bis-sinjal tas-salib ta’ Kristu. Meta Frangisku
stqasa ta’ minn kienu dawk l-armaturi, lehen mis-sema wiegbu li dawk kienu
ghalih u ghall-kavallieri tieghu
Legenda Maior I:3
4 Quddiem il-Kurcifiss
F’jum minnhom meta
il-qaddis Frangisku kien qed jitlob quddiem ix-xbieha tal-kurcifiss
fil-Knisja ta’ San Damjan, sema` lehen gej mis-salib li qallu ghal tliet
darbiet: “Frangisku mur sewwi d-dar tieghi, li kif qed tara qieghda
tiggarraf”
Legenda Maior II:2
5.
Jinza'
hwejjgu quddiem l-isqof
Wara li nehha hwejjgu
minn fuqu, radd kollox lura lil missieru u qallu: “S’issa sejjaht lilek
bhala Missieri fuq din l-art, imma issa ‘l quddiem nista’ nghid “Missierna
li inti fis-Smewwiet”.
Legenda Maior II:4
6. Il-holma ta’ Papa Innocenz III
Il-Papa kien ra
fil-holm il-Bazilka tal-Lateran ghoddha qed tiggarraf, waqt li ragel fqajjar
ckejken, li kien il-qaddis Frangisku, qed jirfidha bi spallejh biex izommha
milli tiggarraf.
Legenda Maior III:10
7. It-Twettieq tar-Regola
Meta l-Papa wettaq
ir-regola u taha lil patrijiet li inghaqdu mal-qaddis, il-mandat biex
jixandru l-indiema u tahom it-tonsura bhala sinjal li jistghu jippriedkaw
il-Kelma ta’ Alla.
Legenda Maior III:10
8. Id-Dehra tal-karru tan-nar
Darba minnhom waqt li
l-qaddis Frangisku kien qed jitlob f’gharix u hutu l-patrijiet kienu
f’gharix iehor barra il-belt ‘l boghod minnu, ghal habta ta’ nofs il-lejl
waqt li whud mill-patrijiet kienu jistriehu u ohrajn kienu jitlobu, raw li
Frangisku riekeb fuq karru tan-nar jiddi u jdawwal d-dlam tal-lejl jidhol
u jdur fil-post fejn kienu ghal tliet darbiet. Dawk li kienu qed jitlobu
baqghu mistaghgba waqt li dawk li kienu rieqda qamu b’biza kbir fuqhom.
Legenda Maior IV:4
9. Id-dehra tat-tronijiet fis-Sema
Darba minnhom wiehed
mill-patrijiet kellu dehra li fiha lemah ghadd ta’ tronijiet fis-Sema, tron
minnhom, izda kien aktar gholi u glorjuz mill-ohrajn. Imbaghad sema’ lehen
jghidlu: “Dan it-tron kien ta’ wiehed mill-angli rebelli, imma issa huwa
merfugh ghall-umli frangisku.
Legenda
Maior VI:6
10.
Tkeccija tax-Xjaten f’Arezzo
Darba minnhom meta
l-qaddis Frangisku ra lix-xjaten ferhana jimirhu fuq il-Belt ta’ Arezzo, dar
fuq wiehed mill-patrijiet u qallu: “Mur fl-isem ta’ Alla li jista` kollox u
kecci x-xjaten kif il-Mulej innifsu ordnalek li taghmel”. Dak obda u beda
jghajjat b’lehen gholi fil-bieb tal-belt, ix-xjaten harbu u fil-belt salnet mill-gdid il-paci.
Legenda Maior VI:9
Giotto
- 2 - 3 ►►
|
|

Giotto di Bondone
Giotto twieled f’Colle di Vespignano
qrib Firenze lejn
is-sena 1267. Wara li ghadda zmien jistudja gewwa Firenza iz-zghazugh
tefa’ ghonqu ghax-xoghol. Insibu xogholijiet tieghu gewwa Ruma, Padova,
Arezzo, Rimini, Napli u Assisi. Giotto huwa meqjus
bhala dak li
halla t-teknika tradizzjonali
ta’ medjevali
li turi l-figura
tal-bniedem
kemmxejn dritta, catta u f’dimensjoni duppja
u ta timbru
gdid lill-arti ta’ zmienu. Il-figuri ta’ Giotto huma aktar fit-tond,
proporzjonati u realistici.
Ix-xogholijiet
tieghu bla dubbju influwenza l-arti rinaxximentali
li tfirxet
aktar minn mitt sena wara l-mewt tieghu fl-1337.
Man-naha t’isfel
tal-hitan
tal-Bazilka ta’ fuq hemm 28 affresk
dwar il-hajja ta’
San Frangisk
li huma xoghol ta’ Giotto
bejn
1296 -1300.
Dawn
ix-xeni
huma mehudha
mill-kitba tal-Legenda Maior
ta’ San Bonaventura.
|