|
L-Ordni Frangiskan f'Malta |
|
|
Madre Margerita De Brincat 1862-1952 studju ta' Fr. Gino Concetti OFM Hjiel dwar hajjitha Margerita, fis-seklu Virginja, De Brincat, twieldet f'Kercem, Ghawdex, fit-28 ta' Novembru 1862, minn familja numeruza. Fl-1877 inkitbet fl-assocjazzjoni ta' "le Stelle del Sacro Cuore", imwagqfa minn Dun Guzepp Diacono. Fl-1 ta' Settembru 1880 l-Isqof ta' Ghawdex, Mons. Pietro Pace, approva l-istitut gdid bhala wiehed ta' Terzjarji nisa Frangiskani. Dan kellu jkun in-nukleju tal-Kongregazzjoni gdida ta' sorijiet li kellha titwieled. Fil-5 ta' Frar 1881 Virginja giet milqugha fi hdan l-istess istitut fid-dar ta' Triq Ghajn Qatet, ir-Rabat, Ghawdex. Fl-20 ta' Frar ghamlet il-vestizzjoni u hadet l-isem ta' Virginja tal-Beata Margerita. Fis-17 ta' Awissu 1883 ghamlet l-ewwel Professjoni. F'Awissu 1884 giet mahtura segretarja generali ta' l-istitut, filwaqt li fil-15 ta' Awissu 1885 kitbet l-ewwel regolament tat-Terzjarji Frangiskani nisa. Sadanittant l-istitut beda jinfirex kemm f'Ghawdex (Qala) kif ukoll f'Malta (Birkirkara). L-Isqof Pietro Pace approva r-regolament gdid u l-kostituzzjonijiet li hu stess ta' lill-istitut fis-7 ta' Mejju 1886. Fis-6 ta' Marzu 1887 Virginja giet eletta superjura principali ta' l-istitut. Fit-8 ta' Dicembru 1887 ghamlet il-professjoni perpetwa, u hadet l-isem ta' Margerita tal-Qalb ta' Gesù. Fl-ewwel kapitlu generali tal-Kongregazzjoni gdida, fl-10 ta' Gunju 1889, Margerita giet eletta superjura generali. Giet ikkonfermata f'dan l-ufficcju diversi drabi.
Margerita De Brincat mhux biss salvat il-Kongregazzjoni f'mument difficli meta Dun Guzepp Diacono, fl-1887, kien lest li jxolji kollox minhabba djun kbar li kien dahal ghalihom fl-akkwist tal-Casa Madre fi Triq Palma, ir-Rabat, Ghawdex, imma wkoll kienet hi li firrxet il-Kongregazzjoni barra minn xtut gziritna. Hekk fl-10 ta' Gunju 1911 gie mahtura superjura tad-dar li s-Sorijiet Frangiskana fethu fil-gzira ta' Corfù, fil-Grecja. Kienet dejjem tmur ma' l-ewwel sorijiet fit-twaqqif tad-djar godda. Hekk ghamlet fil-kaz ta' Troina u Regalbuto fi Sqallija. Kienet ukoll strumentali fit-twaqqif tad-Dar ta' l-Adorazzjoni fil-Belt Valletta fis-6 ta' April 1924, u fil-21 ta' Novembru 1930 inhatret superjura tad-dar tax-Xaghra, fejn mardet gravi sakemm ittiehdet fil-Casa Madre, fejn qattghet l-ahhar snin ta' hajjitha sal-mewt fit-22 ta' Jannar 1952, fl-età ta' 89 sena. Fis-17 ta' Settembru 1921 Madre Margerita marret ghal udjenza privata ghand il-Papa Benedittu XV. Hadmet bla heda biex il-Kongregazzjoni kkollha rikonoxximent pontificju u biex ikollha dar f'Ruma. Il-Kongregazzjoni li waqqfet tferrxet sew f'hafna djar f'Malta u Ghawdex, kif ukoll f'pajjizi ta' missjoni, bhalma huma l-Brazil, Etjopja, Pakistan, fl-Awstralja, l-Ingilterra, l-Italja, l-Art Imqaddsa.
Margerita hi wkoll awtur ta' xi ittri li kitbet kemm lis-sorijiet kif ukoll lid-diretturi spiritwali taghha. L-ittri li huma ikkonservati huma kwazi 200 u jkopru 60 sena. L-ewwel ittra ggib id-data ta' l-14 ta' Gunju 1891 u l-ahhar wahda hi dik tas-17 ta' Settembru 1951, ftit xhur qabel ma mietet.
Il-bixra Frangiskana ta' l-Ispiritwalità ta' Madre Margerita Meta naqraw il-grajja twila ta' Madre Margerita bilfors nintebhu li hi kienet Frangiskana mill-qieghnett. Mhux biss ghax hi u l-ewwel sorijiet accettaw li jghixu r-Regola tat-III Ordni Frangiskan li tathom il-Knisja. Dan digà hu fattur importanti. Hi l-Knisja li tinterpreta l-karizma ta' fundatur jew fundatrici. Il-Knisja dehrilha li dawn l-ewwel xebbiet kellhom jghixu ta' membri tat-III Ordni Frangiskan. Hekk twieldet il-Kongregazzjoni mill-ewwel mumenti tat-twaqqif taghha. Dan il-fattur, wahdu, izda, ma kienx ikun bizzejjed biex jiddistingwi lil Madre Margerita bhala Frangiskana. Ugwalment importanti huma l-virtujiet Frangiskana li hi haddnet. Hawnhekk mhux possibbli li nitkellmu fuqhom fit-tul, imma se nsemmuhom hiss bil-hatfa, biex jipprovdu bazi ghal riflessjoni aktar profonda dwar il-fedeltà li kollha Madre Margerita fejn il-karizma, jew don ta' hajja, Frangiskan, li l-Ispirtu s-Santu zejjen bih lill-Knisja.
Madre Margerita saret dixxiplu awtentiku ta' San Frangisk, qabel xejn, ghax kienet thaddan spiritwalità ghal kollox iccentrata fuq Kristu u l-misteri ta' l-umanità tieghu, l-aktar l-Inkarnazzjoni u l-Fidwa, li hi tesprimihom partikolarment fic-centralità ta' l-Ewkaristija u tal-kult fejn il-Qalb ta' Gesù. Lis-sorijiet tiktibilhom hekk fil-Milied 1921: "Inharsu sew lejn Gesù Bambin fil-Ghar, fuq il-Kalvarju u fl-Ewkaristija, u xi nghidu? Din hi l-imhabba li ngibilkom". Meta nisma' dawn il-kliem, awtonomitakament f'widnejja jidwu l-kliem simili li Santa Klara t'Assisi tikteb fir-raba' Ittra taghha lil Sant'Anjeze ta' Praga: "Ara l-faqar ta' Dak li kien imqieghed f'maxtura ... ara l'umiltà qaddisa u maghha l-faqar hieni, l-ghejja u ssofferenzi li hu garrab biex jifdi l-gens tal-bnedmin ... sammar ghajnejk fuq l-imhabba ... li wasslitu biex jaghzel li jbati fuq l-ghuda tas-salib".
L-imhabba, li tant titkellem dwarha Madre Margerita fl-ittri taghha, u li hi thobb issejhilha "imhabba mhix mahbuba" hi l-imhabba ta' Kristu ghalina, li simbolu taghha hi l-Qalb ta' Gesù. Hi l-imhabba li Madre Margerita fittxet fis-sighat twal ta' adorazzjoni li kienet taghmel quddiem l-Ewkaristijata kuljum. F'din id-dimensjoni, forsi minghajr ma kienet taf, kienet qed tesprimi l-oghla kuncetti tat-tejologija Frangiskana ta' qaddisin u dutturi kbar tal-Knisja, bhal Sant'Antnin ta' Padova, San Bonaventura, il-Beatu Gwann Duns Scotus, San Bernardin minn Siena, li kollha kemm huma kitbu u ippriedkaw fuq l-imhabba li tisboq kull raguni ta' Kristu fuq is-salib; l-imhabba li hi frott tar-rieda divina ta' Alla li jaghzel lil Kristu sa minn dejjem biex ikun il-bniedem perfett; l-imhabba li biha Kristu ghazel ghalih Omm mill-aktar qaddisa u immakulata, billi harisha minn qabel mid-dnub tan-nisel balli tkun kollha kemm hi qaddisa, u xbieha perfetta tal-Knisja. Kienet l-imhabba tahraq ta' San Frangisk li johloq il-presepju fi Greccio u li jircievi s-sinjal tai-passjoni ta' Kristu fuq La Verna. Mhux ta' b'xejn li Madre Margerita gustament tghaqqad l-imhabba mas-sagrificcju: "L-imhabba minghajr hafna tbatija, sagrificcju u umiljazzjoni ma hi imhabba xejn'.
50 sena mill-mewt Fit-22 ta' Jannar 2002 is-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù iccelebraw gheluq il-50 sena mill-mewt tal-fundatrici taghhom, il-Venerabbli Madre Margerita De Brincat, b'Quddiesa fis-Santwarju ta' Pinu, mill-Isqof ta' Ghawdex, Mons. Nikol Cauchi. Kienet id-djocesi ta' Ghawdex, fejn twieldet Madre Margerita, li hadet hsieb il-process djocesan tal-kanonizzazzjoni taghha, bejn l-4 ta' Lulju 1988 u s-17 ta' Frar 2000. Fl-14 ta' Mejju 1977 l-Isqof Nikol Cauchi kien ha hsieb ir-rikonjizzjoni tal-fdalijiet ta' Madre Margerita, li kienet indifnet fil-kripta tal-knisja tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù, fir-Rabat, Ghawdex. L-istess fdalijiet tqieghdu fl-urna fil-knisja tas-sorijiet fit-22 ta' Jannar 1994 u fl-istess jum l-Isqof ta' Ghawdex ikkonkluda l-process djocesan f'Quddiesa li saret fis-santwarju Ta' Pinu. L-Atti tal-Process gew ipprezentati lill-Isqof Cauchi fit-22 ta' Jannar 2000 minn Fr. Luca De Rosa OFM, Postulatur generali. Fis-17 ta' Frar 2000 l-Atti gew ipprezentati lill-Kongregazzjoni ghall-Kawzi tal-Qaddisin u fl-1 ta' Dicembru 2000 hareg id-Digriet dwar il-validità tal-process djocesan: Bhalissa l-process ghadda f'idejn il-Kongregazzjoni ghall-Kawzi tal-Qaddisin, bil-hidma ta' Fr. Luca De Rosa OFM u Fr. George Aquilina OFM, Postulatur u Vici-Postulatur tal-kawza rispettivament.
L-informazzjoni ta' dan l-artiklu ittiehdet minn studju ta' Fr. Gino Concetti OFM, "La Spiritualità Francescana di Madre Margherita De Brincat", in Osservatore Romano, Anno. CXLII, n. 16 (42.952), Sabato 19.01.2002, p.4, kif ukoll minn Omelija maghmula minn Fr. Noel Muscat OFM waqt Quddiesa fil-Knisja ta' S. Antnin, Mgarr, Ghawdex, nhar it-Tnejn 21 ta' Jannar 2002. Ara Spirtu u Hajja, nru 63, Jannar-Marzu 2002, 22-23. Assisi 21.4.2003 |
Madre Marija Margerita De Brincat 1862-1952 fondatrici tas- Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesù
|
|