L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Missjunarji Frangiskani Maltin

Frangiskani Minuri Maltin Missjunarji fic-Cina


kitba ta' Patri Gorg Aquilina OFM



Patri Pietru Battista Galea

1841-1913


Dan hu l-ewwel missjunarju Frangiskan Malti li nafu li hadem fic-Cina. Twieled Birkirkara fil-5 ta' Dicembru 1841, dahal mal-Frangiskani (dak iz-zmien kienu ghadhom jissejjhu Frati Minuri Osservanti) fit-18 ta' Dicembru 1862 u qaddes fid-19 ta' Dicembru 1868. Bejn l-1872-1974 hadem mal-Maltin ta' Tripli fil-Libja. Fl-1874 mar fil-Kullegg Missjunarju ta' San Bartolomeo all'Isola, Ruma, biex jithejja ghall-missjoni tac-Cina. F'dan il-Kullegg kellu bhala siehbu, fost l-ohrajn, lill-patri Frangisk Fogolla OFM, li wara sar Isqof u wiehed mill-Qaddisin Martri kanonizzati fl-1 ta' Ottubru 2000. Minn hawn inghata l-approvazzjoni tal-Kongregazzjoni tal-Propaganda Fide, biex seta' jmur fil-Missjoni tax-Shansi ta' fuq. Hawn hadem ghal 23 sena shah. L-Isqof Pio Vidi OFM, li kien mieghu fl-istess missjoni kien jghid li l-kwalitajiet eccellenti li kellu Patri Galea servew bis-shih biex ikun missjunarju mahbub sa mill-istess pagani.

 

Fl-1887 il-missjoni tax-Shansi inqasmet fi tnejn, ta' Fuq u ta' Isfel. Dik ta' Fuq baqghet f'idejn il-Frangiskani u dik ta' Isfel inghatat lis-Sacerdoti Missjunarji tal-P.I.M.E. Dawn sakemm draw sew il-post, il-lingwa u l-uzanzi tal-poplu, kellhom bzonn ta' l-ghajnuna ta' Patri Pietru Battista, li l-Kongregazzjoni Propaganda Fide qeghdet bhala l-Provigarju Apostoliku. F'din il-missjoni kien ilu s-snin kappillan u b'vici tieghu kellu lis-sacerdot Alberico Crescitelli, meqjus bhala l-ewwel Martri tas-Seminarju Pontificju ghall-Missjonijiet Barranin f'Ruma, illum wiehed mill-Qaddisin godda wkoll. Meta f'Lulju ta' l-1901, f'gheluq l-ewwel sena tal-martirju, saret it-tifkira tal-mewt erojka ta' Alberico, f'diskors li ghamel Mons. Antonio Giordana fil-Kattidral ta' Avellino, ma naqasx li jsemmi wkoll lil Patri Pietru Battista Galea, li ghen bis-shih lil dan il-missjunarju. San Alberico Crescitelli kien wasal fil-missjoni ta' Han-tsun, fit-18 ta' Awissu 1888. Sentejn wara l-martirju ta' dan il-Qaddis, Patri Pietru Battista kiteb u stampa fl-Italja l-ktieb Brevi cenni sulla Vita del Martire P. Alberico Crescitelli, per il P. Pier Battista Galea dei Frati Minori, gia Missionario e Provicario Apostolico dello Shansi Meridionale (Avellino, 1902).

 

Patri Galea dam Provigarju tax-Shansi ta' Isfel sa l-1897. Il-Kongregazzjoni tal-Propaganda Fide kienet imgharrfa bix-xoghol li wettaq f'din il-missjoni, l-aktar fit-thejjija ta' dawn il-missjunarji godda, hekk li mal-wasla ta' l-isqof il-gdid Mons. Gregorio Antonucci, rieditu li jissokta bhala Vigarju Generali. Imma hu ghazel li jmur fix-Shansi ta' Fuq, fejn kienet il-missjoni tal-Patrijiet Frangiskani. Izda qabel xejn talab li wara 25 sena ta' hajja hekk iebsa, jigi jistrieh Malta. Wasal hawn fir-rebbiegha ta' l-1897. Ittanta jerga' jitlaq lejn is-Cina, imma l-persekuzzjoni u l-ahbarijiet li bdew jaslu, flimkien ma' sahhtu dghajfa, ma hallewhx. Fl-ahhar sena ta' hajtu tilef id-dawl ta' ghajnejh ghal kollox. Miet ta' 71 sena nhar it-3 ta' Marzu 1913.

 


L-Isqof Pio Vidi

1842-1906


Ma kienx Malti. Twieled Verona fl-1 ta' Mejju 1842. Fl-1865 telaq missjunarju fejn is-Cina, fix-Shansi, li kien ghadu Vigarjat Apostoliku wiehed f'idejn il-Frangiskani. Patri Piju, barra li kien missjunarju habrieki, u kif jghid il-Malti, mibni b'saffejn, kien arkitett kapaci. Fl-1877 bena bosta knejjes, kunventi, sptarijiet, u sa l-Kattidral ta' Singan-fu. Ghal 17-il sena hadem fuq il-muntanji Pei-san, fejn taghmel kesha kbira. Minhabba dan kollu, sahhtu bdiet tnin bis-shih. Fl-1886 gie ikkonsagrat Isqof. Zar kemm-il darba l-Ewropa, jittallab l-ghajnuna u jigbor missjunarji godda, patrijiet u sorijiet Frangiskani. F'dan iz-zmien fix-Shansi kien hemm P. Pietru Battista Galea OFM.

 

Kollox mexa harir sakemm fl-1885 il-Musulmani Cinizi mill-provincja ta' Kanson heddew bis-shih il-Vigarjat. L-insara tferrxu u harbu, u l-Missjunarji sabu ruhhom imsakkrin wara l-hitan tal-kunvent. Kienu mehlusin mis-suldati imperjali. Imma l-kbir kien ghadu gej. Il-"Boxers" kien digà bdew ifarrku l-knejjes insara u jippersegwitaw lill-missjunarji. F'Settembru 1889 garrbu attakk iehor. Kien xi haga tal-biza Madwar elfejn "Boxers" heddew il-belt kollha. kollox kien lest biex isir l-attakk ta' l-ahhar u jaghmlu herba minn kollox u minn kulhadd. Imma Alla ried li ghamlet xita hekk qawwija li harbtithom, u lahqet waslet l-armata imperjali. Dawn iz-zewg grajjiet komplew zarmaw is-sahha digà dghajfa ta' Mons. Vidi, li issa marad bis-shih. Haduh ghall-kura Hong Kong, imma ma kien fadal xejn x'jaghmlulu, ghajr li jhajruh li jitlaq lejn l-Ewropa. Fl-1899 wasal Lixandra, fl-Egittu, minnfejn talab li jigi jghaddi l-bqija ta' hajtu f'Malta.

 

Qabel ma telaq mill-missjoni lanqas kellu libsa x'jilbes ghajr ilbies ciniz. L-Isqof Francesco Fogolla OFM tah il-libsa tieghu ta' Isqof, li hemm ma kienx juzaha. Kienet qasira u tawluhielu minn fuq l-ispallejn. Biha gie Malta u kien jghozzha bis-shih l-aktar meta sentejn wara l-wash tieghu fostna l-Isqof Fogolla ha l-martirju. Din il-libsa, issa relikwija insinji ta' San Frangisk Fogolla, ghadha tezisti u tinsab fil-kunvent ta' Santa Marija ta' Gesù, tal-Bel Valletta, maghluqa u issigillata fil-hgieg. L-Isqof Pio Vidi ma warrab qatt minn quddiem ghajnejh il-missjoni ghaziza tieghu, u l-fatt tal-martirju ta' hutu l-patrijiet, sorijiet u nsara tax-Shansi tant kien inikktu. Kien itenni u jibki: "Ghal sentejn biss wara li gieghluni nitlaq, ma sthaqqlix maghhom il-martirju, wara li kien wara l-bieb darbtejn". L-Isqof Vidi miet martri wkoll: mifni bil-gheja u l-mard li ghadda minnhom, wara 37 sena f'din il-missjoni iebsa tac-Cina. Ftit qabel ma miet ircieva telegramm minghand il-habib tieghu San Piju X, li tah il-barka tieghu. Miet fit-28 ta' Awissu 1906, fil-kunvent tas-Sacro Cuor tas-Sliema, fejn ghex ghal sitt snin. Sarlu funeral kbir, kif kien misthoqq, fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Gesù tal-Belt Valletta, u wara ittiehed it-Rabat fejn saritlu difna fil-kripta tal-Knisja ta' Santa Marija ta' Gesù.

 


Patri Fortunat Camilleri

1889-1951


Twieled il-Mellieha nhar it-13 ta' Mejju 1889, dahal mal-Frangiskani fl-20 ta' Awissu 1905, u pprofessa solenni nhar l-10 ta' Frar 1910. Ordna sacerdot fit-3 ta' April 1915.

 

Fl-1919 telaq fejn il-missjoni tac-Cina. Hadem fit-territorju difficli ta' Lao-ho-kow ghal sitt snin. Minn hawn intbaghat fil-Vigarjat ta' Uchang fejn dam sentejn ohra. Hawn gralu incident ikrah li swielu l-kalvarju tas-snin ta' wara. Darba, waqt li kien qed jivvjagga fuq train habat ghalih bl-ikrah ragel komunista u ferieh b'diversi daqqiet ta' sikkina. Il-patri iddefenda ruhu kif seta', imma biex jehles minnu ma kellux ghazla ohra ghajr dik li jintefa' 'l barra mit-train ghal fuq is-silg. Hekk midrub u mwerwer ghadda lejl shih fil-kesah sa ma sabuh matul il-jum. Kien fi stat li jwerwrek. Is-superjuri rieduh jerga' lura f'pajjizu biex ifiq. Il-qatgha u d-daqqa li ha meta gabez mit-train ma ghaddewlu qatt. Wasal Malta fl-1927 u miet fl-1 ta' Gunju 1951, fl-età ta' 62 sena, li minnhom ghadda 24 sena f'kamra ta' l-isptar mentali.

 


Patri Vittorin Alessandro

1902-1984


Twieled l-Isla nhar is-26 ta' Frar 1902. Dahal mal-Frangiskani Minuri fit-30 ta' Settembru 1917 u ghamel il-professjoni solenni nhar it-8 ta' Marzu 1923. Studja fil-provincja Frangiskana ta' Firenze, fil-kunvent ta' Siena. Qaddes nhar id-29 ta' Gunju 1924.

 

Patri Vittorin qatta hajtu'1 boghod mill-gzejjer Maltin. Meta kien ghadu student it-Toscana, fi Provincja li kellha l-missjoni taghha fic-Cina, rawwem fih il-hsieb li ghad imur missjunarju hemm. Hekk kif qaddes u wara li qaghad Malta ftit xhur biss, erhielha lejn is-Cina. Hadem hawn ghal tmintax-il sena shah, fil-Provincja u d-Djocesi ta' Hankow. Patri Vittorin, moghni b'karattru kalm u ferriehi, kien mahbub bis-shih minn shabu l-missjunarji. Il-bicca l-kbira ta' dawn is-snin qattaghhom fl-istazzjonijiet missjunarji tal-Hupeh, barra minn zmien qasir li ghadda bhala rettur tas-seminarju ta' l-istess djocesi ta' Hankow. Kif stqarr hu innifsu, hawn ma kienx postu, u xtaq li jissokta l-hidma tieghu fix-xoghol apostoliku.

 

Patri Vittorin kellu jghaddi mill-esperjenza kiefra tal-prigunerija meta l-Gappunizi okkupaw il-provincja ta' Hankow. Dan ghaliex hu kien Malti, sudditu Ingliz. Daq ukoll il-bidu tar-rivoluzzjoni kulturali ta' Mao Tze Tung, li kienet tfisser it-tmiem ta' l-Imperu Ciniz u l-bidu tal-hakma komunista, li ghadha sejra sallum.

 

Wara din il-medda twila ta' tmintax-il sena, rega' lura Malta ghall-mistrieh, bla ma qatt aktar ma medd riglu fic-Cina, ghaliex f'dan l-intervall tkeccew il-barranin kollha mill-pajjiz. Dam sitt snin jistenna u jittama. Sa fl-ahhar iddecieda li jmur jahdem fost il-Maltin ta' Adelaide, fl-Awstralja, filwaqt li baqa' jsegwi l-passi ta' shabu l-missjunarji li bhalu kienu spiccaw bars mic-Cina. Ta' min jghid hawn li dawn kienu mijiet: patrijiet mill-provincji Frangiskani Minuri kollha ta' 1-Ewropa u ta' l-Amerika ta' Fuq. Uhud minn dawn tferrxu mal-missjonijiet tal-Lvant Imbieghed, u ma' l-Amerika Centrali. Hekk Patri Vittorin ma damx ma telaq mill-Awstralja u inghagad mal-patrijiet tal-Provincja ta' Venezja fil-missjoni li kellhom fil-Guatemala. Hawn hadem bejn l-1954 u l-1960.

 

Minn din il-missjoni, mhux aktar zaghzugha, minflok li rega' lura Malta ghal kollox, ghadda aktar minn hmistax-il sena jahdem fost il-Maltin ta' Kalifornja. L-ahhar ftit xhur ta' hajtu ghaddiehom fil-Kunvent tal-Belt u wara fid-Dar tal-Kleru Birkirkara, fejn miet nhar it-23 ta' Ottubru 1984, fl-eta ta' 82 sena.

 


Fra Leonardu Camilleri

1902-1979


Twieled iz-Zurrieq fit-22 ta' Novembru 1902, u dahal Frangiskan Minuri fis-27 ta' Ottubru 1923, beda n-novizzjat fl-ahhar tas-sena 1928, u pprofessa fil-5 ta' Jannar 1930.

 

Qabel ma ghamel il-Professjoni Solenni, Fra Leonardu telaq lejn Ruma biex ihejji ruhu ghall-missjoni tac-Cina. Fl-1931 insibuh f'Hankow fil-Vigarjat ta' Hupeh, fejn kien hemm ukoll Patri Vittorin Alessandro. Ipprofessa solenni nhar il-25 ta' Jannar 1934. Hadem hawn ghal hmistax-il sena, l-aktar fix-xoghol tar-raba', fejn kien jghallem lic-Cinizi din is-sengha. Fra Leonardu, kien jghid fuqu Patri Vittorin, kien bniedem biezel u fil-missjoni sewa mitqlu deheb.

 

Fit-tieni gwerra dinjija nqabad u nzamm prigunier tal-Gappunizi, li minnhom sofra sensiela twila ta' tbatijiet, fizici u morali. Sahansitra kien jghid li kienu ikkundannawh ghall-mewt. Inheles mill-Amerikani, ftit qabel ma intemmet ghal kollox il-gwerra. Wasal Malta fl-1946, fejn baqa' sa mewtu nhar it-2 ta' Frar 1979, meta kellu 77 sena.

 


Patri Frangisku Saverju Cauchi

1905-1986


Twieled il-Belt Victoria, Ghawdex, nhar it-22 ta' Ottubru 1905; libes Frangiskan fis-26 ta' Awissu 1923, ipprofessa solenni nhar l-4 ta' Ottubru 1927. Studja Siena u kien ordnat sacerdot fil-21 to Gunju 1931. Gie Malta ghal zjara qasira u fl-istess sena telaq lejn is-Cina.

 

Rari kienet tohrog kelma minn fommu dwar il-hidma tieghu f'din il-missjoni, u x'aktarx li dak li nafu fuqu nafuh minn fomm missjunarji ohrajn li kienu mieghu (Fra Nazario, Patri Margiotti u Patri Danesi). Ilkoll jiddiskrevuh bhala bniedem ta' sahha xejn komuni li hadem fl-aktar postijiet iebsin tal-missjoni; bosta drabi qalb il-muntanji, u dejjem 'il boghod minn shabu l-missjunarji. Patri Frangisk kulhadd baqa' jiftakru wkoll bhala dak il-missjunarju ferriehi u lest biex b'xi cajta jtaffi t-toqol tal-hajja missjunarja.

 

Bi tbatija rnexxielna nkunu nafu li, biex wasal l-ewwel port tac-Cina, dak ta' Shanghai, dam sejjer aktar minn xahar, u gimgha ohra biex lahaq il-missjoni ta' Lung-Shan-huo, fejn iltaqa' ma 1-insara li kien ilhom zmien minghajr sacerdot. Jghid li c-Ciniz ma damx ma gabdu, u dan l-aktar bl-ghajnuna tat-tfal. Hawn ghex dejjem imwerwer mill-brigand, u jistgqarr li "l-mewt kont naraha ma' wicci kuljum".

 

Kien isemmi li l-ewwel maghmudija li ghamel kienet ta' ragel ta' 73 sena, li hu kien semmieh Pawlu, u li miet ftit jiem wara, imma li mis-sema dejjem hass l-ghajnuna tieghu. Kien jghidilna ukoll il-fatt ta' meta mandarin ried jidhol jistkenn flimkien mas-suldati tieghu fil-knisja u hu ma halliehx. Offrielu l-gharix tieghu, imma li jidhol fil-knisja ma halliehx. Waqaflu bis-shih, u sa kien lest li jmut. Ftit wara l-mandarin sar nisrani, u stqarr mieghu li l-imgieba tieghu kienet li ikkonvertietu. Isemmi wkoll il-fatt ta' tifel li kien imur l-iskola tal-missjoni u li missieru ma kienx iridu jitghammed. Sa wasal sawtu. It-tifel ghammdu u semmieh Pawlu, u kellu l-farag li qabel ma telaq mic-Cina, Patri Frangisk rah sacerdot u aktar tard Isqof ta' Sianfu.

 

Ma' tmiem it-tieni gwerra dinjija, Patri Frangisk, bhal Patri Vittorin u Fra Leonardu, irritorna Malta. Dejjem xtaq 1i xi darba jerga' lura il-missjoni tax-Shensi, fejn ghadda tmintax-il sena. Imma l-hakma komunista kienet ghalqet il-bibien ghall-frustieri kollha. Patri Frangisk issokta hajtu fis-semplicità u faqar ezemplari fil-kunvent ta' Sant'Antnin, f'Ghajnsielem, Ghawdex. Miet nhar l-24 ta' Marzu 1986, meta kellu 85 sena.

 

◄◄|werrej|►►


Taghrif mehud mir-rivista Spirtu u Hajja, nru 58, Ottubru - Dicembru 200o. pp.7-11

Assisi 21.4.2003


 

Kitba ta'

Patri Gorg Aquilina OFM

dwar:

 

1. Patri Pietru Galea 1841-1913

 

2.Isqof

Pio Vidi

1842-1906

 

3.Patri Fortunat Camilleri

1889-1951

 

4.Patri Vittorin Alessandro

1902-1984

 

5.Fra Leonardu

Camilleri

1902-1979

 

6.Patri

Frangisku Saverju Cauchi

1905-1946