il-pont -  no 61                           Assisi  - Italja        

Awissu 2003 no 61

<<|werrej|>>

Nifrah b'qaddisi

 

Il-qawl Malti jghid: "min ma jikbix ma jerdax!". U hekku!  Dawn l-ahhar gimghat kien qed ikolli xejn inqas minn hames sieghat qrar kuljum, imqassmin filghodu u filghaxija, mit-Tnjen tas-Sibt. Il-Hadd kont impenjat wkoll filghodu u mill-gdid wara nofs in-nhar.  Ma stajt nicaqlaq qatt.  Tkellimt mal-Kustodju. F'hajjet Alla mill-gimgha ta' wara jien u dawk li nservu fil-Qrar beda jkollna gurnata mistrieh fil-Gimgha.   Il-Hallieq wkoll strah fis-seba' jum.

 

L-ewwel jum ta' mistrieh nibqa' niftakru zgur! Kien lejlet il-Festa ta' qaddisi San Tumas.  Xtaqt li ssehh holma li dejjem kelli - dik li mmur fuq il-qabar tal-qaddis f'Ortona f'Abruzzo.  U hekk ghamilt.  Hajjart jigu mieghi lil Patri Tomàs Galvez, spanjol u lil Fr Alfred Parambkathu, patri taghna mill-Indja, li kif tafu l-patrun taghhom huwa San Tumas.  It-tnejn li huma gew bil-qalb kollha.

 

Tlaqna kmieni filghodu u gbidna lejn Marcerata biex naqbdu l-autostrada li tiehu lejn Pescara, Ortona hija xi 20 kilometru l-isfel. Il-jum ta' qabel cempilt lir-Rettur tal-Kattidral biex nibbukkja quddiesa.  U kif wasalna sibnihom jistennewna u sibna kollox imhejji u qaddisna fuq il-qabar.  Kelli okkazjoni tassew li nifrah b'qaddisi!

 

Wara l-inzul ta' l-Ispirtu s-santu, t-tradizzjoni tghid li San Tumas gibed lejn l-Asja u zera' l-fidi nisranija f'dawn il-postijiet fosthom l-Indja.  Jinghad li l-qaddis ha il-Martirju f'Meliapora fuq ix-xmara Koromandel, fejn instab il-gisem tieghu minfud bil-lanza.  Il-fdalijiet ta' San Tumas instabu f'Maliapore fl-1523.  Ir-Relikiji ta' San Tumas ghaddew mill-Indja ghall-Mezopotamja, minn hemm ghal Edessa u mill-gdid ghal Ortona fl-Abruzzi fejn ghadhom meqjumin sal-lum. 

 

Meta zort l-Indja kienu haduni fuq il-post fejn qatlu lil San Tumas. Hemm kelli x-xorti nara u mmiss patri mir-relikwa li tinsab mizmuma hemm b'tant ghozza.  Issa hawn f'Ortona kelli l-grazzja li nitlob u niccelebra l-quddiesa fejn hemm il-fdalijiet ta' dan l-Appostlu kbir.

 

Dawn huma mumenti specjali ta' intensità spiritwali li jiksbu tifsir daqskemm wiehed ikun miftuh u sensibbli hu stess.  Dawn l-esperjenzi mhux facli ssib kliem biex tfissirhom. Anzi kemm-il darba tipprova tlibbishom bil-kliem x'aktarx li tfaqqarhom.  Nghid biss li fraht tassew b'qaddisi.

 

Minghajr qaddisin ma titlax il-Genna.  Cert, li San Tumas jista' jaghtini palata u jghini naqra!  Kif kont hemm ghall-irdoss tal-fdalijiet tieghu, tlabt mhux biss ghalija u ghal dawk li jgibu ismu, imma tlabt ghall-familjari, ghall-patrijiet, ghall-hbieb u ghall-benefatturi kollha wkoll.  Tlabt biex ikoll bhal San Tumas nistqarru lil Gesù bhala "il-Mulej u Alla taghna!" u biex ilkoll kemm ahna bhal Tumas inkunu "appostli" fl-ambjenti kollha fejn insibu ruhna.

 

Jalla jhallu lill-Mulej juzana bhala appostli tieghu.  Nhallu wkoll lil qaddisin kollha jaghtuna palata bil-hajja, bl-ezampji u bit-talb taghhom halli naslu ahna wkoll fejn waslu huma.  San Tumas - itlob ghalina; Qaddisin kollha ta' Alla - itlobu ghalina.

 

Sliem u ghozza, sahha, talb ... u frisk

 

Fr Thomas.

 

Lanciano

Wara li qaddisna Fuq il-Qabar ta' san Tumas qbadna it-triq biex immorru Lanciano, li huwa xi 15-il kilometru boghod. Dak li hemm specjali f’Lanciano huwa dak li huwa meqjuz bhala l-ewwel u l-akbar Miraklu Ewkaristiku.   Il-grajja ta’ l-ghageb sehhet fis-seklu tmienja.  Waqt li kien qed iqaddes il-Quddiesa wiehed mill-irhieb ta’ l-Ordni ta’ San Bazilju gieh dubbju dwar il-presenza rejali ta’ Gesu` fl-Ewkaristija.  Gara li ezatt kif temm il-konsagrazzjoni l-Ostja inbidlet mirakolozament f’laham u l-Inbid ta’ gol-kalci f’demm veru.    U dawn l-Ispeci Ewkaristici llum jinstabu tal-harsien tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali. L-Ostja mibdulha f’laham tinsab go ostensorju specjali tal-fidda u d-Demm li huwa maghqud f’hames globuli ta’ qiesni differenti huma mizmum go tazza tal-kristal.  Dawn huma esposti ghall-qima’ fuq l-altar li sar apposta fuq in-naha ta’ wara tal-knisja.  Il-Knisja sa l-1176 kienet taht il-harsien tal-monaci ta’ san Bazilju. Mill-1276 sa l-1252 ghaddiet f’idejn il-Benedittini u wara taht il-harsien tal-Frangiskani Konventwali.  Bejn is-snin 1971 u 1981 sar studju xjentifiku taht il-kura ta’ l-professur Odoardo Linoli. Mill-investigazzjonijiet li saru hareg dan ir-rizultat: Li l-Laham huwa laham veru.  Id-Demm huwa demm veru.  Li l-Laham u d-Demm huma ta’ speci uman.  Il-Laham  jikkonsisti minn parti muskolari tal-qalb.  Dan huwa bla dubbju fenominu mhux tas-soltu.  Eluf fuq eluf ta’ pellegrini jzuru s-Santwarju tal-Miraklu Ewkaristiku f’Lanciano, fosthom anke minn Malta.

 

Il-Komunità tal-Patrijiet kienu jafu bina ghax cempilthom qabel u laqghuna b'ghozza Frangiskana. Hejjewlna pranzu bil-kif ad unur ta' San Tumas.  Hemm kelli l-okkazjoni nitlaqa` ma’ Padre Rocco Cipollone, li ghext mieghu erbgha snin u nofs fil-Filippini u Padre Silverstro, patri Pollakk li ghetx mieghu fit-Turkija.  Wara li gabulna l-gelat, tawna il-Kafe' u il-liquore u l-Gwardjan u P. Rocco gew maghna sa fejn kellna l-Karrozza pparkjata.  Sellimna lil xulxin. Ahna irringrazzjajnihom tal-laqgha li tawna u huma rringrazzjawna taz-zjara li ghamilnilhom.

  

Tumas ta' Celano

Patri Tomàs ippropona li fit-triqna lura nghaddu minn Tagliacozzo fejn hemm Knisja u Kunvent tal-Patrijiet taghna.  Fittxejt ftit kif nasal fuq il-mappa u soqt lejn dik id-direzzjoni.  F'din il-Knisja hemm il-Fdalijiet ta' Tumas iehor - dak ta' Celano. Fil-fatt ahna u sejrin ghaddejna minn qrib il-rahal ta' fejn twieled il-Beatu Tumas. dan li kien l-ewwel wiehed li kiteb il-Hajja ta' San Frangisk u dik ta' Santa Klara.  Kellna l-okkazjoni naraw l-urna u il-fdalijiet ta' dan fost il-patrijiet bikrin.  Hawn ukoll il-komunità tal-patrijiet ferhet bina u dawruna dawra mal-kunvent u mal-kjostru fejn hemm ghadd ta' affreski frangiskani, l-aktar wahda interessanti fosthom dik imsajha "s-Sigra Frangiskana".  Ma stajniex indumu wisq ghax kellna triq twil x'ghamlu qabel naslu Assisi.  Fit-triq lura ghaddejna mill-Wied ta' Rieti u bdejna naraw hafna signs li bdew jindikaw is-santwarji Frangiskani bhal Fonte Colombo, Poggio Bustone, Greccio izda ma stajniex nieqfu.  Hafna minn dawn it-toroq kienu kollha mserpa sakemm qbadna is-superstrada bejn Terni u Perugia.  Wasalna Assisi f'xi 8.30 ta' filghaxija.  Meta ghamilt ftit tas-somom bejn x'hin tlaqna filghodu u x'hin wasalna lura u naqqast it-tlett sighat u nofs li ghamilna wieqfa fil-postijiet li zorna rrizulta li ghamilt ghaxar sieghat u nofs insuq dak in-nhar ta' l-"ewwel gurnata off" - niente di male!!!  Madankollu haga ta' l-iskantament ma hassejtnix tant ghajjien.

 

Ghand il-Klarissi ta' Viterbo

La qieghed insemmi fejn mort insemmi wkoll li ghamilt zjara lill-Klarissi tal-Monasteru ta' Santa Rosa ta' Viterbo.  Din il-komunità tas-sorijiet huma gemellati mal-Provincja tal-Patrijiet taghna f'Malta.  Nisthi nghid li qatt ma kont mort inzurhom. Dejjem sejjer u ma mort qatt.  Issa b'rihet din il-gurnata libera li qed ikolli qed nipprova li nirrepara l-omissjonijiet.  Ghalhekk hadt mieghi lil Patri Alfred li huwa wkoll parti mill-Provincja u mort.  Inhallikom tobsru kemm hadu gost biha dawn is-sitt Klarissi.  Dawruna mal-kunvent.  Haduna naraw u nitlob fuq l-urna fejn hemm mizmuma l-Qaddisa Rosa ta' Viterbo, wrewna l-kmamar tal-qaddisa... Daru bina bi spirtu frangiskan daqslikieku konna xi rejiet.  Hajjewlna l-ikel ukoll, ma setghax jonqos, komplut bil-helu u l-kafè.  X'hin gejna biex nitilqghu tghidx kemm-il darba qaluluna biex nergghu mmorru nzuruhom.  Ghaliex le?  Meta il-Mulej johloq l-okkazjoni nerga' mmur inzurhom.

 

... u  dawk ta' Orvieto

Fit-triq lura gibt lejn u waqaft fil-Belt ta' Orvieto, maghrufa ghall-Kattidral li fiha.  F'dan il-Kattidral hemm meqjum miraklu Ewkaristiku iehor.  Hawn ukoll sacerdot waqt li kien iqaddes gieh dubbju u l-inbid sar tassew Demm u far ghal fuq il-Korporal, li ghadu imcappas bid-Demm sal-lum.  Minn studji li sar hu accertat li id-Demm ta' fuq il-korporal huwa demm uman u ta' l-istess tip bhal dak ta' Lanciano.  Dan il-Korporal huwa mizmum go relikwarju specjali u johorgu bih fil-Pucissjoni ta' Corpus Domini.   Wara li tlabna talba quddiem dan il-Miraklu tad-Demm Qaddis zorna l-Komunità tal-klarissi ta' Orvieto.  Malli wasalna il-Madre sejhet lis-sorijiet kollha fil-parlatorju.  Sellimtilhom u kellimthom ftit fuq Santa Klara u fuq iz-Zifna ta' Ferh li zfinna flimkien mal-Klarissi f'Malta waqt l-irtir.  Dawn kif ghamlu dak ta' Viterbo qabilhom iriduni mmur naghtihom l-irtir.  Ghedtilhom li jien immur bil-qalb kollha.  Izda jiddependi mill-Kustodju li jghidli iva.  Issa ghandhom icemplulu huma stess.  Jekk il-Mulej irridni mmur naqsam maghhom il-ferh tal-Kelma tieghu, jiehu hsieb Hu stess li jiftahli l-bieb biex immur. 

 

50 sena sacerdot

Ix-xahar li ghadda Padre Onofrio Sanfilippo, patri sqalli li ilu ghal snin kbar parti tal-komunita' tas-Sacro Convento ccelebra Hamsin sena bhala sacerdot.  Jien ma stajt niehud sehem ghax kont Malta.  Issa kien imiss lil Padre Gherard Ruf li jfahhar lil Alla ghal Hamsin Sena minndu l-Mulej dilku Sacerdot ghal dejjem.  Dan il-patri mill-Germanja  wkoll ilu membru tal-komunità tas-Sacro Convento ghal snin kbar.  Lanqas ma dan ma stajt nikkoncelebra bhas-soltu minhabba li fl-istess waqt kont qieghed fil-konfessjunarju nqarar. Fahhart lil Alla maghhom fl-ispirtu.  Jien ghad faddalli x'naqdef biex niccelebra tant snin ta' Sacerdozju! Jekk nasal sat-83 sena ghandi mnejn niccelebra il-Gublew tad-deheb!  Madanakollu fis-7 ta' Lulju fahhart lil Alla ghat-tmintax-il sena li diga' tani biex naqsam fis-Sacerdozju tieghu.  Ad multos annos.

 

Mill-gidid Ohtna il-mewt

Fil-Lejl ta' bejn l-4 u 5 ta' Lulju "Othna il-mewt" regghet zaret biex issejjah ghal maghha zaghzugh Frangiskan Konventwal iehor.  Din id-darba lil Fr Valentin Fartade-Gabor ta' 26 sena li miet f'incident tat-traffiku.  Fr Valentin huwa Sacerdot novel mill-Provincja tar-Rumanija, li gie ordnat gimgha biss qabel fit-28 ta' Gunju.  Kellu kollox imhejji biex l-ghada fis-6 ta' Lulju jiccelebra l-Prima Messa mal-qraba u l-hbieb fil-Parrocca tieghu ta' Valea Mare fir-Rumanija.  Minflok il-mistednin kollha flimkien ma' ghadd ta' nies ohra attendew ghal Funeral tieghu. Padre Valentin iccelebra l-Ewwel Quddiesa Solenni tieghu fil-Litugija tas-Sema assistit bil-kant tal-kori ta' l-Angli.  Sa sena ilu Valentin kien jistudjaw hawn f'Assisi u kien ordnat Djaknu proprju hawn fil-Bazilka ta' Fuq. Kellna l-okkazjoni li nilghabu l-football flimkien.  Issa nibqghu maghqudin ahna nitolbu ghalih minn hawn u hu jitlob ghalina mis-sema.

 

Santa Mergherita

Festa ta Santa Mergherita

Fost il-festi li ccelebarjna dan l-ahhar nsemmi dik ta’ Santa Margherita fil-Knisja Parrokkjali ckejkna ddedikata din il-Vergni u Martri.  Nhar il-Hadd 20 ta’ Lulju, wara li saru tlett ijiem ta’ tridu saret il-Festa.  Padre Giorgio Pieta stieden lili biex imexxi u nippriedka waqt it-tlett ijiem tat-Tridu.  Mort bil-qalb kollha. Ghandi nifhem li din id-darba wkoll l-Mulej tkellem permezz tal-qaddej tieghu. Hadt sehem kif kien xieraq ghall-quddiesa tal-festa u wara saret purcissjoni mat-toroq ewlenin ta’ madwar il-knisja bl-inkwadru tal-qaddisa.  Kienet festa semplici, minghajr sparar, baned u daqq... imma b'hafna devozzjoni - kif inhobbhom jien! 

 

Fuq tlieta l-Borma

Fil-bidu tax-xahar kelli l-okkazjoni nzur il-Miraklu Ewkaristiku ta' Lanciana.  Warajh meta zort Orvieto sibt ruhi quddiem il-Miraklu iehor dak tal-Korporal imcappas bid-Demm ta' Kristu. Bil-Malti nghidu li fuq tlieta toqghod il-Borma.  Kelli bzonn immur Siena u kif kont hemm zort il-Knisja taghna ta' San Frangisk hu hemm qaddist fil-Kappella fejn hemm mizmum Il-Miraklu tal-Partikoli Ewkaristici. Il-fatt gara nhar l-14 ta’ Awissu 1730 meta dahlu xi hallelin, fethu it-tabernaklu u serqu l-pissidi bl-Ostji kkonsagrati ta’ go fih.  Il-patrijiet taghna ndunaw b’dak li gara l-ghada fil-festa ta’ l-Assunta.  Dak in-nhar filghodu xi hadd sab l-ghatu tal-pissidi mormi fit-triq.  Mal-belt ta’ Siena qam ghagha kbir!  U mill-ewwel beda talb ta’ riparazzjoni ghal dan is-sagrilegg kbir.  B’xorti tajba ma ghaddewx wisq jiem li l-partikoli ma stabux.  Fis-17 ta’ Awissu, wiehed mill-kjerci waqt li kien gharkubbtejh fuq wiehed mill-ginokkjaturi fil-knisja ta’ Santa Marija fi Provengano lemah xi haga bajda fit-toqba tal-kaxxa ta’ l-offerti.  Meta fethu din il-kaxxa sabu numru kbir ta’ Ostji, li meta gew inqabbla sabu li kienu l-istess bhal dawk li kienu nsterqu mill-Knisja ta’ San Frangisk.  Kien hemm b’kollox 348 ostja u xi bicciet zghar.  L-ghada saret puricissjoni li fiha ha sehem il-poplu kollu tal-Belt biex ipoggu l-Ostji lura fil-Knisja ta’ San Frangisk.  Il-Miraklu ta’ dawn l-Ostji  huwa fil-fatt li dawn ma gew qatt deterjorati, imma baqghu friski u jfuhu daqslikieku kienu ghadhom kemm ghamluhom.  Saru diversi studi xjentifici matul iz-zmiem ta’ aktar minn 270 sena u l-Ostji ghandhom shah u friski sallum.   Illum dan il-Partikoli merakoluzi huma f’ostensorju (ara r-ritratt) u ghadhom sallum meqjum fil-kappella tas-Sagrament fil-knisja ta’ san Frangisk fi Siena.

 

In-Numru zdied

Malli jibdew ix-xhur tas-sajf fil-Komunità taghna jibdew gejjin ghadd ta patrijiet minn kull direzzjoni tal-globu.  Hawn patrijiet mill-Amerka, l-Kanada, Gappun, Korea, Rumanija, Ungerija, Slovenja, Polonja, Zambja u l-Indonesja. GHandna maghna Isqof Linus Okok mill-Kenja li gie biex jistudja t-Taljan. Ghadd minnhom jigu biex jaghtu daqqa t'id fil-Qrar jew fil-gwida tal-pellegrini fil-Bazilki.  Ohrajn jigu biex jghejnu fil-hidma vokazzjonali li ssir ghall-adoloxxenti u z-zghazagh.  Numru ta' patrijiet iehor jigu biex jistudjaw it-Taljan.  U ghadd kbir ta' ohrajn li jigu u jmorru semplicement bhala visitors. Dawn ikunu fl-Italja u biex xieraq jigu jzuru l-Qabar ta' San Frangisk u jitolbu ghalihom u ghall-gheziez taghhom.

 

Zjajjar

Bhalma taghmel jaghmlulek.  Matul dawn l-ahhar gimghat kellu l-possibiltà kif ghedt li mmur inzur lil xi whud minn hutna l-patrijiet u lis-sorijiet Klarissi.  U il-Mulej pattihuli billi gab ghadd ta' hbieb u Maltin izuruni.  Gew Karmnu u Rita Sant il-genituri ta' Mario n-novizz flimkien ma' hutu il-bniet.  Gew Anton u Connie Ricca bit-tifel Andrew, dawn kienu l-ewwel koppja li zewwigt meta kont ghandi Djaknu fl-1984.  Gie Nikol Balzan bil-mara u t-tifla. Mill-Imgarr ta' Malta gew omm u oht Dorothy Vella tal-Pwales.  Gew Frans u Miriam Portelli. Gie Dun Mikiel bi grupp ta' Abbatini mix-Xewkija ta' Ghawdex... Gew grupp shih Mill-Grupp ta' talb Maranatha, li ghaddew xi jiem u ghamlu  xi outreaches u habbru il-Vangelu fil-Piazza Comunale f'Assisi, fosthom dawn kien hemm Dr John Bonnici Mallia u Dun Gorg Dalli.  L-ahhar u mhux l-inqas gew madwar 45 Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù flimkien mal-Madre Generali, lil dawk kelli l-okkazjoni nqaddsilhom quddiesa fuq il-Qabar ta' San Frangisk. Merhba bihom ilkoll kemm huma... u b'dawk kollha li ghad jigu.  Pjacir ghandi bikom.

 

Aktar pagni

Il-Pagni tal-web-site www.sanfrangisk.com aktar ma jghaddi zmien aktar qed ifaqqsu u jizdiedu.  Matul dawn l-ahhar gimghat komplejt nahdem fuq pagni godda.  Mal-parti "Hajja ta' San Frangisk" zidt partita ta' pagni godda b'taghrif u artikli dwar il-qaddis.  Hemm artikli nteressanti fil-parti tal-Kurzità Frangiskan. Zdiedu n-numru ta' Poezijiet s'issa ghandi migbura 54 poezija.  Hdimt wkoll fuq parti specjali ndirizzata ghat-tfal. bi stejjer, tpinji u loghob. Din il-parti cert li ser toghgob mhux biss liz-zghar imma lil kbar wkoll. 

 

Kien hemm xi hadd li kkumentali li bil-mod qed nigbor Enciklopedija Frangiskana bil-Malti.  Holma!?  Lanqas biss nohlom!  Nixtieq biss li bl-ghajnua ta' Alla nkompli naghti l-okkazjoni biex il-Maltin u l-Ghawdxin isiru jafu aktar u jhobbu izjed lil Qaddis Fqajjar ta' Assisi halli bhalu ilkoll kemm ahna nippruvaw insiru "Strumenti ta' Paci" fi zmienna.

 

Jalla il-Paci ta' Kristu tkun maghkom ilkoll.  Sahha u Barka.

 

<<|werrej|>>

  

Il-fdal  ta' San Tumas instabu f'Maliapore

fl-1523. 

Ir-Relikiji

tal-qaddis ghaddew mill-Indja ghall-Mezopotamja, minn hemm ghal Edessa

u mill-gdid ghal Ortona fl-Abruzzi

fejn ghadhom meqjumin sal-lum. 

 

 

 

 

 

 

 

 

.