il-pont -  no 60                           Assisi  - Italja        

Lulju 2003 no 60

<<|werrej|>>

Zifna ta' ferh

 

Kien ilhom aktar minn sentejn li stednuni.  Meta qaluli kien ghadu 'l boghod. Mal-moghdija taz-zmien, li jtir bla ma tinduna, qorob u wasal... u nzid nghid ghadda wkoll. 

 

Iva, fis-sena 2000, meta kont ghadni t-Turkija l-Klarissi ta' Malta kienu qaluli biex nipprietkalhom l-irtir ta' Pentekoste tas-sena 2003. Mela le! Bil-qalb kollha! Il-jiem gerbu, ix-xhur taru u ghaddew u wasal Gunju u inzilt Malta biex inzomm l-appuntament tieghi ma' dawn huti l-bniet.  It-Tnejn, 2 ta' Gunju mat-tmienja u nofs ta' filghodu kont diga' wara il-bieb tal-monateru biex inroddu is-salib, nitolbu il-Veni Creator Spiritus u nibdew. 

 

Meta kienu stednuni lanqas kien habat ma' mohhi li dan l-irtir kien ser jhabat ezatt fis-750 sena mill-Mewt ta' Santa Klara! Imma kienet tassew okkazjoni Tajba.  Fl-ittra li l-Ministri Generali ta' l-Ordni Frangiskan kitbu ghal dan ic-Centinarju specjali fost hwejjeg ohra kitbu: "Din is-sena ta' Salvazzjoni 2003, hija sena ta' tifsir u grazzja specjali ghalina ilkoll. Fiha ahna mistiedna biex naqsmu iz-zifna ta' ferh, li biha seba' mija u hamsin sena ilu, l-Angli tas-sema marru jiltaqghu ma' Klara wara mewtha."

 

Il-Mulej nebbahni. Hadt spunt minn din "l-istedina" biex naqsam ma' huti l-Klarissi din iz-zifna ta' ferh.

 

Matul is-sitt ijiem li qattajna flimkien m'ghamilnix haga ohra ghajr nizfnu, iz-zifna ta' ferh, mhux biss ma l-Angli li marru jiltqaghu ma' Klara wara mewtha, imma wkoll ma' Santa Klara nnifisha u ma' jistax jonqos ma' San Frangisk u fuq kollox ma' Marija u ma' Gesù. 

 

Kienet Tassew zifna ta' ferh!  Kien irtir differenti, u nzid, isbah minn kull irtir iehor li ghamilt jew tajt.  Inhalli lis-sorijiet stess jaghmlu il-kummenti taghhom:  "Ghalina, l-granet ta' l-irtir kienu qranet sbieh hafna li m'ahna jintesew qatt.  Nizzurak li lkoll kemm ahna qeghdin nahdmu fuq dak li l-Mulej qalilna permezz tieghek, b'mod specjali biex nipprovaw nizfnu dejjem il-muzika li jdoqqilna l-Mulej kull jum..." (Sr Marie Jane).  "Fr Thomas, din hija x-xewqa tieghi ghal hajti, li bhal Marija nkun il-Ballarina tal-Mulej, ukoll bhal Missierna san Frangisk u Ommna Santa Klara..." (NN).  "Father, wara l-Ezercizzi Spiritwali li mexxejtna fihom, l-Ispirtu baqa' jonfoh u z-zifna ta' ferh kompliet." (Sr Marie Carmel). u fl-ahharnett il-Badessa f'isem l-ahwa, "Ghaziz huna f'San Frangisk u f'Santa Klara, naccertak li niftakru fik kuljum b'ghozza fit-talb.  Digà konna nafuk permezz tal-kitba tieghek f' Il-PONT.  Imma issa, wara z-zifna ta' ferh li zfinna mieghek fl-irtir li mexxejtilna sirna nafuk wisq aktar.  Irbahtilna qalbna... Bil-Kelma facli wassalltina lil Gesù u lil Ommna Klara b'mod haj u qawwi" (Sr Rose Therese). Certament, il-Mulej jinqeda b'dawk kollha li jhalluh juzahom bhala strumenti tieghu.  U nqeda bija wkoll.  Dejjem  u kollox ghal Glorja tieghu. 

 

Qabel inzilt Malta staqsejt lil Kustodju taghna biex nara hux il-Kaz li naghtu xi rigal lil dawn hutna fl-okkazjoni tac-Centinarju. U bhala komunita' tas-Sacro Convento tajnihom Pjaneta bajda bir-rakkmu sabih biex tintuza fil-festi.  Nizziltilhom ukoll statwa helwa ta' San Frangisk bil-hamiema simbolu tal-Paci f'idejh.  Bla dubbju is-sorijiet  hadu gost b'dawn ir-rigali.  Imma kif kitbet il-Madre Badessa: "Father Thomas f'din is-sena ta' grazzja, int kont rigal ghalina." 

 

Kos kemm huwa sabih li ahna - jien u int -nistghu nkunu rigali ghal xulxin u ghall-ohrajn!

 

Jalla jhallu lill-Mulej juzana bhala rigali.  Nhalluh ukoll imexxi il-passi taghna fiz-Zifna ta' ferh.  Sliem lilkom ilkoll. Sahhiet u talb.

 

Fr Thomas.

 

Gimgha break

Qabel inzilt Malta rrangajt mal-Kustodju tieghi biex waqt li nkun Malta ghall-irtir nieqaf ghal erba t'ijiem mistrieh. Hekk ghamilt.  Hadt hsieb inzur lid-Daddy u lil hija u ohti u l-familji taghhom.  Zort ukoll il-kunventi biex nitlaqa' u nsellem lill-patrijiet.  U sibt hin biex immur jumejn Ghawdex ghal kwiet.  Tbiddel ftit l-arja xi kuntant taghmel tajjeb kemm ghar-ruh u kemm ghall-gisem!  Waqt li kont Ghawdex kont mistieden biex naghti intervista fuq Radju Luminaria tan-Nudur.  Kienet okkazjoni ohra fejn stajt inwassal kelma ta' gid!  Hadt l-okkazjoni kif kont Malta biex mort fil-Librerija tal-Kunvent ta' San Pawl il-Bahar u dik ta' Ghawdex halli nifittex u nigbor materjal dwar San frangisk biex indahhlu fil-website.  Sibt minjiera u gibt mieghi nofs bagalja materjal.

 

Lura ghax-Xoghol

Malli gejt lura mill-ewwel kelli nxammar il-kmiem.  Lanqas kont ilhaqt wasalt, kont ghadni sewwa sew fil-bieb ta' barra.  Lanqas kellhom zmien jistaqsuni kif jien jew kif mort jew gejt?! Qaluli biex nigri ghax kien imissni il-quddiesa ta' filghaxija.  Kien fadal hames minuti biss.  Tlaqt nigri poggejt il-bagalja fil-kamra u nizli biex inqaddes.   U minn l-ghada kelli hames sieghat qrar kuljum imqassmin filghodu u wara nofs in-nhar.  Lanqas tawni zmien kont konvint mill-ewwel li the holiday is over!

 

Festa ta' Corpus bil-Fjuri

Kont ilni li nizzilt nota fuq il-kalendarju mis-sena l-ohra.  Ktibt: Il-Hadd, 22 ta' Gunju ghal Festa ta' Corpus nipprova immur SpelloSpello hija belt medjevali ftit kilometri boghod minn Assisi.  Kull sena ghal din il-Festa matul it-triq kollha li minnhom tghaddi il-Purcissjoni bis-Sagrament ihejju twapet maghmula bi fjuri ta' lewni differenti.  Din is-sena qomt kmieni u mort ma Fr Maurice Richard, patri taghna mill-Kanada.  Filghodu kmieni ma tantx ikun hemm nies. Barra min hekk  fid-9.30 ridt inkun lura Assisi minhabba li kelli l-qrar.  Gibt ghajnejja wara widnejja.  Lanqas trid nemmen dak li rajt b'ghajnejja.  Twapet kbar b'disinji, b'simboli u b'figuri l-gmiel taghhom kollha maghmula minn fjuri kuluriti.  Tista' tghid in-nies tal-belt kollha jkun b'xi mod involuti.  Ix-Xoghol isir matul il-lejl, infatti x'hin mort kien whud kien lest u ohrajn kienu waslu fl-ahhar.  Hija bicca xoghol ta' arti unika.  Hasra li titgawda biss sakemm tghaddi l-purcissjoni ghax wara kulhadd jibda ghaddej minn fuqhom u fit-tard il-kenniesa jikkinsu u jigbru kollox ghaz-zibel.  Wara il-Purcissjoni jithabbru minn kienu r-rebbieha tad-diversi sessjonijiet. Hadt gost li irnexxili mur nara dawn ix-xoghol ta' arti bil-fjuri.  B'hekk din is-sena il-Festa Qaddisa ta' Corpus kienet aktar kulurita.  Filghaxija saret il-Festa hawn fil-Bazilka u il-Purcissjoni ghall-Kattidral, imma s-soltu ma stajtx niehu sehem minhabba il-qrar.

  

Ohtna il-Mewt

Meta kont Malta waslet l-ahbar qiesa sajjetta fil-bnazzi li Ohtna l-Mewt zaret u sejhet wiehed min-Novizzi f'Osimo.  Fra Ignazio Bugos Garcia novizz mill-Columbia ta' 33 sena li kien qed jaghmel in-novizzjat ma' hutna il-maltin f'Osimo miet tragikament meta zelaq u waqa minn gholi ta' aktar minn 150 metru fl-inhawi ta' Monte Conero.  Dak li kellu jkun jum ta' Dezert biex jiltaqa' mal-Mulej fit-talb spicca biex kien il-jum li fih iltaqa' tassew mal-Mulej fil-hajja ta' dejjem.  Kont ghandi kemm iltqajt mieghu u kellimtu sitt ijiem qabel inzilt Malta. Min kellu jghidli li kienet l-ahhar darba li rajtu. Lanqas ghal funeral tieghu ma stajt immur ghax sar waqt li kont ghadni Malta.  Tlabt ghalih xorta u wassalt il-kondoljanzi tieghi lis-Sumast u lill-huti in-novizzi.  Ghal aktar taghrif dwar il-funeral ara l-ittra tan-Novizzi Maltin - ghafas hawn.   Fil-fatt lis-surmast u lin-novizzi shabu iltaqjt maghhom hawn fis-Sacro Convento.  Ftit jiem wara din it-tragedja il-grupp kollu gie hawn ghal jumejn ta' mistrieh ghall-irdoss tal-Qabar ta' San Frangisk.  Kelli chance niltaqa' u nitkellem mas-surmast u man-novizzi Maltin Pietru, David u Mario.

 

Abhar ta' niket ohra

Fuq il-gurnali Awstraljani kif ukoll dawk Maltin kien hemm l-ahbar ta' guvnot ta' nisel Malti li kien maqtul fl-Awstralja.  Dan iz-zaghzugh Nathan Garriock huwa t-tifel tal-kugina tieghi, it-tifel taz-zijiet tieghi Joe u Esther Redman. Gimgha qabel kien ghadu kemm ghalaq 17-il sena.   Gie maqtul f'incident waqt Birthday Party ta' habiba tieghu meta xi zaghzugh iehor saq karozza u baqa' diehel fuq grupp ta' zghazagh.  Fost dawn kien hemm Nathan, teenager mimli hajja, cajtier u dejjem bit-tbissima lesta biex jaqsamha ma' dawk li jkunu madwaru. Jien kont iltqajt mieghu meta zort il-familja fl-Awstralja dak iz-zmien Nathan kien ghad kellu xi sena u nofs. Hekk il-misteru tal-hajja! Huwa mhallat b'ferh u niket!  Dak in-nhar cempilt lil Joan u Bill, il-genituri ta' Nathan biex nghidilhom li kont vicin taghhom u tal-familja kollha bit-talb.  Il-Mulej xi kultant ikun irid fjuri friski biex isebbah l-altar tieghu fis-Sema.  Nitlob biex il-Mulej ikun hu li jixxotta kull demgha minn ghajnejn dawk kollha li kienu jhobbuh u jimla hu stess il-vojt li Nathan halla fil-qalb taghhom.

 

Ordinazzjoni tad-Djakni

Lejlet l-Imnarja kellna maltempata mill-dawk il-Kbar.  Filli bnazzi b'xemx taqli l-ankri u filli telghet shaba lewn il-faham u f'salt wiehed bdiet nizla xita bil-qliel akkompanjata b'radd u beraq wahda wara l-ohra.  Dak il-hin fil-Bazilka ta' fuq kienet qed issir il-Quddiesa ta' l-Ordinazzjoni Djakonali ta' sitt zghazagh Frangiskani Konventwali, tliet taljani: Giulio Cesareo, Giuseppe Tondo u Mario Marino, tnejn cinizi Gianni Huang u Paolo Liu u wiehed rumen: Augustin Patrascu.  Jien ghal darb'ohra ma stajtx niehu sehem ghax kont fil-konfessjunarju.  Il-Bazilka fejn kienet qed issir ic-celebrazzjoni f'hin minnhom kienet black out. L-istess fil-konfessjonarju fejn kont jien.  Kien inqata' id-dawl u rega' gie. Ghamel hekk xi tlett drabiet.  F'hin minnhom hrigt mill-konfessjunari u ersaqt lejn il-bieb ta' barra. Kienet niezla xita qawwija.  Bejn wiehed u iehor kien fl-istess waqt meta l-Ispirtu s-Santu kien nieqez fuq hutna id-Djakni il-godda.  Il-xita hija meqjusa bhala grazzja wkoll.  "Tkun imfahhar Mulej ghall-Ohtna ix-Xita ...u ghal Huna l-ilma...!"  hekk zgur kien jghanni Frangisku.

 

Gabra ta' Poeziji

Semmejt li meta kont Malta fil-bidu tax-xahar ghaddejt diversi hin inqalleb u nfittex materjal ghal web-site www.sanfrangisk.com  Sibt  ghadd ta' materjal.  Ma nghidx kemm hadt photocopies u gibt lura materjal interessanti dwar San Frangisk.  Fost ohrajn sibt ghadd ta' poeziji dwar il-Qaddis.  Uhud inkitbu fil-bidu tas-seklu li ghadda. Bil-mod il-mod fil-site qed tinbena gabra imdaqsha ta' Poeziji. In-numru qabez digà 'l fuq minn erbghin poezija.  Veru bil-qatra l-qatra timtela' il-garra.  Ippermettuli nerga' naghmel appell. Kemm il-darba issib jew tiltaqa' ma jew inkella jekk tigix il-muza u tikteb xi poezija dwar San Frangisk inkun nafulek tabilhaqq jekk tibghatili fuq dan l-indirizz tieghi: il-pont@sanfrangisk.com  Grazzi bil-quddiem.  Dan is-site tassew nixtiequ jkun mhux xi haga tieghi daqskemm ta' dawk kollha li jhobbu lil San Frangisk.

 

Inzommu il-pont ta' talb

Nieqaf hawn.  L-ahhar darba kont ghedtilkom li minhabba li zdieduli xi mpennji hsibt biex inhejji il-pont darba kull xahrejn. Iva, madanakollu ergajt hsibt li jkun ahjar li ma nhallix daqshekk zmien inkelli jkun twil izzejjed. Ghaldaqstant dan ix-xahar minhabba li domt nahsibha ftit qed jasal tard. Sahha u Barka.  Jekk il-Bambin irid nerga' nkun maghkom b'aktar taghrif f'il-pont li jmiss.   Inzommu xorta wahda il-pont tat-talb.  Inkomplu nitlobu ghal xulxin.

<<|werrej|>>

  

Fis-sitt ijiem

li qattajna flimkien matul l-irtir m'ghamilnix haga ohra ghajr nizfnu   ma' Santa Klara u ma'  San Frangisk u fuq kollox

ma' Marija

u ma' Gesù. 

 

Nathan Garriock

kien

zaghzugh mimli hajja, cajtier

u dejjem

bit-tbissima lesta biex jaqsamha

ma' dawk li jkunu madwaru.