![]() |
Ittra minghand in-novizzi Maltin | ||||||
Ittra minghand in-Novizzi Maltin dwar l-Funeral tan-Novizz Fra Ignazio
Osimo 15 ta' Gunju 2003
Gheziez Hutna,
Grazzi tal-messaggi ta' Kuragg li bghattulna. Grazzi talli zammejtu kemm lil Ignazio u lilna fit-talb taghkom. Il-Bierah (is-Sibt 14 ta' Gunju, 2003) sar il-funeral.
Il-katavru wasal hawn ghall-habta tal-hdax ta' filghodu, dahhalnieh ahna u qeghdnieh fis-sala fejn konna ghamilna l-vestizzjoni. Hekk hsibt ahna u diehlin bih fil-kunvent, min kellu jghidlu kif kien ser jirritorna l-kunvent f'liema sitwazzjoni, kif hareg kien jaf ghax rajtu anke jien niezel it-tarag b'girja. Insomma hekk kif qeghdnieh fuq it-tapit, qalb il-fjuri u l-qsari, bdejna mill-ewwel nghidu r-ruzarju.
Lejn l-ahhar tar-ruzarju waslet ohtu mar-ragel. M'ghandniex xi nghidu kif qasmet qalb kulhadd bil-biki u l-ifieq. Ahna ghalkemm qatt ma konna rajnieha gibna ruhna maghha bhala ohtna. Kumbinazjoni, gurnata qabel ma sehhet it-tragedja, Ignazio kien kellimmha fuq it-telefon, u hekk kif kien qed jitkellem maghha, dhalt jien biex incempel, u hekk kif rani, allegru bhas-soltu qalli ghidilha "hello" lil ohti, u kellimtha. Issa din kienet l-istess wahda li giet hawnhekk. Ghaliex kellu tlett ahwa ohra. Insomma wara li spiccajna r-ruzarju u xi talb iehor, inzilna fir-refettorju biex nieklu. Wara li gbarna l-platti u hsilniehom, sibt xi ritratti ta' Ignazio u tajthom lil ohtu, sabiex anke tkun tista' turiehom lil ommu meta tirritorna Spanja. Ignazio, ritratti ma kienx jiehu pjacir jiehu ghax kien jghid li rrikordju taghna jrid jibqa' mizrugh f'qalbu, mhux sempliciment fuq karta. Ghalkemm kellu xi ftit jew ma' whud minna, jew fil-grupp.
Insomma ghall-habta tat-15.00 iltqajna fl-istess sala fejn kien, sabiex nghidu r-ruzarju ma' tal-kor. U fl-ahhar gabulna warda bajda biex inqeghduha fuq it-tebut u iffirmajna fuq zigarella...insomma bhala gest lejn huna Ignazio, ghalkemm nemmen li t-talb jiswa hafna izjed. Wara li biesna t-tebut din id-darba erfajnieh fuq spallitna, u mxejna bih lejn il-knisja. Fil-knisja rega' nghad ir-ruzarju sakemm sar il-hin ghall-quddiesa. Il-knisja kienet mimlija sa ruh ommha, issa jew b'rispett jew b'kurzita' imma kienet mimlija. Is-Sacerdoti ma naqsux lanqas, is-sacerdoti tal-parrocci t'hawn gew kollha, minn Ancona gew il-provincjali ta' diversi ordnijiet religjuzi, gew anke in-novizzi tal-Kappuccini minn Camerino u hafna izjed. Mexxa 'l quddiesa l-Provincjal tieghu ta' Ruma, filwaqt li ppriedkalu l-provincjal t' hawn tal-Marche. Ghamel erba' kelmiet veru sbieh mimlijien speranza u kuragg!!! Ahna n-novizzi konna impenjati min bis-servizz u min bil-kant. Jien kantajt solista l-parti li kien ikanta hu u kont daqsxejn emozzjonat. Però l-izjed li kont emozzjonat hekk kif fit-tqarbin kantajna Chi ci separera' din ibbazata fuq l-ittra lir-Rumani: "X'jista' jiffridna mill-imhabba ta' Kristu?..." Ignazio, meta kont inkun organista tal-gimgha fil-kappella kien dejjem jitlobni biex indoqqa waqt it-tqarbin, allura kien jaghlaq ghajnejh, u jibda jibki filwaqt li jlissen il-kliem minn qalbu...li huma tassew qawwijin. Allura hekk kif kantajnieha fil-funeral bdejt nimmagina lilu jkanta, sthajjiltu qed magenbi. Il-Kant ghazilniekom jien u novizz iehor. Ghall-ahhar ghazilna innu bit-titlu Ti Seguiro din beda jkanta Ignazio qabel ma telqu ghad-dezert filwaqt li kien qed jipprepara il-baskett, kien jghidli waqt l-ikel "kantahieli" sa lejliet stess. Insomma ppruvajna naghzlu l-innijiet li kienu tassew ghal qalbu. Wara t-tqarbin, jien tlajt naqra talba ta' ringrazzjament lil Alla, li kiteb hu stess (ara aktar l-isfel). Sibnieha fil-Brevjar tieghu. Fil-jiem li gejjin niskenja u nibghatielkom kopja, tassew li raqqamha bi kliem ta' tifhir sabih lil Alla. X'hin kont qed naqra, l-organista beda jdoqq Memory (bran minn musical li kien ihobb Ignazio).
Hekk kif spiccat il-quddiesa, in-nies bdew gejjin jghannquna, kemm lilna u kemm lill-familjari tieghu, veru ghajjejna, imma tapprezza l-fatt kemm in-nies ikunu qrib tieghek f' waqtiet bhal dawn. Ergajna erfajnieh ghall-ahhar darba, sakemm rajna l-bieba tal-karozza tinghalaq, u beda triqtu lejn Ruma, sabiex hemm nhar it-Tnejn isirlu quddiesa ohra, mbaghad, imur Spanja fejn ghandu jigi midfun.
Filghaxija ghajjinien mejta, intfajna fil-veranda ghall-frisk. Qeghdna l-Vespri. Kien hawn ukoll maghna t-tnejn li kienu maghna u hargu, tassew li hassejna l-ghaqda bejnietna. Kilna imbaghad ergajna intfajna fil-veranda, u ghalkemm me kelliex aptit inqum minn bil-qeghda, mort ingib il-gelat sabiex intaffu daqsxejn it-toghma qarsa li kellna!!!!
U hekk ghadda kollox. Filli Ignazio kien maghna u issa l-vojt li halla qisu qatt ma kien xejn. Dik hi l-hajja!!! Però verament li l-Mulej ikun mieghek f'dawn ic-cirkustanzi, l-bierah hassejt paci kbira waqt il-funeral ghax verament bdejt nisthajjel lil Ignzaio l-genna jitlob ghalina quddiem il-Missier. Il-Priedka mill-Provincjal ghamlitilna kuragg kbir. Hin minnhom hekk qal li Ignazio hareg biex jaghmel id-dezert, u fl-antik kienu jghidu nohrog fid-dezert biex niltaqa' mal-Mulej....u Ignazio verament iltaqa' mal-Mulej ghax sejjeahlu ghal ghandu!!! L-isqof ta' Loreto meta infurmawh bit-tragedja hekk qal, Minn irtir spiritwali tela' l-genna kemm huma kliem helwin kliem li jwennsuk! Hekk hu l-Mulej ghamel affarijiet kbar maghna....qawwiena wkoll fil-fidi!!
Grazzi talli ftakartu fina fi hsibijietkom imma b'mod specjali f'talbkom!!!! Sahhiet Paci u Gid.
Hutkom Mario, David u Pietru
It-Talba ta' Ringrazzjament miktuba minn Fra Ignazio
|
Fra Ignazio Bugos Garcia novizz mill-Columbia ta' 33 sena
|
||||||
![]() |