![]() |
il-pont - no 59 Assisi - Italja |
![]() |
Gunju-Lulju 2003 no 59 Il-bebbuxu
Insellem lil hbieb kollha. Dan l-ahhar iltqajt ma' storju helwa li xtaqt naqsam maghkom. Hija storja dwar bebbuxu.
Bebby, bebbuxu ckejken kien ghadda hajtu jiekol dejjem il-haxixa ngliza u haxix iehor selvagg. Kien xeba’ jiekol dejjem l-istess ikel ghalhekk iddecieda li jitla’ mal-hajt tas-sejjieh li kien hemm jasqam l-ghelieqi, biex ikun jista’ jara x’haxix kien hemm fil-vicin. Fl-ghalqa ta’ qrib lemah mizrugh il-hass. Bebby riedi tir bil-ferh. Iddecieda li jaghmel kuragg u jmur f'dik l-ghalqa tal-hass.
Pass wara pass, bil-pass ta’ bebbuxu li kien, Bebby beda l-avventura tieghu. Kien miexi u johlom kemm ser igawdi u jiekol hass. Matul it-triq, ghadda minn hafna perikli. Darba minnhom ghal ftit ma spiccax taht sieq ta’ ziemel. Darb’ohra bi ftit helisha minn rota ta’ karettun. U mhux darba jew tnejn kien jghaddu l-moghoz u n-naghag qrib tieghu u jkunu ser jolqtuh. Bebby kull darba kien jiehu nifs kbir ghax kien helisha hafif minn dan il-gwaj.
Fl-ahhar wasal! Lanqas ried jemmen li fi ftit hin iehor kien ser iduq il-hass. Izda Bebby, baqa’ b’xiber imnieher! Ragel li kien fil-vicin ra l-bebbuxu, qabdu u rega’ tefghu fejn kien qabel! Inhallikom tahsbu kemm irrabja Bebby. Qatt ma basar x’se jigri u li l-hiseb tieghu ma kienx ser isehh!
Izda m’ghaddiex hafna zmien, li trakk mimli gebel hatt it-taghbija li kellu fejn l-ghalqa tal-hass. Din l-ghalqa nghatat kollha ghal bini. Bebby ha nifs qawwi, u f’qalbu beda jizzi hajr lill-bidwi. Intebah x’kien jigrilu kienu dahal go dik l-ghalqa tal-hass.
Din l-istorja fakkritni fl-esperjenza ta’ San Frangisk meta kien ghadu zaghzugh ddecieda li jmur fil-Puglia, in-naha t'isfel ta' l-Italja biex jinghaqad ma’ l-armata tal-Kavallieri li kellha tmur fit-Terra Santa biex tehles il-Qabar ta' Kristu. Frangisku f'mohhu li jsir Kavallier. Izda l-Mulej kellmu fil-holm bil-lejl u qallu biex imur lura lejn Assisi minn fejn gie. Hemm il-Mulej gharfu x’ried minnu. Hija l-istorja ta’ San Pawl fit-triq ta’ Damasku. Pawlu bhal Bebbuku kellu tir f’mohhu, izda Alla kellu xtriq ohra ghalih.
Kemm huwa minnu li t-toroq tal-Mulej huma differenti minn dawk tal-bniedem. U bla dubju t-toroq tieghu huma l-ahjar ghalina. Hekk kien ghall-Bebby l-bebbuxu. Hekk kien ghal Pawlu u Frangisku. U hekk hu ghalija u ghalikom ukoll kemm-il darba nhallu l-Mulej jurina it-toroq tieghu ghalina.
Mulej mexxi il-passi taghna fit-triq tas-Sliem. U ha jkun li triq int, hekk fis-semma u hekkda fl-art u f'hajjitna ikoll. Sliem lilkom ilkoll. Sahhiet u talb.
Fr Thomas.
750 mill-Konsagrazzjoni tal-Bazilka ta’ San Frangisk
Ma setghax jonqos li niccelebraw din l-okkazjoni speciali tas-750 sena mill-konsagrazzjoni tal-Bazilka. Il-jum ta’ qabel tlabna l-Ufficcju (Bravjar) kif jitlob il-Propjru Frangisk u kif jaghmlu l-Frangiskani kollha mifruxa mad-dinja. Bid-differenza li ghalina kienet Solennità. Matul il-Quddies kollu li sar il-Hadd 25 ta’ Mejju giet iccelebrata l-Quddiesa tad-Dedikazzjoni tal-Knisja. Minn kien imissu jqaddes il-quddies kien imheggeg biex fit-priedka jikellem lill-pellegrini fuq din il-grajja marbuta mal-Bazilka taghna. Il-Quddiesa ta’ l-ghaxra u nofs ta’ filghodu kienet immexxija mill-Kustodju Padre Vincenzo Coli. Il-kor tal-Bazilka, jew kif inhu maghruf Cappella Papale, taht it-tmexxija ta’ Padre Giuseppe Magrino kompla zied l-arja ta’ solennita’. Jien ma stajtx nikkoncelebra minhabba li fl-istess waqt kien imissni l-qrar. Jekk il-Mulej jaghtini d-don tal-bilokazzjoni nkun nista’ nista’ nibqa’ fil-konfessjunarju u fl-istess waqt niehu sehem f'dawn ic-celebrazzjonijiet. Min jaf? Forsi xi darba…!? M’ghandniex xi nghidu f’okkazjoni bhal din ma setghax jonqos ikel aktar abbondanti mis-soltu.
Appuntament man-Novizzi Matul Mejju minhabba l-orarji li kelli tal-qrar u l-quddiesa ma stajtx inzur lin-novizzi taghna f’Osimo. Però serraht mohhi ghax kont naf li kellu jmurru jzurhom Patri Albert Sammut. Fil-fatt mar hdejhom fit-tieni gimgha ta’ Mejju. Il-Mulej ried li niltaqghu xorta wahda. Darba minnhom ircevejt email minghand in-novizz Mario Sant u qalli li kienu gejjin Assisi biex jiehdu sehem fil-Professjoni ta’ zewg Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Assisi. Gew filghodu u telqghu dritt wara il-funzjoni. Ma kellniex hin wisq flimkien. Terga' l-hin kompla naqas minhabba li Mario flimkien ma erba’ novizzi ohra inqabbdu fil-lift tas-Seminarju taghna f’Assisi u damu kwazi siegha maghluqa f’dak l-imbierek lift. In-novizz David Borg ipprova jaghtihom l-ghajnuna izda kellhom jistennew li jigi t-technician biex ikunu jistghu johorgu. Sakemm in-novizzi kienu prigunieri fil-lift kelli zmien biex nitkellem man-novizz Pietru Quattromani. Wara l-Quddiesa sellimna lil xulxin u telqu lura mas-Surmast u n-novizzi l-ohra lejn Osimo.
Servizz pastorali Meta kont mitlub nigi inservi l-Ordni f'Assisi x-xoghol tieghi kellu jkun dak li nassisiti l-gruppi ta’ lingwa ngliza. Però il-muzika nbidlet u sibt ruhi naghti servizz pastorali fil-konfessjunarju principalment bl-ilsien taljan. Il-Qrar huwa ministeru tassew sabih! Huwa okkazjoni biex nerga’ nhabbeb lil pentitenti ma’ Alla! X’hemm aktar sabih minn dan! Ghall-ewwel li waslat hawn il-patrijiet li kienu jaghti sehem f’dan il-ministeru kienu mhux hazin fil-ghadd, ghalhekk ix-xoghol kien jinqasam u hadd ma kien jghejja. Gara izda li xi sitt patrijiet ma’ baqghux jaghtu s-servizz minhabba li regghu lura fil-provincji taghhom u wiehed minnhom minhabba l-mard. Ghaldaqstant in-numru tal-konfessjuri naqas. Patrijiet ohrajn biex jiehdu posthom ma gewx. Ghalhekk it-tghabija waqghet fuq dawk il-ftit li bqajna. Ghaldaqstant zdied l-orarju. F’dawn l-ahhar gimghat kont impennjat kemm filghodu u kemm filghaxija b’total ta’ hames sieghat qrar kuljum. Qed nittama li jigu xi patrijiet ohra biex ikunu jistghu jaghtu daqqa t’id. Jghidu min jistenna jithenna! Jien nipprova nzomm ruhi hieni xorta wahda!
Mill-Festi mhux neqsin Kif kelli okkazjoni nghid drabi ohra hawn f’Assisi mill-festi m'ahniex neqsin. F’Rivotorto fil-Parrocca immexxija mill-patrijiet taghna l-Frangiskani Konventwali saret il-Festa tar-Regola Frangiskana. Din il-festa li ilha ssir mijiet ta’ snin. Saru erba` t’ijiem ta’ festi bejn l-15 u 18 ta’ Mejju. Fl-ahhar jum tal-Festa saret purcissjoni bis-sehem tal-konfraternità ta’ San Frangisk, patrijiet, xi kjerci u ghadd ta’ parruccani u pellegrini, li nghaqdu mal-folla ilkoll bit-torci f’idejhom. Matul il-purcissjoni ingarret kopja tar-Regola mill-prijuri u l-banda tal-Comune ta’ Rivotorto daqqet innijiet religjuzi. Wara l-Purcissjoni saret celebrazzjoni tal-Kelma fil-Knisja. Wara l-funzjoni kulhadd kien mistieden fil-kjostru tal-kunvent biex iduqu t-Tozzetti (biskuttini bil-lewz) u Vin Santo (inbid helu). Hadd ma baqa` lura. Kulhadd bill grizmejh.
Festa tal-Calendimaggio
ta` San Frangisk.
Festa ta’ l-Isqof ta’ Assisi
Attivitajiet xejn inqas
Bejn it-23 u 25 ta’ Mejju sar l-Hdax-il Kongress Nazzjonali ta’ l-Ispiritwalita’ Antropologika u l-Ekologija Sociali. Ghal dan il-kungress gew fis-Sacro Convento ghadd ta’ irjus kbar mill-kamp tal-knisja u dak civili.
Is-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Assisi kellhom diversi attivitajiet fl-okkazjoni tat-tielet centinarju mill-fondazzjoni taghhom. Barra il-Convegno di Spiritualità, kellhom Pellegrinagg ta’ Radd il-Hajr, telqu mill-Katidral ta’ Assisi u spiccaw fil-Bazilka ta’ San Frangisk fuq il-Qabar tal-Qaddis. Bhala parti mic-celebrazzjonijiet saret il-Professjoni Semplici ta’ zewg zghazagh li kienu ghadhom kemm temmew in-novizzjat taghhom.
Fi tmiem il-gimgha bejn 24 u 25 ta’ Mejju saret il Marcia degli Angeli fl-okkazjoni tal-Festa Nazionale dell’infanzia. Fit-tmiem ta’ din il-festa tat-tfal saret rappresetazzjoni helwa mit-tfal stess fil-Bazilka Superjuri.
Mhux possibili insemmi il-Korijiet li kull Sibt u Hadd jigu biex jaminaw il-kant waqt il-Litugija. Insemmi biss il-Concerto per Maria miktub u dirett minn Padre Giuseppe Margino OFMConv li sar fit-tmiem ix-xahar ta’ Marija.
Ir-Regola Website Matul dan ix-xahar komplejt nahdem fuq il-website ta’ San Frangisk. Zidt ghadd ta’ pagni godda. Però f’dawn l-ahhar gimghat kelli nzomm saqajja fuq il-breaks. Qabel xejn minhabba l-impennji pastorali u minhabba xoghol iehor ta’ traduzzjoni u korrispondenza, li jqabbadni regolarment il-Kustodju. Terga’ wkoll minhabba li ridt inhejji ghall-Irtir Spirituali Annwali li gejt imsejjah biex naghti lill-Klarissi ta’ Malta fl-ewwel gimgha ta’ Gunju. Fi tmiem il-gurnata kont inhoss li l-jum donnhu ma kellu 24 siegha bhas-soltu! Ma kontx insib hin bizzejjed biex naghmel dak kollu li kont nixtieq. Sewwa jghid Qohelet: Hemm hin ghal kollox!"
il-pont tat-talb Nieqaf hawn. jekk il-Bambin irid nerga' nkun maghkom b'aktar taghrif fil-bidu ta' Awissu. Minhabba li zdieduli l-impennji hsibt biex inhejji il-pont darba kull xahrejn. Madankollu inzommu xorta wahda il-pont tat-talb. Inkomplu nitlobu ghal xulxin.
|
Il-Basilka ta' San Frangisk kif kien tidher fi zmien Frate Elia fl-1253
San Frangisk kiteb r-regola tlett darbiet. L-Ewwel Regola li kiteb kien dik fl-1209. Kien ghadu fil-bidu ta’ l-esperjenza tieghu. Kien ghad kellu madwaru madwar tnax-il patri. Dak iz-zmien kien ghadhom migbura f’dak il-post imsejjah Rivotorto. L-isem ta’ dan il-post gej min-nixxiegha (Rivo Tortuoso), li tinzel minn Monte Subasio u li tghaddi sserrep minn dawk in-nahiet fejn Frangisku u shabu kienu jmiddu rashom taht naqra ta` gharix fqajjar. Minn dan il-post Frangisku telaq lejn Ruma ghand il-Papa Innocenz III biex japprovalu ir-Regola. Il-Papa kien ta l-approvazzjoni tieghu ghal din l-Ewwel Regola bil-fomm biss. I-originali ta`din ir-regola ntilef u baqa` ma wasalx f’idejna. Fl-1221 Frangisku kiteb regola ohra, aktar twila w elaborata, maghrufa sa llum bhala r-Regola non Bullata. It-tielet u l-ahhar regola miktuba mill-qaddis ta’ Assisi kienet dik miktuba fl-eremitagg ta’ Fontecolombo maghrufa bhala ir-Regola Bullata, li giet approvata mill-Papa Onorju III fid-29 ta’ Novembru 1223. Dawn iz-zewg regoli waslu ghandna. Il-kopja originali tar-Regola Bullata tinsab fil-kappella tar-Relikwi hawn fil-Bazilka ta` San Frangisk f’Assisi.
|
|
![]() |