![]() |
il-pont - no 58 Assisi - Italja |
![]() |
|
Mejju 2003 no 58 Loghba tal-Paci
Fl-1886 il-kittieb Russu Leo Tolstoy kiteb il-ktieb, li bla dubbju baqa’ il-kapolavur tieghu: “War and Peace”. “Gwerra” u “Paci” kienu l-aktar zewg kelmiet li kienu fuq fomm u li jrbumbjaw f’widejn kulhadd f’dawn l-ahhar gimghat. Fuq it-Television ma waqafniex nisimghu u naraw xeni ta’ “gwerra”. Min-naha l-ohra kull fejn thares fit-toroq, mat-twieqi u mal-gallarijiet tad-djar, ghalinqas hawn fl-Italja, ma tarax hlief bnadar imlewna bil-kelma “paci” fuqhom. Il-Papa wkoll tkellem bil-miftuh kontra il-gwerra u heggeg it-tab favur il-Paci. Il-gurnali u r-rivisti kienu mimlija b’artikli u b-ritratti kemm dwar il-gwerra u kemm dwar l-paci.
“Gwerra” u “Paci”. Fost dak li qrajt matul dawn il-gimghat baqa’ impress f’mohhi fatt li kien fih tassew x’tixtar. Il-fatt jirrakkonta kif xjenzjat russu darba kien ghaddej u waqaf ihares lejn grupp ta’ tfal li kienu qed jilaghbu. Wara ftit ix-xjenzjat resaq lejhom u staqsa lil wiehed minnhom: “X’intom tilghabu?”. “Qed nilaghbu tal-gwerra!” kienet it-twegiba. “Kif tistghu tilghabu tal-gwerra? Il-gwerra hija kerha wisq biex tilaghbuha, imisskom tilaghbu il-loghba tal-Paci!”. It-tfal baqghu cassi jharsu lejh. Wara ftit wiehed minnhom staqsih: “Kif tintlaghab il-Loghba tal-Paci?”
“Kif tintlaghab il-Loghba tal-Paci?” Minn kien qed jikteb ma qal xejn x’kienet it-twegiba tax-xjenzjat. Ma ta’ l-ebda twegiba. Forsi ta’ minn jipprova jfittex twegiba.
Forsi wasal iz-zmien li xi hadd jibda jghallem lit-tfal taghna kif tintlaghab “il-Loghba tal-Paci”. Il-loghba tal-gwerra tappella aktar. Meta kont tifel jien niftakar ahna wkoll konna nilghabu tal-gwerra, tal-Cowboys u l-Indjani. Maz-zmien flok tal-Cowboys it-tfal bdew jilghabu ta’ Rambo. Terminator, Robocob, Star Wars u ohrajn. Huma kollha loghob ta’ vjolenza, gwerra u qlit! Sahansitra ghadd ta’ Cartoons huma mimlija vjolenza. Wara dawn bdew gejjin il-playstations u l-videogames b’loghob ta’ gwerra, li l-gost ta’ min jkun jilaghab huwa kemm jirnexxilu joqtol u jgib fix-xejn l-avversarju. Dan donnhu huwa l-loghob preferit u li l-aktar joghgob lit-tfal… u xejn inqas lil kbar. Hija kultura ta’ gwerra li bla ma nintebhu qed tinzera’ fost it-tfal taghna. Meta ser nibdew naraw videogames b’loghob ta’ Paci?!
Il-Paci aktar milli loghba hija mod ta’ hajja. Il-Paci hija sejha. Anzi hija s-sejha principali tal-bniedem mahluq biex jghix f’armonija mal-Hallieq, mieghu nnifsu u ma’ l-ohrajn. Tilaghab il-Paci, fil-fehma tieghi tfisser: naghmel hilti kollha biex issib tassew l-armonija originali li ghalija kont mahluq bhala bniedem. Din il-Paci tinsab biss f’Dak li matul dawn il-jiem iccelebrajna il-Mewt u il-Qawmien tieghu – Kristu Gesù! Il-kliem ripetut fuq fomm Kristu Rxoxt kien “Il-Paci maghkom”.
Ahna msejha biex nifthu qalbna biex jilqghu u nghixu din il-Paci. Dan ghamel San Frangisk. Frangisku ukoll kien jilaghab tal-Gwerra. Mhux taparsi imma bis-serjetà u spicca prigunjier fil-habs ta’ Perugia. Imma meta iltaqa’ ma’ Kristu, Frangisku fetah qablu, u flok gwerra beda jhoss paci f’qalbu. Beda jghix din il-paci. Beda jxandar din il-Paci. U sar bniedem ta’ Paci!
Forsi ta’ ma jkunx hazin li nduru ahna wkoll mill-gdid lejn Frangisku u flimkien ma wliedna. Minghand Frangisku ta’ Assisi nistghu nitghallmu kif nghixu il-Paci ta’ Kristu fil hajja taghna ta’ kuljum.
Marija Regina tal-Paci, Itlob ghalina. Sahha, Barka ghozza u talb.
Fr Thomas.
Pesce d’Aprile Ix-xahar ta’ April jibda bic-cajta ta’ “April’s fool”. Hawn fl-Italja ghandhom id-drawwa li jiccajtaw ukoll. Jisejhulha “pesce d’aprile”. Jien ukoll kont vittma ta’ cajta helwa. Kont fil-kamra nahdem bhas-soltu fuq il-computer u f’hin minnhom daqq it-telefon. Wiegibt fil-pront. “Ejja ghaggel ghax hawn grupp minn Malta!” Staqsejt fejn qieghed u nfurmawni li l-grupp kien fil-Bazilka ta’ isfel. “Ecco, vengo subito”. Hallejt dak li kont qed naghmel, ilbist it-tonka u nzilt fil-Bazilka. Malli dhalt stqasejt lill-patri li cempilli fejn huma u qalli nizlu fil-Kappella tar-Relikwi. Mort fejn qalli li kienu u ma sibt ‘il hadd. Jiena u sejjer lura lejn il-patri narah b’halqu mcarrat u l-istess iz-zewg patrijiet l-ohra li kienu mieghu. Kif wasalt hdejhom kienu pronti qaluli: “Pesce d’aprile!”. Kienu dahqu biha, kif kienu ghamlu ma’ ghadd ta’ patrijiet qabli. Il-hajja bi ftit cajt bhal dan issir aktar sabiha! Kwazi kwazi, ghandna bzonn aktar jiem ta’ “April fools” matul is-sena biex niccajtaw ftit. Donnha qed insiru wisq serji u “touchy”!
Inzomm l-Appuntament Nipprova kemm nista’ nkun fidil u nzomm l-appuntament man-novizzi taghna f’Osimo. Dan ix-xahar mort inzurhom fit-2 ta’ April. Bhas-soltu dort fuq Patri Alfio biex nitolbu jaghmel il-hin tal-qrar minfloki u qalli biex imur b’mohhni mistrieh. Narah Anglu miskin! L-ewwel kien gej mieghi patri iehor. Hadt gost, xejn xejn ma nkunx wahdi tul il-vjagg. Imma mbaghad qalli li mhux gej! Imbaghad kien gej iehor: Fr John patri minn Zambja tghidx kemm ha gost li kien gej ghax qatt ma mar Osimo. U fl-ahhar mument talbuh ibiddel patri iehor li sebah bl-influwenza. Spiccajt mort wahdi xorta. Il-vjagg minn Assisi ghal Osimo bil-karrozza jiehu qiesu saghtejn u nofs. Dak in-nhar in-novizzi ma kellhomx skola ghalhekk kellna hin aktar biex nitkellmu flimkien u wiehed wiehed. David, Pietru u Mario jinsabu kuntenti u jidhru ghal qalbhom. Is-Surmast ha hsieb ibiddel il-hin tal-quddiesa halli nkun nista’ mmexxi c-celebrazzjoni jien u naghmel kelmtejn lin-novizzi. Wara il-quddiesa kilna u hriegna passiggata qasira flimkien madwar it-toroq ta’ Osimo. Xi l-erbgha u nofs ta’ wara nofs in-nhar rritornajt lura. Wasalt Assisi f’xi s-7.00 ftit qabel ma dalam.
Rih jinbidel f’rifnu
Wara li gejt
minn Osimo hassejt ftit tar-rih. Is-soltu nhossu gej minn grizmejja din
id-darba kien donnu beda minn sidri. Bdejt niehu xi medicini u bqajt
l-istess. Bil-kemm ma nghidx li ir-rih zviluppa f’rifnu. Tant kont qed
inhossni mghaxxex li kkancellajt minn mohhi kull hsibt li nitlob
lill-Kustodju biex ninzel Malta biex nivvota! Gara li lejliet li kelli
suppost ninzel Malta filghodu qomt mhux hazin u bdejt inhossni kemm xejn
tajjeb. Deni ma kellix u ghalhekk mort ghand il-Kustodju u qalli li nista’
nizel Malta. Kienu diga’ bbukkjawni u hallsuli il-passagg specjali ma’
l-AirMalta. U hekk sibt ruhi mill-gdid Malta biex naghmel dmiri bhala
cittadin. F’Malta ppruvajt ma noqghodx nitperrec wisq. Infatti lanqas hadt
sehem fil-Puricissjoni tad-Duluri, qadt fis-sagristija ta’ San Pawl il-Bahar
inqarar. U qarart ghadd gmielu ta’
Gimgha Mqaddsa Gej lura dritt minn Malta minhabba li kienet ser tibda il-Gimgha Mqaddsa. F’dan il-perijodu jigu aktar nies Assisi biex izuru il-Bazilka ta’ san Frangisk. Hafna minnhom f’dan iz-zmien jiftixxu s-sacerdot biex iqerru. Kellna qrar bla waqfien! Ghalhemm kelli rih fuqi nzilt fil-konfessjunarju xorta wahda u kien imissi saghtejn u nofs filghodu u daqshekk iehor filghaxija. F’Hamis ix-Xirka filghaxija waqafna mill-qrar biex inkunu nistghu niehdu sehem fil-Funzjoni. Izda fil-Gimgha il-Kbira komplejna bl-orarju tal-qrar. Kienet l-ewwel darba f’hajti li ma stajtx niehu sehem fic-celebrazzjoni. Fit-rad wara l-ikel irnexxil nohrog ftit biex nara bicca mill-purcissjoni. F’Sibt il-Ghid kelli qrar filghodu u filghaxija kont free biex stajt niehu sehem fil-funzjoni. Il-liturgija f’dawn il-jiem kienet ippreparata tajba hafna. Is-servizz tal-kjerci u l-kant tal-kor kien maghmul bl-ahjar mod possibbli. Il-partecipazzjoni tan-nies kienet numeruza. Qatt ma rajt nies fil-Bazilka daqskemm rajt nhar Hadd il-Ghid.
Figolla ta’ l-Ghid Hawn fl-Italja ghal l-Ghid jiddellettaw bil-Uovo di Pasqua. Cert li fis-Sacro Convento il-Bajd ta’ l-Ghid ma naqsux! Kif dhalna fir-Refettorju ghall-ikla ta’ nofs in-nhar sibna bajda ta’ l-Ghid fuq il-mejda quddiem kull wiehed. Ghalkemm il-bajd ta’ l-Ghid issa qabdu sewwa f’pajjizna, madanakollu kull Malti fl-Ghid jkun jistenna il-Figolla. Din is-sena il-Figolla ta’ l-Ghid ma naqsitx! Meta kont Malta tawni figolla biex intellahha mieghi. U wara il-quddiesa ta’ nofs il-lejl tlajt fil-kamra u hadt bicca figolla maltija. Tellajt tnejn ohra mieghi u tajt wahda kull wiehed lil patri Max u patri Baskal, li hawn mieghi. Dejjem nghid li rrid inzomm il-breaks u nzomm lura bil-helu… imma ghadni ma sibtx zejt tal-breakijiet li jorbtu tajjeb! Nispicca niekol xorta. Kos dan il-helu: Jien inhobbu tant… u hu ma jhobbnix!! Nipprova naghmel mill-ahjar biex nhobb lill-eghdewwa tieghi, imqar jekk hu l-helu!!
“Gaudete, esultate” Il-Kelma “kuncert” saret parti mill-vokabolarju taghna hawn fis-Sacro Convento. Kuncerti jkollna bil-zguz! Spiss jigu gruppi jew korijiet li jkunu jixtiequ jkantaw f’xi wahda mill-quddiesa jew jaghtu xi kuncert fil-Bazilka ta’ San Frangisk. Merhba bihom! Il-Gimgha fuq l-Ghid kellna Kuncert specjali bl-isem “Gaudete, esultate”. Dan kien moghti mill-Cappella Muzikali tal-Bazilka taghna flimkien ma’ l-orchestra “I Solisti di Perugia” taht id-direzzjoni ta’ Padre Giuseppe Magrino OFMConv. Il-kuncert bida b’sinfonija kontemporanja miktuba minn Padre Magrino dwar il-qilla tal-gwerra fl’Iraq. Wara kien kien hemm Oratorio dwar il-Passjoni ta’ Kristu miktub fl-1718 minn Padre Francesco Benedetti, Frangiskan Konventwali. U fit-tmien il-kor u l-orkestra esegwew ir-Regina Coeli ta’ Mozart u l-Ave Regina Ceolorum ta’ Haydn. Il-Bazilka ta’ fuq kienet ppakkjata bin-nies. Konvint li l-kant u l-muzika ta’ dawn il-korijiet flimkien mal-celebrazzjoni liturgici u ma’ afreski u l-kuluri mal-hitan tal-Bazilka kollha jaghtu s-sehem taghhom halli jkomplu jaghtu Gloria lil Alla.
sanfrangisk.com Fil-jumejn li nizilt Malta ppruvajt nigbor ghadd ta’ materjal iehor dwar San Frangisk. U hekk ghamilt! Ergajt tellajt mieghi hafna kotba, rivisti, artikli u materjal Frangiskan. U minndu gejt lura kull ftit hin “free” li jkolli inpoggi bilqieghda u nkompli nahdem fuq il-website. F’dawn il-jiem zidt ghadd ta’ pagni godda. Fosthom gabra ta’ poezijiet bil-malti dwar San Frangisk. Zdit sezzjoni ohra dwar l-Ordni Frangiskan f’Malta b’taghrif fuq kull familja Frangiskana. Zdit taghrif interessanti dwar Frangiskani Maltin ta’ l-imghoddi li hadmu kemm f’pajjizna u kemm barra mix-xtut tal-gzejjer taghna. Fost ohrajn hejjejt werrej generali, li jigbor fih il-pagni kollha taht it-taqsim differenti taghhom.
Specjali santa Klara
Ittra lil Editur Matul dawn l-ahhar gimghat baqghu jaslu ghadd ta’ kummenti sbieh u li jaghmluli kuragg. Dan il-website, li il-Mulej pogga fil-qalb tieghi u kien Hu li tani d-dehen u l-possibiltà li nwettqu, donnu jidher qieghed jimla vojt. Fuq il-Lehen is-Sewwa ta’ nhar is-Sibt 15 ta’ Marzu, 2003 dehret ittra lill-Editur dwar dan il-kontribut li qed jinghata lill-ahwa maltin li jhobbu lil San Frangisk permezz ta’ san il-website. Hawn hu it-test ta’ l-ittra:
Jalla dan is-site - kif qal Dr Saliba – jaghmel hafna gid spiritwali. Jien minn-naha tieghi naghmel il-parti tieghi u nhalli lill-Mulej jaghmel il-bqija u johrog il-gid kif hu biss jaf kif!
Nerga’ nistieden li dawk li ghandhom jew xi poeziji jew xi materjal marbut ma’ San Frangisk biex jibghatuhuli. Tistghu tuzaw dan l-indirizz posta@sanfrangisk.com Nirrinagzzjak bil-quddiem. U niehu l-okkazjoni biex nirringrazzja lil dawk li digà baghtuli xi material.
Inselli u nitlob ghalikom ilkom minn Assisi u minn fuq il-Qabar ta’ san Frangisk.
|
Bnadar imlewna bil-Kelma "Pace"
ix-xjenzjat resaq lejn it-tfal staqsa lil wiehed minnhom: “X’intom tilghabu?”. “Qed nilaghbu tal-gwerra!” kienet it-twegiba. “Kif tistghu tilghabu tal-gwerra? Il-gwerra hija kerha wisq biex tilaghbuha, imisskom tilaghbu il-loghba tal-Paci!”. It-tfal baqghu cassi jharsu lejh. Wara ftit wiehed minnhom staqsih: “Kif tintlaghab il-Loghba tal-Paci?”
Nhar il-Gimgha Kbira saret il-Purcissjoni mill-Bazilka ghall-Kattidral bl-istatwa ta' Kristu mejjet u b'dik tad-Duluri. |
||
![]() |