il-pont -  no 57                           Assisi  - Italja        

April 2003 no 57

◄◄|werrej|►►

Dinja bil-kuluri

 

 “Ha tkun imfahhar Mulej mill-Hlejjaq kollha!”   Wara l-esperjenza personali li kellu tal-Mulej ghajnejn Frangisku infetthu.  Beda jintebah b’affarijiet madwaru li qabel lanqas kien jaghti kazhom. Beda jara d-dinja ta’  madwaru b’aktar kuluri. Beda jara u jaghraf l-id ta’ Alla fin-natura u fil-holqien kollu.  Frangisk beda jara l-holqien aktar sagru u sabih.  Cert meta Alla halaq lejn il-holqien kif naqraw fl-ewwel pagni ta’ l-iskrittura “Alla ra li kollox kien tajjeb u sabih”.  Ghajnejn Frangisku nfettu u bdew jaraw din l-istess tjubija u sbuhija.  X’ghamel? Stieden il-holqien kollu, kif ghamlu s-salmisti ghadd ta’ sekli qablu, biex ifahhar il-Mulej li halaqhom. Barra li jghanni l-Ghanja tal-Hlejjaq, Frangisku kien jghannaq ukoll lil kull persuna li jiltaqa’ maghha, sew jekk dan kien halliel, brigant, sew jekk Saracin jew infidil ghax fihom kien jara l-Hallieq!  Kien jara ghaqda shiha u fratellanza bejn il-hlejjaq u l-Hallieq u bejn il-hlejjaq bejniethom.  Frangisku fetah ghajnejn u d-dinja dehret aktar sabiha!

 

Xi kultant noqghod nahseb li kieku kelli niftah ghanejja jiena wkoll cert li nibda nara d-dinja isbah!  Il-holqien nibda narah jirrifletti s-sbuhija ta’ Alla.  F’dawn il-jiem qadt nahseb li kieku kellna nqattghu ftit tal-hin inqas quddiem it-television jew il-komputer u nohorgu ftit barra fil-kampanja ghall-arja u li kieku kellna nifthu ghajnejna nibdew naraw ahna wkoll sbuhija li forsi qabel ma konnix naghtu kazha.

 

Li kellna inharsu imqar lejn daqsxejn ta’ qattra nida fuq werqa diga’ nibdew naraw shubija li rari naghtu mportanza.  Malli x-xemx tolqot dik il-qattra ckejkna ta’ ilma, dik il-qattra tibda tleqq bhalma jleqq djamant prezzjuz u sabih. U malli Alla jmiss dik l-istess qattra nida b’ziffa helwa u gentili tieghu, dik z-zibga ckejkna ta’ ilma tibda bhal donnha tizfen u fl-istess tibda tarmi l-ilwien kollha tal-qawsalla.  Kull qatra nida hija rigal! Alla pogga dawn il-qtar fuq il-weraq ghalija biex niehu gost bihom. Hasra li ahna nitilfu hafna minn dawn l-ispettakli li joffrilna Alla permezz tan-natura.  Hafna qtar tan-nida u ghadd ta’ affarijiet sbieh ohra tal-holqien li ninsabu madwarin bihom donnhom qatt ma jolqtu l-attenzzjoni taghna.

 

Alla jara kull qatra nida li hawn fid-dinja u jitaxxaq biha u cert li jaraha “tajba u sabiha!” Nghiduha! jekk Alla jitghaxxaq b’qatra nida kemm jitghaxxaq aktar bina l-bnedmin li halaq fuq x-xbieha u sura tieghu?!  Nistghu nimmaginaw xi jhoss ghalina! Kemm ahna tajbin u sbieh u mportanti f’ghajnejh bil-wisq aktar minn semplici qatra ta’ ilma.  Xejn mit-tajjeb li naghmlu ma jahrablu: Jitbissem meta naghmlu xi gest sabih jew xi opra tajba, meta nippruvaw nghinnu lil xi hadd jew nghidu kelma ta’ gid, ta’ ringrazzjament jew ta’ kuragg lil xi hadd, jew meta npoggu d-doni u t-talenti li tana biex jibbenefikaw minnhom l-ohrajn.  Ukoll meta naghmlu xi haga li ma toghgbux jibqa’ xorta jitbissem u jhares lejn dak kollu li hu sabih u tajjeb fija u fik. 

 

Nosserva li hafna minn nies li niltaqa maghhom fil-ministeru tieghi ghandhom habta li jaraw id-dinja ta’ madwarhom b’nuccali b’kulur iswed, griz jew skur! Donnhom mixjin fi shaba ta’ pessimizmu u jaraw biss dak li hu negattiv madwarhom. Sa certu punt ma ttiehomx tort ghax l-ahbarijiet ta’ kull hin u ta’ kull jum fuq it-television, ir-radju u l-gurnali ma jitkellmux fuq xejn hlief dak li hu negattiv.  Li kieku bhal Frangisku kellhom, u jien u ahna lkoll maghhom, nifthu ftit aktar ghajnejna, ahna wkoll nibdew naraw dak ta’ madwarna mhux aktar iswed u griz, imma technicolour – id-dinja nibdew narawha aktar kulurita, aktar sabiha, aktar posittiva u aktar tajba!  Cert li ahna wkoll ma’ San Frangisk inkunu nistghu nghidu u nghannu: “Ha tkun imfahhar Mulej mill-Hlejjaq kollha!”  Sahha, Barka ghozza u talb.

 

Fr Thomas.

 

Suikin-Kutsu

Ix-xahar ta’ Marzu fis-Sacro Convento beda b’noti sbieh muzikali fuq strument mhux tas-soltu. Il-Suikin-kutsu-net ta’ Kyoto fil-Gappun offeriet strument muzikali original maghruf fil-Gappun bhala SUIKIN-KUTSU.   Dan l-istrument jahdem bl-ilma infatt huwa speci ta’ funtana li jintuza fil-gonna gappunizi sa minn zmien il-qedem.  L-istrument huwa maghmlu minn garra tal-fuhhar li qieghda midfuna f’certa posizzjoni taht l-art mal-genb hemm speci ta’ kanna tal-bamboo li minnha jghaddi l-ilma li jinzel qatra qatra. Malli l-ilma jqattar u jahbat fuq il-garra jinholqu hsejjes armonjuzi li skond il-gappunizi jiddisponu lir-ruh biex tingabar titlob u tikkontempla.  Din il-funtana/strument saret fis-Sacro Convento fil-kjostru imsejjah Chiostro dei Morti.  Hafna mill-materjal u l-gebel li jiksu il-garra ingiebu mill-Gappun.  Is-Sibt ta’ 1 ta’ Marzu saret cerimonja ckejkna li fiha sar t-tberik  ta’ l-ilma u giet inaugurata din il-funtana.

 

25 sena fil-Kunvent

Kif itir iz-zmien! Matul dan ix-xahar li ghadda ghalaqt 25 sena li hallejt id-dar ta’ ommi u missieri biex nibda l-mixja tieghi frangiskana.  Kien il-Hadd 12 ta’ Marzu 1978.  Dak in-nhar wara nofs in-nhar niftakar tlaqt mid-dar bil-volkwagen beetle li kien ghad kelli fit-triqti lejn il-kullegg tal-patrijiet Konventwali f’B’Kara.  Fit-triq kelli nieqaf diversi drabi ghax ma stajtx insuq bid-dmugh li beda nizel bhal xmara minn ghajnejja. Bdejt nitlob lill-Mulej biex jimla hu il-vojt li kont ser inhalli wara id-dar.  Quddiemi kelli hajja gdida tistennini.  Ma kontx naf x’ser insib u kif ser tkun!  Kont cert izda li l-Mulej kien ser jkun mieghi f’kull pass li naghmel.  U Hekk kien. Il-Mulej mexa mieghi pass pass tul hamsa w ghoxrin sena shah… u ghadu miexi mieghi sa llum.  Kien u ghadu fidil tassew.

 

25 sena ilu l-ahhar darba fil-Parti ta’ Kristu

Jumejn biss qabel ma dhalt il-kunvent kont ghamilt ghall-ahhar darba il-parti ta’ Gesù fil-pageant fil-parrocca ta’ Rahal Gdid.  Ghalija dan il-pageant kien ifisser hafna u kellu bla dubbju effett kbira fil-mixja tieghi.  Mhux tant ghax kont naghmel il-patri principali – dik ta’ Kristu, izda ghax Alla inqeda b’din il-parti biex jaghti direzzjoni gdida lill-hajja tieghi.  Kelli l-okkazjoni nghid aktar minn darba: kif il-Mulej biddel il-hajja ta’ San Pawl fit-triq ta’ Damasku, hekk ukoll biddel il-hajja tieghi billi tellghani fuq il-palk tal-Paola Pageant Group.  Kien fuq dan il-palk li ergajt rajt id-dawl u t-triq li ried minni l-Mulej.  Hekk l-istil tal-Mulej!  Ghandu t-toroq u l-modi tieghu kif jiltaqa’ maghna!  Lili ltaqa’ mieghi fuq il-palk.  Dak iz-zmien kont naghmel il-parti ta’ Gesù mill-ahjar li nista’ fuq il-palk.  Illum qed nipprova mill-ahjar li nista’ biex nghix il-parti ta’ Gesù fil-hajja tieghi ta’ kuljum.

 

Laqghat ta’ tigdid

Kont ilni intella’ u nnizzel tghix kemm!  Fl-ahhar hassejt biex immur nitlob il-permezz tas-superjur tieghi u qalli OK.  Hekk inzilt Malta ghal tliet ijiem.  Cert ghamilt id-dmir tieghi bhala cittadin u tajt il-vot tieghi, izda kelli l-okkazjoni nerga’ niltaqa’ mad-daddy u ma’ l-familja, mal-patrijiet u ma’ ghadd ta’ hbieb. Nemmen hafna f’dawn il-mumenti!  Ghalija huma mumenti ta’ festa!  Huma laqghat ta’ tigdid ta’ l-istima, tal-hbieberija u tal-ghozza bejn xulxin.

 

Spettaklu b-differenza

Il-Bazilka ta’ fuq kienet maghluqa ghal xi hamest’ijiem! X’gara? bdew jistaqsu l-pellegrini u l-vizaturi.  Kien qed isir ix-xoghol ta’ thejjija biex jigbu ir-recording ta’ Spettaklu favur il paci bl-isem Nel nome del cuore. It-trakkijiet ta’ l-istazzjon tat-televion tar-RAI waslu u kienu kollha pparkjati ghal-lest fil-bidu ta’ Via San Francesco sewwa sew fil-telgha quddiem il-bieb tal-Kunvent.  Il-haddiema u dawk involtuti fil-produzzjoni, cameramen, u l-back stage hadmu bla waqfien. Bdew jaslu il-personaggi li kellhom jiehdu sehem fàdan l-ispettaklu. L-ewwel fosthom Milly Carlucci, li kellha tmexxi is-serata.  Warajha wasal Lino Banfi, il-komiku famuz taljan. Bil-mod waslu wkoll il-kantanti u l-partecipanti l-ohra.  Kelli l-okkazjoni niltaqa’ u nitkellem maghhom ilkoll.  Lil Lucio Dalla iltqajt mieghu waqt il-provi u egajt kellimtu wara is-show. Ma’ Albano tkellimt fil-bazilka ta’ fuq waqt li kienu qed isiru xi prova.  Dan qalli li ghadu jiftakar iz-zjara tieghu f’Malta u lil Dun Charles Vella u l-Movument ta’ Kana.  Ma’ Emii Stewart u Milly Carlucci tkellimt maghhom fir-refettorju. Il-kantanti l-ohra Andrea Bocelli, Katia Ricciarelli u Rosanna Casale u lil Francesco Scarbi kellimthom waqt is-sereta tar-recordings.  Ilkoll kemm huma tawni il-firma taghhom b’messagg.  Sgarbi kiteb: “A Thomas che vede l-anima degli uomini”Albano “Per Padre Thomas con speciale stima”Milly Carlucci qaltli li bl-emozjoni li kienet qed thoss ma kellix kliem, hdejn il-firma pingiet qalb. Lucio Dalla kiteb “Caro Thomas è bella la vita”, imbaghad qalli biex nergghu nistednuh ghax fil-jumejn li ghamel jghix fil-kunvent hass paci li qatt ma hass bhala qabel.  Fi ftit jiem ta’ l-ispettaklu dawn il-persunaggi saru qieshom membri tal-familja frangiskana.   Lino Banfi wara is-show gie fuqi u bl-akbar familjarità qalli “padre Thomas, imxi urini fejn ser nieklu ghax ghandi guh fuqi!”  U hadtu fir-refettorju fejn ir-RAI ha hsieb iqabbad ditta biex thejji l-ikel ghal kull min ha sehem u ghal xi mistedin.

 

L-ispettaklu kellu jkun trasmess l-ghada fl-21 ta’ Marzu.  Dak in-nhar faqqat il-Gwerra u l-ispettaklu thassar. Madanakollu kien trasmess nhar il-25 ta’ Marzu fil-festa meta l-Anglu Habbar il-messagg tal-Mulej lil Marija.  L-ispettaklu nel nome del Cuore ried wkoll ihabbar messagg - dak ta’ Paci ta’ San Frangisk.  Hu hekk kien.  Kien Spettaklu b’differenza, b’kant u muzika, rakkonti mill-hajja u siltiet mil-films dwar san Frangisk, messaggi u qsim ta’ esperjenzi frangiskani u vokazzjonali.  Kien hemm mumenti ohra migbuda bil-bazilka tà isfel b’messagg tassew qawwi dwar l-esperjenza ta’ Frangisk ta’ Assisi u l-messagg tieghu ta’ Paci. F’mumenti minnhom tal-programm Milly Carlucci waqt li kienet isfel fil-kripta stiednet lit-telespettaturi biex fi djarhom joholqu mument ta’ silenzu u jieqfu ghal ftit quddiem il-qabar ta’ San Frangisk.  Qatt ma naf li xi spettaklu iehor qabel ghamel xi haga bhal din!… l-istess persunaggi f’mumenti minnhom dehru li kienu  kommossi. 

 

Wara it-trasmizzjoni ma waqfux gejjin kummenti posittivi dwar dan l-ispettaklu. Ghad ta’ Kappillani qed jitolbuna kopji tal-programm halli jkunu jistghu juzaw bhal sussidju ghall-animazzjoni vokazzjonali.

 

Jien hadt hsieb navza permezz ta’ e-mail lil hbieb f’Malta biex jarawh.  Kien hemm ghadd li dak in-nhar fethu t-TV u segwew il-programm. Kien hemm hafna minn Malta li kitbuli u taw il-kummenti sbieh taghhom.   Cert li kien show b’differenza!  Nemmen li hemm bzonn aktar ta’ programm u spettakli ta’ din ix-xorta!  Zgur huwa mod aktar nadif u pulit kif tippresenta spettaklu f’messagg posittiv.

 

Attivitajiet ohra u Zjajjar

Matul ix-xahar ma naqsux li jkollna ghadd ta’ attivitajiet ohra hawn is-Sacro Convento jew fil-Bazilka kemm ta’ Fuq u kemm ta’ Isfel. Kellna attivitajiet ta’ natura spiritwali. Fost dawn kellna il-jiem ta’ Kwaranturi bl-adorazzjoni quddiem Gesù espost fis-Sagrament ta’ l-Altar, Kull nhar ta’ Gimgha c-celebrazzjoni tal-Corda Pia u l-Via Crucis Cittadina mat-toroq ta’ Assisi.  Kellna l-Lectio Divina matul ir-Randan mill-esigeta Don Nazzareno Marconi bit-tema “Come i nostri padri nel deserto”.  Ma naqsux ic-celebrazzjonijiet fl-okkazjoni ta’ San Guzepp u l-Lunzjata u il-qaddisin protetturi ohrajn.   Barra l-ispettaklu li semmejt kellna xi kuncerti jew xi korijiet ohrajn.  Fost dawn dak fil-21 ta’ Marzu “I Solisti Veneti” mmexxija minn Maestro Claudio Sciamone.    Biex insemmi dak kollu li jsehh hawn ikun irid ahtar spazju.  Insemmi biss li matul dan ix-xahar iz-zjajjar ta’ xi maltin ma naqsux.  Gie Dun Pawl Fenech, habib ta’ tfuliti Rahal Gdid, illm kappillan ta’ San Gejtanu,l-Hamrun u mieghu gie Richard Galea.  Gew ukoll Frank u Myriam Portelli.  Merhba bihom.

 

Ohtna il-mewt

Fil-misteri tar-Ruzarju nikkontemplaw il-misteri ta’ Ferh u dawk tat-Tbatija flimkien ma’ dawl tal-Glorja u issa dawk tad-Dawl.  Hekk ukoll fil-hajja nghaddu minn dawn il-misteru!  Fil-mixja taghna lejn il-Glorja li msejhin biex ingawdu ghal dejjem, nimxu fid-Dawl taì Kristu waqt li nghixu mumenti ta’ ferh u ohrajn ta’ niket. Il-mumenti ta’ ferh matul dawn l-ahhar gimghat thalltu bin-niket ta’ l-ahbar li waslet mill-Filippini.  Wiehed minn-novizzi li kelli fl-ewwel grupp Fra Giuseppe Olayvar halliena.  Ohtna il-mewt sejhitlu fl-età ta’ 29 sena.  Kien fost in-novizzi l-aktar simpatici: qsajjar qsajjar, kwiet kwiet, ta’ ftit diskors, l-ispecjalità tieghu kienet bla dubbju t-tbissima dejjem kellu fuq fommu. Fra Giuseppe halliena.  Il-Mulej sejjahlu biex ikompli jitbissem fis-sema.

 

San Frangisk on-line

Fl-ewwel ta’ marzu attivajt il-website bil-malti dwar San Frangisk li kont ilni nahdem fuqu ghal aktar minn tliet xhur. Matul dan ix-xahar bdew jaslu l-ewwel kummenti.  Kienu kummenti li lili ghamluli hafna kuragg (ara Il-Kummenti taghkom). Qalilu wkoll li dehru xi ittra fuq il-gazzetti Maltin fosthom fuq il-GENS u fuq il-Lehen is-Sewwa. Dawn il-kummenti tawni aktar hegga biex ikompli nahdem fuqu b’risq dawk li jhobbu lil San Frangisk.  Waqt li kont Malta hadt hsieb naghmel kuntatti mal-Patrijiet taghna Konventwali u dawk Minuri u Kapuccini biex nitlobhom  il-permezz nuza xi materjal ippubklika bil-malti minnhom.  Tawni il-barka taghhom ilkoll kemm huma.   Tellajt mieghi ghadd ta’ materjal biex bil-mod kompli nzid il-pagni.  Kien hemm minn baghatli artikli, peozija u xi materjal iehor marbut mal-Fqajjar ta’ Assisi.  Dawn diga’ attivajt whud minnhom.  Matul dawn l-ahhar jiem dahhalt parti speciali fl-okkazjoni ta’ l-400 sena mit-twelid ta’ San Guzepp ta’ Copertino.  F’dawn il-pagni hemm ghadd ta’ taghrif dwar il-qaddis li jtir.  Fih il-messaggi tal-Papa u tal-Ministru General, taghrif dwar il-hajja u l-post fejn twieled u miet.  Fih taghrif dwar it-tixrid tad-devozzjoni tal-qaddis bhal il-Patrun ta’ l-Istudenti.  Bhalissa qed inhejji pagni speciali fl-okkazjoni tas-750 sena mill-mewt ta’ Santa Klara ta’ Assisi.  Qed naghmel minn kollox biex dawn il-pagni jkunu lesti ghal Jum Hadd il-Palm meta jibdew ufficcjalment ic-celebrazzjoni tal-qaddisa.  Qed inhejji wkoll gabra ta’ Poeziji dwar Frangisk.  Jekk titlaqghu ma xi vrus dwar San Frangisk niehu gost jekk tinghatuhomli.  Tistghu tuzaw dan il-indirizz il-pont@sanfrangisk.com  Grazzi bil-quddiem.

◄◄|werrej|►►

Fil-parti

ta' Gesù

Dak iz-zmien kont naghmel

il-parti ta’ Gesù

mill-ahjar

li nista’

fuq il-palk. 

Illum qed nipprova

mill-ahjar

li nista’ biex nghix il-parti

ta’ Gesù

fil-hajja tieghi ta’ kuljum.

 

nel nome

del Cuore

Nemmen

li hemm bzonn aktar

ta’ programm

u spettakli

ta’ din

ix-xorta! 

Zgur huwa

mod aktar nadif

u pulit ta'

kif tippresenta spettaklu f’messagg posittiv.