il-pont - no 56 Assisi - Italja |
|
|
Marzu 2003 no 56 il-pont online
Min jistenna jithenna! U hekku! Fl-ahhar zewg numri ta’ il-pont semmejt li kont qed nahdem fuq bicca xoghol. Jidher li nholqot kurzità kbira dwar dan ix-xoghol tant li rcevejt ghadd ta’ messaggi fejn qaluli bic-car li qanqaltilhom il-kurzita`. Qaluli wkoll li laqghu l’appell li ghamilt u li kienu qed jitlobu ghalija biex, hi x’inhi din il-bicca xoghol, il-Mulej jaghtini l-ghajnuna mehtiega biex inwassalha ghat-tmien.
It-talb instema’. Inrodd hajr li dawk kollha li wiegbu ghas-sehja tieghi u talbu. Jien kont qed nittama li ghall-ahhar ta’ Frar nkun nista’ nvara din il-bicca xoghol. Kelli qalbi ttaqtaq ghax kont niddependi hafna minn haddiehor. Imma il-Mulej baghatli l-persuna proprju ftit jiem qabel l-ahhar tax-xahar! Hu hekku issa nista’ nikxef il-velu li kien jostor dan il-progett: Il-pont issa qieghed on-line bl’isem www.sanfrangisk.com
il-pont tafu li twieled b’mod naturali hafna. Malli wasalt bhala missjunarju fil-Filippini fis-6 ta' Jannar 1996 bdejt nikteb u nircievi ghadd ta’ ittri. Fl-ittri li bdejt nikteb kont qed nirrepeti l-istess grajjiet li nghaddi minnhom. Ghalhekk gieni l-hsieb li naghmel “newsletter” li fiha nirrakkonta l-esperjenzi principali li kont nghaddi minnhom. Kont nibghat kopja ta’ il-pont bil-posta flimkien ma’ nota ckejkna li kull min ikun kitibli. Kont ghazilt l-isem "il-pont" ghal raguni semplici. Xtaqt permezz tal-kontenut nohloq u nzomm pont mal-familjari, l-patrijiet, il-benefatturi tal-missjoni u l-hbieb. Bdejt bl-ewwel numru fi Frar 1996. Numru wara l-iehor mill-Filippini, mbaghad mit-Turkija u minn Assisi bqajt naghmel hilti biex nibqa' nippreparah u nwasslu n-naha l-ohra tal-pont, permezz tal-posta, mbaghad permezz ta' l-e-mail u issa on-line permezz ta' dan il-web-site.
Il-pont fih gabra ta’ ftit mill-esperjenzi li ghaddejt minnhom bhala missjunarju Frangiskan fil-postijiet fejn kont. Meta dawn l-esperjenzi waslu n-naha l-ohra tal-pont, dehru li ntlaqghu tajjeb. Il-Mulej jinqedha b’kollox u b’kulhadd. Ma neskludix li jista` jinqeda b'dan il-pont wkoll biex iwassal xi kelma tajba jew tbissima fuq fomm dak li jkun. Darba kien hemm xi hadd li, bla ma qaghad ilaqlaq qalli: “Veru m’ghandekx taghmel!”. B’idejja fuq zaqqi qatt ma naf li qaghadt u sakemm il-Mulej jaghtini s-sahha nittama li ma nkun qatt wieqaf. il-pont generalment naghmlu fil-hinjiet battala li jkolli. Cert li huwa mpenn. Imma dan l-impenn naghmlu, u naghmlu bil-qalb kollu. Xejn xejn waqt li naghmlu nhossni eqreb taghhom ilkoll. U ghandi nifhem li meta tkunu qed taqraw thossukom qrib tieghi. Dan huwa il-valur ewlieni ta’ il-pont.
Kien ilu jberren f’mohhi biex naghmel il-pont possibbli online. U kif dejjem jigri. Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. U dak li xtaq bl’ghajnuna Alla sehh… u mhux biss! Mieghu nibet www.sanfrangisk.com wkoll.
www.sanfrangisk.com dan il-pont online qed jinkludi wkoll gabra ta' taghrif dwar San Frangisk. Dan qed naghmlu biex nimla vojt. Skoprejt li ghalkemm hawn ghadd ta' siti b'diversi ilsna dwar San Frangisk, bil-Malti ma' sibt xejn. Allura qed nipprova nimla dan il-vojt. Dawn il-pagni dwar San Frangisk nibtu bil-hsieb li jkunu ghamla ta' appendici ghal il-pont. Gara, izda, l-maqlub il-pont spicca hu l-appendici. Ma gara xejn, anzi huwa bix-xieraq li San Frangisk ikollu l-ewwel post kif ukoll l-attenzjoni principali. Ghalhekk bhala ndirizz ghazilt: www.sanfrangisk.com
www.sanfrangisk.com jigbor taghrif bil-Malti dwar il-Qaddis ta' Assis. Iva www.sanfrangisk.com huwa bil-Malti u huwa ndirizzati lil Maltin u Ghawdxin, f'Malta u barra mix-xutt Maltin. Dawn il-pagni jinkludu wkoll il-kitbiet u t-talb ta’ San Frangisk li gew maqluba ghall-Malti proprju ghal dan is-site. Jigbor ukoll taghrif dwar il-belt ta' Assisi fejn twieled, ghex u miet il-Qaddis. U taghrif iehor dwar is-Santwarji, l-Ispiritwalita', l-Qaddisin u l-Beati Frangiskani kif ukoll dwar l-arti, l-kultura, l-attwalita' u ghadd ta' kurzitajiet Frangiskani ohra.
Ghad nippresenta dan il-web site www.sanfrangisk.com bhala impenn ghal Paci f’isem dawk kollha, huma min huma, li jhobbu lil San Frangisk u li jixtiequ li dan il-qaddis tal-Paci jkun maghruf u mahbub aktar.
Nixtieq, nitlob u nittama li dawn il-pagni jservu mhux biss biex insiru nhobbu aktar lil San Frangisk, izda wkoll biex bhalu ahna wkoll nsiru Strumenti tal-Paci fi zmienna.
Il-Mulej jaghti s-Sliem lil kull wiehed u wahda minnkom. Insellimilkom. Sliem.Sahha u Barka.
Fr Thomas.
Fuq sieq wahda Fl-ahhar numru ta’ il-pont tkellemt dwar l-irtir li “ghamilt” fi tmiem tax-xahar ta’ Jannar. Izda gara li minn dak li ghedt ma kien hemm xejn. Fil-Fatt gara li bil-lejl ta’ qabel kelli mmur ghal dawn il-jiem ta’ ezercizzi spiritwali f’mument minnhom x’hin gejt biex inqum minn fuq is-siggu bla ma naf ghamilt xi movument u hasset wega’ fl-irkobba tax-xelluq. Dritt hassejt li kien gara xi haga. Kien il-hin ta’ l-irqad u mort biex norqod. Bil-lejl ma tantx irqad wisq u l-ghada rajt li irkobbti kienet intnefhet u saret id-dobbju ta’ l-ohra. Ma stajtx immur ghall-iritr. Sejhu lit-tabib u qalli kelli distursjoni f’irkobbti. Tani ngwent u xi pilloli u qalli biex inserraha kemm nista’. Domt b’rigli mistrieh ghal-gimgha, tnejn, tlieta u rkobbti baqghet minfuha. Haduni l-isptar ta’ Perugia biex naghmel ecografia u b’siringa nehhewli xi likwidu minn irkobbti. Haduni ghall-X-rays u rrizulta li f’ghadam ma kelli xejn. Biex ma ntawwalx haduni darbtejn ohra fi klinika, u twani medicini differenti. Bil-medicini u bit-talb inhossni ftieqt. Cert li rrid noqghod prudenti u attent biex ma nistrapazzahiex u nzommha kemm jista jkun mistrieha. Fil-konfessjunarju dahuli banketta biex ikun nista’ nzomm rigli mistrieh fuqha. Il-pjanijiet tal-Mulej huma tant diversi minn taghna! L-irtir kellu jkun mument ta’ Grazzja. Il-jiem li qattajt fuq sieq wahda fil-kamra kienu bla dubbju mument ta’ grazzja wkoll. Kelli hin kemm irid biex ningabar u nitlob, biex naqra u nikteb u biex naghmel hemel xoghol. Il-Mulej kollox idawwar favur ghal dawk li jhobbuh – jghd San Pawl.
l-Ghaxra ta’ Frar La semmejt lil San Pawl nghid xi haga ohra. Fl-ghaxra ta Frar bhal kull Malti iehor nhoss xi haga li hadd mill-popli ta’ gieren jew tal-boghod ma jhossu. Dak in-nhar nhoss kemm Alla kellu tassew ghal qalbu l-poplu Malti. Fir-rakkont ta’ l-Atti ta’ Appostli f’mument minnhom waqt li jaghmel il-qalb lil dawk li kelli mieghu fuq il-gifen Pawlu jghid: “Ghax jehtieg li naslu fuq Gzira”. U nafu li l-gzira kien jisimgha Malta. Ma kienx b’kumbinazzjoni, izda kienet r-rieda ta’ Alla li Pawlu jara l-gharqa f’pajjizna. Gie u gieb mieghu il-Vangelu u l-fidi fi Kristu. Jekk nahsbu ftit l-ebda komunita` milli waqqaf Pawlu m’ghadha hajja u tfakkar il-migja tal-fidi fosthom kif naghmlu ahna l-Maltin. Ghaddew kwazi elfejn sena u l-fjamma tal-fidi ghadha taqbad. Ghalkemm ma stajtx nimxi wisq, dak in-nhar Padre Alfio gab l-affarijiet tal-quddiesa u ccelebrajt flimkien mieghu il-Festa ta’ San Pawl fil-kamra. Kelli bandiera ckejkna ta’ Malta fuq stand zghir u waqt l-offertorju poggejtha fuq il-mejda ckejkna li serviet ta’ l-altar. Il-bandiera kienet simbolu biex tfakkarni fil-poplu kollu Malta. Tlabt biex il-Mulej biex ihares lil Malta kif dejjem ghamel, jbierek il-poplu taghna u biex “iseddaq il-ghaqda bejn il-Maltin u s-Sliem.”
Festa tal-Kustodja L-ghada, l-hdax ta’ Frar, waqt li l-Knisja tfakkar il-festa tal-Vergni Imqaddsa ta’ Lourdes, ahna l-patrijiet tas-Sacro Convento dak in-nhar iccelebrajna wkoll il-festa tal-Kustodja. Kellna quddiesa specjali fuq il-Qabar ta’ San Frangisk. Wara t-tqarbin il-patrijiet kollha geddew l-att ta’ affidament lil Marija. Dak in-nhar kien l-ewwel darba wara diversi jiem li nzilt ghall-quddiesa mal-komunita. Dak in-nhar il-Knisja tiftakar wkoll b’ghozza f’dawk kollha li huma nieqasa mis-sahha. Fil-kundizzjoni li kont fiha hassejtni aktar qrib ta’ l-ahwa morda. Wara l-quddiesa ma setghax jonqos li kellna cena specjali.
Zjara ta’ Tarek Aziz Mhux darba jew tnejn kelli okkazjonijiet nghid li hawn Assisi hija l-mira ta’ numru bla ghadd ta’ pellegrini, li jigu biex jinxtehtu quddiem San Frangisk – il-bniedem tal-Paci. Il-bicca l-kbira tal-pellegrini jigu u jmorru lura u hadd ma jkun jaf bihom. Izda xi drabi jigu xi pellegrini li jghamlu aktar hoss u li d-dinja kollha tkun taf bihom. Hekk kienet iz-zjara tal-vici ta’ Saddam – Tariq Aziz. Il-vici presendent Iraqin zar il-qabar ta’ San Frangisk nhar is-Sibt 15 ta’ Frar. Il-grajja kienet imhabbra u murija sahansitra dirett fuq it-television f’diversi nhawi tad-dinja. Wara li nghata merhba mill-Kustodju u mill-isqof ta’ Assisi, Tariq Aziz ittiehed isfel fuq il-Qabar tal-Qaddis fejn saret cerimonja qasira ta’ talb. Ma kienx hemm wisq nies fil-kripta. Ahna l-patrijiet kellna l-post ghalina. Jien inzilt ukoll biex niehu sehem fit-talb.
Talba b’differenza Kien mument ta’ talb b’differenza. It-talb ma kienx mibni fuq xi testi li thejjew minn qabel. Kienet talba b’mumenti ta’ silenzju mhawwar b’gesti simbolici. Is-simboli m’ghandhomx barriri ta’ ilsien u jistghu jintfehmu minn kulhadd. Meta s-simboli jkunu wzati tajjeb jkollhom messagg u qawwa aktar mill-istess kliem.
Ic-cerimonja mxiet b’semplicita` Francescani, wkoll jekk l-prezenza tal-Bodyguards li kellu mieghu tat ftit fastidju f’dak l-imkien qaddis. Kien ikun bla dubbju ferm ahjar li kieku qaghdu fil-genb, ghalinqas waqt it-talb mhux baqghu imhawwlin mieghu. It-talba lahqet il-quccata taghha bil-mument ta’ talb personali fis-silenzju. Wara dan Taqir Aziz iffirma l-impenn ta’ paci fuq l-istess ktieb li fuqu s-sena li ghaddiet iffirmaw il-mexxejja religjuzi kollha. Aziz kiteb bl-ingliz: “May God, the Almighty grant peace to the people of Iraq and the whole world.” Ic-cerimonja ghalqet b’talba pubblika. Din kienet it-talba li ghamel il-Papa fl-24 ta’ Jannar 2002: “Qatt aktar Vjolenza! Qatt aktar Gwerra! Qatt aktar Terrorizmu! Fl-Isem Alla, halli r-religjonijiet kollha igibu fid-dinja Gustizzja u Paci, Mahfra, hajja u Mhabba!”
Agape Fraterna Kif intemmet ic-cerimonja, Tariq Aziz kien mistieden biex jiekol maghna il-patrijiet. Kienet ikla semplici fi spirtu fratern. Il-bodyguards qaghdu fil-gnub allura l-atmostera kienet aktar normali. Il-Vici President Iraqin deher kuntent. Shajjiltu qiesu xi missier imdawwar b’uliedu. Kellu hin jitkellem jew jiehu b’idejn maghna il-patrijiet. Jien mort inkellmu u tlabtu jiffirmali fuq il-programm li thejja ghall-okkazjoni. Tkellim mieghu ftit bl-ingliz u ftit bil-Malti. Ghedtlu li l-kunjom Aziz nuzah fl-ilsien malti “Ghaziz” meta nkunu rridu nfissru xi hadd mahbub. Dwar ismu “Tariq” jien hsibt li tfisser mghoddija jew triq. Izda huwa fissirli li “Tariq” ifisser wiehed li “jhabbat fuq il-bieb”.
Teriq Aziz huwa dak “l-ghaziz, li habbat fuq il-hbieb” Matul iz-zjara qasira tieghu dan huna ghaziz, gie biex ihabbat fuq il-bieb ta’ San Frangisk u jitlob lil Alla li jista’ kollox il-Paci ghal Iraq pajjizu u ghad-dinja.
Fuq l-ahbarijiet u fuq il-gurnali ntqalu hafna affarijiet u sahansitra kien hemm minn kellu kliem iebes u nieqes mill-karità ghall-Vici ta’ Saddam. Jien nemmen li mhux il-bicca tieghi biex naghti gudizzju jew nghid bhalma qalu li “kien kollu tijatrin”. Min jien biex niggudika lil haddiehor? Jien nemmen li Taqir Aziz gie hawn b’rieda tajba. U nemmen ukoll dak li jghid il-Vangelu: “Paci fl-art lill-bnedmin ta’ Rieda tajba.” Jien nemmen, nitlob u nittama, u bhali ghadd ta’ patrijiet, li dan il-gest ta’ Paci jista’ jmiss il-kuxjenza ta’ dawk li ghandhom il-futur tad-dinja f’idejhom. Id-dinja ghandha bzonn gesti bhal dawn biex bihom tkun tista’ tibni “pont” bejn il-popli li jwarrbu l-mibgheda u violenza u jwasslu ghall-gwerra u d-distruzzjoni.
Wara l-ikla Teriq Aziz waqaf biex jiehu xi ritratti mal-Komunita’ tas-Sacro Convento mbaghad kien akkompanjat ghal ftit tal-hin fil-Bazilika ta’ Fuq. Waqt li kien hemm Patri Massimiljan Mizzi spejgalu l-affreski ta’ Giotto. Wara li sellem mill-gdid lill-patrijiet dan il-mexxej Iraqin telaq lura. Cert li ha mieghu tifkiriet u mpressjonijiet sbieh ta’ patrijiet u ta’ Assisi, li aktar ma jghaddi zmien aktar qed issir tassew: salib it-toroq internazzjonali tal-paci, l-armonija u r-rikonciljazzjoni.
Laqghat Importanti Fil-jiem li kont fil-kamra b’riglejja l-jum kollu mserha fuq banketta b’imhadda fuqha, is-Sacro Convento fetah il-bibien tieghu ghall-ghadd ta’ teologi, filosofi, xjenzati u politici. L-okkazjoni kienet il-Convegno organizzat mill-Fondazione Italianieuropei, mis-Sacro Convento u mill-Casa editrice Einaudi, ddedikat ghad-djalogu fuq il-Hajja Umana. Kien hawn ghadd ta’ irjus kbar, fosthom il-Presidente della Camera Pierferdinando Casini, kien hawn Massimo D’Alema, Rosy Bindi, b’kollox kien hemm 40 ruh li taw ir-relazzjoni taghhom. Dawk li hadu sehem f’dawn il-laqghat kienu ilkoll mistiedna ghall-ikel fir-fefettorju tal-Kunvent. Ovvjament l-ikel kien offrut ghas-spejjes tal-Fondazzjoni. Waqt li dawn l-irjus kbar kienu servuti l-ikel, jien kelli room-service specjali. Patri Alfio kien igibli l-ikel fil-kamra – tghix kemm dar biha miskin! L-ghada bhala parti minn dan il-convegno saret puntata tal-“Maurizio Costanzo Show”, li gie trasmess mis-Sacro Convento. Kien hemm minn qalli li jipprova jara jaranix fuq it-TV, imma ghalxejn jien ma kont quddiem il-camera izda kont fil-kamra b’irkobbti minfuha. Matul il-jiem li domt fil-kamra qaluli li gew izur il-Qabar ta’ San Frangisk xi players tat-team tal-Milan, li kienu f’dawn l-inhawi ghax kellham jilghabu kontra t-team tal-Perugia. Taraw kemm jkollna movimenti u vizitaturi hawn fis-Sacro Convento!
Osimo jigi Assisi Tul dawn l-ahhar xhur kull xhar kont nirranga biex immur inzur lin-novizzi Maltin f’Osimo. Dan ix-xahar minflok mort jien bhas-soltu gew huma. Bejn l-20 u 23 ta’ Frar saru laqghat ghall-postulanti u n-novizzi tac-CIMP (il-Provincji Frangiskani Konventwali taz-zona tal-Mediterran) u allura gew in-novizzi kollha fosthom il-Maltin. Cert li kellhom programm mimli izda xorta sibna hin biex inkunu ftit flimkien u nitkellmu bejnietna. Jidhru kuntenti. Jien dejjem nghid li n-novizzjat huwa mera ta’ kif wiehed jghix il-hajja Frangiskana ‘l quddiem. Jekk fin-novizzjat wiehed jkun izappap aktarx li jibqa’ jzappap tul hajtu kollha - sakemm ma jiehux xi tgerbiba qabel il-waqt. Minn jimpenja ruhu u jsir jhobb lil San Frangisk u l-ordni tul in-novizzjat, jkollu aktar cans li jkun patri mpennjat u jhobb l-Ordni meta jsir patri. Jalla David, Mario u Pietru jkomplu sejrin tajjeb! Dan ikun certifikat ta’ garanzja li ‘l quddiem ikun Frangiskani tajbin zgur.
Zjajjar Dan ix-xahar ma tantx kelli zjajjar. Anzi kellu jigi jzurni habib minn Malta u ma gietx. Cempitlu u ghedtlu biex jekk jista’ jhalli z-zjara ghal darb’ohra meta jkun nista’ nimxi sewwa u ndur bih jkun ahjar. Hekk bi hsiebi jaghmel. Gew izda, l-Koordinaturi Internazzjonali ta’ l-Evangelisation 2000, fosthom ghadd ta’ konoxxenzi antiki bhal Fr Jim Birmigham, Fr Tom Forrest, Fr Manuel Casanova, Fr Gino Hendriks, Martha Vargas u ohrajn. Dawn kollha hdimt maghhom meta kont Ruma, specjalment waqt l-irtiri nternazzjonali li kienu saru ghas-sacerdoti. Ma xi uhud minnhom kelli esperjenzi ta’ Evangelizzazzjoni fin-Nigerja u t-Tanzanija f’Afrika u fil-Gappun u l-Korea fl-Asja. Talbuni biex naghtihom prezentazzjoni dwar San Frangisk u ntroduzzjoni artistica tal-Bazilka. Qasam maghhom dan bil-qalb kollha. Irrangajtilhom ukoll biex iqaddsu fuq il-Qabar ta’ San Frangisk. Gabuli hafna memorji ta’ esperjenzi sbieh!
|
|
Ma kienx b’kumbinazzjoni, izda kienet r-rieda ta’ Alla li Pawlu jara l-gharqa f’pajjizna.
Jien mort inkellmu u tlabtu jiffirmali fuq il-programm li thejja ghall-okkazjoni. Tkellim mieghu ftit bl-ingliz u ftit bil-Malti. Ghedtlu li l-kunjom Aziz nuzah fl-ilsien malti “Ghaziz” meta nkunu rridu nfissru xi hadd mahbub. Dwar ismu “Tariq” jien hsibt li tfisser mghoddija jew triq. Izda huwa fissirli li “Tariq” ifisser wiehed li “jhabbat fuq il-bieb”. |