il-pont -  no 55                             Assisi  - Italja

 

Frar 2003 no 55

◄◄|werrej|►►

Mixja bejn tnejn

 

Ghadda l-ewwel xahar tas-sena 2003. Kien xahar kemm xejn kwiet. Dan iz-zmien mhux zmien tat-turizmu. Ma tantx jigu pellegrini.  Allura kelli aktar hin biex naqra, nistudja, nahseb u nirrifletti.  F’wiehed minn dawn il-mumenti ftakart dwar dak li darba qrajt dwar il-mixi.

 

Sar studju u gie skopert li il-mod kif timxi jikxef x’tip ta’ bniedem int.  Hekk jekk per ezempju: jekk timxi b’saqajk maghluqin, x’aktarx li int tip introvert u maghluq kif innifsek, bil-maqlub jekk timxi b’saqajk miftuhin x’aktarx li inti tip estrovert u miftuh ghall-ohrajn.  Kemm il-darba timxi b’pass qasir aktarx ghandek nuqqas ta’ vizzjoni u jekk timxi b’pass bil-mod aktarx li fil-hajja int tip indeciz,  Jekk timxi tizzegleg x’aktarx li f’hajtek hemm nuqqas ta’ stabilita’ u minn naha l-ohra jekk timxi b’pass meqjuz x’aktarx li inti bniedem aktar stabbli.  Jekk timxi b’pass maghgel x’aktarx inti hemm xi bizghat mohbija.  Jekk timxi fuq il-ponot ta’ saqajk x’aktarx li qed tghix fl-ajru. Jekk timxi dritt dritt x’aktarx li int xi ftit petitu jew snob u inti tip ta’ arani u la tmissnix.   Kos imqar il-mod kif nimxi jikxef minn ahna.

 

Komplejt nahseb li jekk timxi b’harstek fuqek innifsek, aktar iva milli le, tispicca biex titfixkel, titlef it-triq jew inkella tispicca ddur dawra durella. Jekk minn-naha l-ohra timxi ma’ Gesu’ allura tkun bdejt it-triq it-tajba, tkun taf fejn sejjer u tkun qed timxi fiz-zgur.  Mill-esperjenza personali u pastorali qed nintebah li meta nimxu ghal-rasna nispiccaw nduru, nistordu u facli niehdu xi qerbiba. Imma meta nimxu b’konvinzjoni li Gesù huwa maghna allura nhossuna aktar fiz-zgur.

 

Waqt il-quddiesa mill-bidu sa l-ahhar is-sacerdot idur diversi drabi lejn dawk prezenti u jghidilhom: “Il-Mulej maghkom”. Iva, l-Mulej huwa maghna tassew! M’ghandix dubbju li Gesù huwa Maghna.  Gesù stess weghdna li jkun maghna dejjem sa l-ahhar taz-zmien.(Mt 28:30). Cert li Gesù jzomm kelmtu u “hu qieghed maghna”.  Id-dubbji tieghi huwa kemm “qeghdin mieghu ahna”!  Hawn qeghda il-problema.  Jekk huwa jimxi mieghi u jiena mhux qed nimxi mieghu allura jkun qed nimxi ghal-rasi u nispicca nduru u naghqad u facli niehu xi qerbiba. Jekk nimxi flimkien mieghu inkun qed nimxi b’aktar armonija u aktar fiz-zgur.  Kemm jekk nimxi fil-wita u fil-lixx, kemm jekk nimxi fuq l-gholijiet jew fl-inzul, kemm jekk nimxi fit-tisrip tal-moghdijiet u kemm jekk nimxi f’wied id-dlamijiet “ma nibzghax mil-hsara… (ghalfejn?) ghax inti mieghi Mulej” (Salm 23:4). In-naghga tas-Salm 23 ma mxietx wehdiha, imma imxiet flimkien mar-Raghaj taghha u ma kien jonqosha xejn!  Hassitha fiz-zgur.

 

Jien konvint li jekk jien naghmel l-istess u nimxi flimkien ma Gesù  u nzomm ghajnejja fuqu allura anki jien nimxi fiz-zgur u ma nibzax mill-hsara bhal din in-naghga.  Wara kollox hekk ukoll ghamel Frangisku ta’ Assisi. Ghazel li jimxi, mhux ghal rasu, imma mexa fuq il-passi ta’ Kristu.  Gesù  mexa ma’ Frangisku u Frangisku mexa ma’ Gesù.  Dan huwa s-sigriet tal-paci u l-armonija fil-mixja ta’ San Frangisk.

 

F’dawn l-ahhar gimghat b’din il-konvinzjoni bdejt nistieden lil dawk kollha li niltaqa` maghhom fil-hidma pastorali tieghi biex jaghmlu l-istess.  Biex ihallu lil Gesù jimxi maghhom u biex jimxu ma Gesù.

 

Tassew il-Mulej Gesù qed jimxi maghna, cert li jekk ahna nimxu mieghu nimxu u nghixu b’aktar paci u armonija ahna wkoll.

 

Fr Thomas

 

Bidu tas-sena

Mad-daqq l-ewwel tokk tas-sena il-gdida kont qed inqaddes il-quddiesa. Kienu stieduni s-sorijiet ta’ Santa Brigitta, hawn f’Assisi biex incelebra l-quddiesa ghalihom u ghan-nies li kellhom fil-guest house.  Mort bil-qalb kollha.  Sewwa sew kif qabel il-hin, kien il-mument tat-Tqarbin. Mat-tokk kont b’Gesù Ostja f’idi.  Dak il-hin stiedint lil dawk li kienu fil-prezenza biex iharsu lejn l-arlogg u ghedtilo: “Dan Hu il-haruf t’Alla…l-Alfa u l-Omega, li jrid fil-Bidu ta’ din Is-sena jigi fil-qalb taghna”.  U dritt wara jien u dawk li kienu prezenti rcevejna lil Gesu Ewkaristija!  Kien bidu tas-sena tassew sabih.  Gesù “l-Alfa – l-Bidu” gie fil-qalb taghna proprju fil-bidu ta’ s-sena gdid.  Wara t-tqarbin stiedint lis-sorijiet u lin-nies biex jiefqu ftit fis-skiet biex jirringrazzjaw lil Alla tar-rigal tas-sena gdida li tana u biex jitlob lil Gesù biex igorruh f’qalbhom tul is-sena kollha. Ma setghax ikollna bidu ras-sena aktar sabih!!   Wara l-quddiesa s-sorijiet gabu xi helu u x-xorb biex inkomplu niccelebraw u naghtu merhba lis-sena li kienet ghadha kemm bdiet.  

 

Siena mal-Familja Viviani

l-ghada ta’ l-ewwel tas-sena rrangejt ma’ wiehed mill-patrijiet biex inbiddel l-orarju tal-qrar biex stajt immur inzur xi hbieb  fis-Siena.  Ma kellix hafna hin mort u gejt l-ghada.  Kien bizzejjed biex nitlaqta` mal-Familja ta’ l-Avukat Piergiorio u Cristina Viviani u ngedded il-hbieberija tieghi maghhom.  Iltaqjt ma’ wliedhom Guido u Arturo u maz-zewg wliedhom bniet Ilaria u Varleria, li huma t-tnejn mizzewgin.   Dan Piergiorgio ilni nafu zmien twil. Sitta u ghoxrin sena ilu fl-1976 konna hadna sehem flimkien f’mixja Frangiskana minn Siena ghal Assisi organizzata minn Patri Massimiljan Mizzi fl-okkazjoni tas-750 anniversarju mill-mewt ta’ San Frangisk. Kienu l-ewwel passi tieghi fil-mixja li kellha twassalni biex nimxi bhala Frangiskan fuq il-passi ta’ Kristu.  Ma’ Piergiorgio bqajt f’kuntatt tul dawn is-snin kollha.  Fl-1993 kien gie Malta bil-familja kollha.  Hadt gost nerga` nitlaqa` mieghu.  Ma setghax jonqos waqt li kont hemm hadni biex nitlaqa` mal-patrijiet taghna li jharsu b’tant ghozza il-particoli tal-Miraklu Ewkaristiku ta’ Siena.  Kelli wkoll ix-xorti nqaddes il-quddiesa hemm fil-Knisja ta’ San Frangisk.   Sellimt lil Familja u ergajt lura Assisi.

 

Kapitlu Spiritwali

Bejn l-14 u 16 ta’ Jannar kellna l-Kapitlu Spiritwali tal-Kustodja taghna hawn f’Assisi.  Minn zmien ghal zmien huwa mehtieg li nzommu saqajna fuq il-breakijiet u nieqfu ftit. Dawn il-jiem kienu mahsuba biex ikollna zmien halli nirriflettu flimkien bhala Komunità. It-tema ta’ dawn il-jiem kienet “La mente ed il cuore rivolti a Dio”.  Ghalhekk ipprovajna ndawwru mohhna u qalbna lejn Alla.  Filghodu kien ikollna konferenza mill-provincjal tal-patrijiet Minuri u wara kien ikollna hin ghall-meditazzjoni personali.  Wara nofs in-nhar konna ninqasmu fi gruppi biex naqsmu flimkien l-esperjenzi taghna.  Filghaxija mbaghad kien ikollna quddiesa koncelebrata fuq il-Qabar ta’ San Frangisk u dritt wara agapè fraterna.  Tul dawn il-jiem intbaht kemm hafna drabi ahna kapaci nitkellmu fuq mitt haga u fuq suggetti diversi, mbaghad meta nigu biex nitkellmu dwar l-esperjenzi ta’ l-ispirtu donnu tehlilna l-labra u ma nsibux xi nghidu.  Intebaht wkoll kemm ghandna bzonn insibu l-armonija bejn il-hajja ta’ “Marta” u dik ta’ “Marija” fil-hajja taghna.  Hafna drabi nhossna aktar fir-rwol ta’ Marta, mdaffrin, l-hin kollu sejrin, nithabtu u ninkeddu fuq hafna hwejjeg u ftit ghandna hin biex ninxtehtu f’riglejn l-Imghallem kif ghamlet Marija, li ghazlet l-ahjar sehem (ara Lq 10,38-42).  Xi kultant li jkollna bzonn hu ftit setting u adjustment.  Cert li b’dan is-setting nakkwistaw aktar bilanc u aktar armonija.

 

Padre Alfio Nucci

Zammejt ukoll l-appuntament tieghi man-novizzi Maltin.  Kull darba qabel immur Osimo biex nitlaqa` maghhom ikunu irrid nara minn jista` jaghmel il-qrar minn floki. Ghalkemm qeghdin hafna patrijiet ma tantx hawn fuq min iddur biex jaqdik min b’haga u minn b’ohra kollha ghandhom x’jaghmlu.  Ir-refugju tieghi miskin huwa generalment Padre Alfio Nucci, patri twajjeb mill-provincjal tal-Marche.  Dejjem insibu lest biex jibdilli jew biex jidholo minfloki.  Barra hekk Padre Alfio huwa wiehed minn dawk li nista` naqsam u nitkellem mieghu fuq l-istess frekwenza.  Spiss insibu hin biex nitolbu flimkien u naqsmu l-esperjenzi pastorali taghna flimkien u kif Alla qed jahdem fil-hajja taghna.  Nirringrazzja lil Alla mill-qalb ghal dan hija Alfio ghax inhossu ghajnuna kbira fil-mixja tieghi.  Hajr lil Alla wkoll ghax Alfio jhossni ta’ ghajnuna ghalih ukoll. Dan huwa tassew is-sabih  u l-helu ta’ l-ahwa li jghammru flimkien.   

 

Id-Dar tal-Madonna f’Loreto

Din id-darba Osimo gie mieghi Padre Gheorghe Eva, patri Rumen li servi mieghi hawn fil-Bazilka bhala wiehed mill-Konfessuri.  Hadt gost bih ghax barra li kelli kumpanija tul il-vjagg, xtaq isuq hu kemm ahna u sejrin u kemm ahna u gejjin lura, allura stajt aktar mistrieh.  Qlaqna kmieni filghodu u qabel ma morna Osimo Padre Gheorghe xtaq li nghaddu Loreto, xi 15-il kilometru boghod minn Osimo.  Bil-qalb kollha!  Kelli l-okkazjoni nghaddi ftit hin nitlob fid-Dar tal-Madonna. Bdejt ingib quddiem ghajnejja l-grajjiet tal-familja ta’ Nazaret li ghexet bejn dawk il-hitan. Tlabt is-seba` avemarijiet kif naghmel kuljum wara t-tqarbin. Wahda bil-malti, bl-ingliz, bit-taljan, bil-filippin, bit-tork u bil-latin biex b’hekk nigbor lil dawk kollha li ilqajt maghhom f’kull parti tad-dinja fejn kont jew zort. U ohra bil-malti ghal dawk li m’ghandhom lil hadd biex jitlob ghalihom.  Kont zort dan is-Santwarju Marjan ta’ Loreto 24 sena ilu waqt is-sena tan-novizzjat.   Wara iz-zjara f’dan is-santwarju Padre Gheorghe ried izur il-kunvent fejn hemm zewg sorijiet mir-Rumania. Mhux ser nikisrli xewqtu u marna ghand is-sorijiet.

 

Osimo

Kif spiccajna qbadna t-triq ghal Osimo. Lil Pietru, David u Mario sibt tajbin u kuntenti bhas-soltu. Jidhru ghal qalbhom. Kelli l-okkazjoni nitkellem ma’ kull wiehed minnhom. Wara l-ikel Pietru, Mario u jien hrigna naghmlu passtejn madwar il-belt biex ikomplu nitkellmu ftit. David ma setghax jigi minhabba li kien qed ihejji diversi siltiet li kellhom jinqraw waqt l-Adorazzjoni li kellhom aktar tard dan in-nhar.  Wara li sellimna lil xulxin tajna l-appuntament ghax-xahar id-diehel.  Fil-fatt fi Frar bejn 20 u 23 ghandhom jigu huma Assisi ghax ghandhom xi laqghat ghan-novizzi u l-postulanti li ser isiru hawn fis-Sacro Convento.  Tajjeb flok Mawmettu jmur lejn il-muntanja, fix-xahar ta’ Frar il-muntanja tigi lejn Mawmettu hi.  

 

Zjajjar

Matul dawn l-ahhar gimghat ma naqsux iz-zjarat minn ahwa Maltin. Meta mmur inzur lil xi hadd jien ftit wara l-Mulej ibierekni b’xi zjara ta’ xi hadd.  L-ghada li mort inzur in-novizzi f’Osimo gew ifittxuni zewg maltin Romualda Galea minn B’Kara u Evelyn Pullicino minn Haz-Zebbug.  Dawn kienu fosti s-sebgha gwidi turistici li gew ghall-programm ta’ tahrig hawn f’assisi fuq l-inizjativa tal-European Union's Leonardo da Vinci Mobility Programme. Merhba bihom. Merhba wkoll b’Louise Cutajar li giet izzur Assisi u ghaddejna ftit hin nitkellmu flimkien. Merhba wkoll b’Fr John Xerri giswita li gie jzur Assisi u stedenitu jiekol maghna u kellna chance nitkellmu ftit flimkien.  Gew ukoll Carmen oht Patri Massimiljan u r-ragel taghna Twanny Galea.  Merhba b’kull min jigi Assisi.

 

Lura b’toghma qarsa,

Kont ilni nistenna li tasal il-gurnata mis-sena l-ohra.  Is-sena li ghaddiet kienu gew ghalija u haduni nara l-loghba bejn il-Perugia u l-Inter.  Niftakar kien t-13 ta’ Jannar 2002 filghaxija, kienet gurnata ta’ ksieh ixoqq l-ghadam.  Kienu rebhu l-Inter tnejn b’xejn. L-ewwel goal lanqas kont rajtu minhabba c-cpar li kien hemm.  Kont hadt gost u rgajt lura l-kunvent kuntent bir-rebha.  Fid-19 ta’ Jannar 2003 l-Inter rega` kien imisshom jilghabu kontra l-Perugia li hija tefa` gebla ‘l boghod minn Assisi.  Fra Pancrazio serrahli mohhi li kien ser jirrangali ghall-biljett. U hareg ta’ ragel ghax gab ghal wiehed erba`biljetti. Dak in-nhar ma tawnix qrar wara nofs in-nhar biex inkun nista` mmur ghal-loghba.  Kienet gurnata stupenda, bix-xemx, bla ksieh, propjru idejali ghal football.  Kellna post fit-tribuna centraleMa setghax ikollna post ahjar…   Imma x-xorti ma dahqitx favur l-Inter.  Wara ftit li bdiet il-loghba l-Inter qalghu goal minn penalty li ma kienx.  Ftit wara goal iehor skurjat din id-darba bl-idejn.  Fit-tieni half zewg goals ohra ghal Perugia u goal ghal Inter. Rizultat finali 4-1.  L-istennija u l-ecitament li kelli qabel malajr inbidlu f’disapput, u minn dawk il-kbar!!!  Dizappunt bejn wiehed u iehor bhal dak tal-5 ta’ Mejju li ghadda meta l-Inter tilfu l-kampjonat fl-ahhar gurnata. Ergajt lura Assisi b’toghma qarsa.  Il-patrijiet kif wasalt lura il-kunvent tawni il-kondoljanzi. Pacenza! Il-loghob hekk! Daqqa tirbah u daqqa titlef.

 

Esercizi Spiritwali

F’dan iz-zmien ta’ Jannar u Frar ftit jigu turisti u pellegrini hawn f’Assisi.  F’dan iz-zmien normalment is-superjuri jiehdu l-okkazjoni biex jorganizzaw l-irtiri spiritwali tas-sena Is-sena li ghaddiet f’dan iz-zmien kellna l-kors ta’ aggronament. Din is-sena ghandna l-ezercizzi.  Qasmu l-komunita’ fi tliet gruppi u jien missni fl-ewwel grupp bejn is-27 ta’ Jannar u 1 ta’ Frar.  Ghalhekk f’dawn l-ahhar jiem kont Rivotorto ghal dan l-irtir. Barra il-patrijiet taghna ta’ Assisi gew wkoll patrijiet ohra mill-provincji tal-Marche u ta’ Puglia. Mexxa l-irtir Dr Ettore Franci, professor ta’ l-Iskrittura fil-Fakulta Pontificia ta’ Napli.  Il-konferenzi kienu centrati fuq il-figura u l-ispiritwalita` ta’ San Guzepp ta’ Copertino, li din is-sena qed infakkru r-raba` centinarju mit-twelid tieghu. Dawn il-mumenti huma bla dubbju mumenti ta’ Grazzja kbira.  Hafna drabi lanqas intebhu kemm ahna r-religjuzi ahna tassew imbierkin li nistghu nghaddu dawn il-jiem fil-gabra u t-talb f’riglejn il-Mulej. Kemm irgiel u nisa, missirijiet u ommijiet jixtiequ li jkollhom dawn l-okkazjonijiet u msieken lanqas isibu hin minhabba il-familja u x-xoghol. Matul l-iritr Ippruvajt niehu gid kemm nista`.  Tlabt il-Mulej jsahhahli l-batterija spiritwali halli nkun nista` nkompli l-mixja mieghu b’aktar enzujazmu

 

Thejjija

L-ahhar darba semmejt li qed nahdem fuq bicca xoghol. Iva f’’dawn l-ahhar gimghat komplejt nahdem u naghmel l-istudji u ricerki biex nhejji din il-bicca xoghol.  Ix-xoghol jidher li avanza xi ftit,  Inheggikom biex tkomplu titolbu biex il-Mulej ikompli jaghtini id-dehen biex dak li pogga f’qalbi jaghtini l-ghajnuna biex inwettqu ghal Gloria tieghu. Insellimilkom. Sahha, barka u Sliem

◄◄|werrej|►►

 

 

 

 

 

 

 

 

Jekk minn-naha

l-ohra timxi ma’ Gesu’ allura

tkun bdejt

it-triq it-tajba,

tkun taf

fejn sejjer

u tkun qed

timxi fiz-zgur.  
 

 

 

 

 

 

 

 

Kelli l-okkazjoni

nieqaf Loreto

u nghaddi

ftit hin nitlob

fid-Dar tal-Madonna.

Bdejt ingib

quddiem ghajnejja

l-grajjiet

tal-familja

ta’ Nazaret

li ghexet bejn

dawk il-hitan.

Tlabt is-seba` avemarijiet kif naghmel kuljum

wara t-tqarbin. Wahda bil-malti,

bl-ingliz, bit-taljan, bil-filippin,

bit-tork

u bil-latin

biex b’hekk

nigbor lil dawk

kollha li ilqajt maghhom

f’kull parti tad-dinja fejn kont jew zort.

U ohra bil-malti

ghal dawk li m’ghandhom

lil hadd biex jitlob ghalihom.