il-pont -  no 54                              Assisi  - Italja

 

Jannar 2003 no 54

 ◄◄|werrej|►►

Bilanc tal-Barkiet

 

Ghaddiet sena ohra!  Qabel ma kantajna it-Te Deum b’ringrazzjament fit-tmiem is-sena xtaqt naghmel ftit il-bilanc tas-sena.  Xtaqt naghmel il-kontijiet mal-Mulej biex nara kif marru l-affarijiet.  Bla dubbju minn naha tal-Mulej, is-sena 2002 kienet sena ta’ grazzji wahda wara l-ohra u ta’ barkiet bla jaqtghu. Fil-providanza tieghu ha hsiebi u pprovdieli kull ma kont ninhtieg. Minn-naha tieghi, ghamilt kemm stajt biex inkun fidil u nwiegeb ghall-barkiet kollha li tani b’qalb. Mhux dejjem irnexxili nkun fidil.  Waqt li nistqarr il-htiejiet tieghi mal-konfessur, hsibt li naqsam maghkom xi ftit mill-barkiet li tani l-Mulej.

 

Certament, li z-zjara tal-Papa Gwann Pawlu II mal-kapijiet tar-Relijonijiet fl-24 ta’ Jannar kienet diga` Barka bikrija fiha nfisha proprju fil-bidu tas-sena.  Kienet esperjenza ta’ emozzjonijiet li mhux facli tibbishom bil-kliem. Hassejt iz-zjara tal-Papa mhux biss tghabbini bir-responsabilta’ biex nitlob aktar ghal Paci, imma wkoll biex inkun bniedem u strument tal-Paci.  Bis-sahha ta’ hekk matul is-sena ppruvajt infittex bir-reqqa x’kien is-sigriet li Frangisku sar bniedem tal-Paci.

 

It-twegiba ghall-din id-domanda kienet aktar facli milli hsieb. Is-sigriet kien li Frangisku skopra l-Vangelu u fih sema l-muzika li daqqlu l-Mulej u kull ma ghamel kien li zifen skond din il-Muzika.  Zifen tant f’sintonija mal-Mulej li sar bniedem ta’ Paci ma’ Alla, mieghu iniffsu, ma’ hutu l-bnedmin u mal-holqien kollu.  Aktar ma bdejt nemmen li dan kien tassew is-sigriet ta’ Frangisku, aktar ippruvajt naghmel l-istess jiena wkoll. Kelli diga` l-okkazjoni naqsam dwar dan maghkom drabi ohra.  Matul din is-sena l-Mulej tani l-grazzja li nizfen il-muzika tieghu. U nista` nghid bla tlaqliq, li nhossni aktar seren u fil-paci milli qatt kont qabel.

 

Hassejtni mbierek li stajt inkun Malta ghal Gimgha Imqaddsa – kont ilni xi seba’ snin ma nkun Malta ghall-festi ta’ Ghid. Waqt li kont hemm irnexxili ngib il-viza minghand l-Ambaxxata Taljan biex inkun nista` nservi bhala religjuz hawn fl-Italja.  Hadt gost li sibt lid-Daddy f’sahhtu u li kelli okkazjoni nerga` nara lil familiari, lil patrijiet u hafna mill-hbieb.  Ghalija li niltaqa` ma’ persuni gheziez hija dejjem  “celebrazzjoni” sabiha.

 

Mhux facli nghodd il-barkiet kollha.  Kienu hafna.  Madanakollu kienet zgur grazzja li l-Mulej fetali l-bieb u ghamilha possibili li mmur l-Amerka fis-sajf li ghadda.  Veru ma mortx vaganza, imma waqt li kont hemm il-Mulej berikkni wkoll b’hin ghal mistrieh u tani l-okkazjoni niltaqa` ma’ persuni gheziez. Cert li l-kura li ghamilt kienet grazzja fiha nfissha.  Barra li inqast mill-hafna piz zejjed li kelli, l-livell taz-zokkor gie mill-gdid ghan-normal u issa nhossni aktar tajjeb u aktar f’sahhti.   Kienet ukoll grazzja minghand il-Mulej li kont presenti fi Ground Zero fl-okkazjoni ta’ l-ewwel anniversarju ta’ l-attakk terroristiku tal-11 ta’ Settembru. Kienet esperienza li ghadni ma sibtx kliem biex infissirha.

 

Il-lista tal-barkiet hija twila wisq! Ma rridx ma ngharafx il-grazzja li l-Mulej tani meta zammni f’kuntatt ma persuni eghziez bhalek. Li nkun naf li hemm persuni bhalek li jhobbuni, jixtiequli l-gid u jitolbu ghalija hija barka kontinwa minghand il-Mulej. 

 

Meta kantajt it-Te Deum fahhart lil Alla ghal kull ma ghamel mieghi u fahhartu ghalik ukoll. Tlabtu biex waqt li jbierek lili b’ghadd ta’ grazzji u jkompli ibierek wkoll lil kull wiehed u wahda minnkom b’aktar barkiet matul is-sena il-gdida 2003.  Jalla din is-sena tkun ghalina lkoll u ghad-dinja Sena ta’ Paci

 

Fr Thomas.

 

Kuncizzjoni

Puntwalment kull sena fit-8 ta’ Dicembru l-ispot lights iduru fuq Marija Immakulata.  Hija festa certament ghal qalb il-knisja u ghal kull min ihobb lil Madonna.  Bla dubbju hija festa specjali ghalina l-Frangiskani.  Frangisk stess li kellu imhabba specjali lejn Marija - dik “li tatna bhala huna lill-Mulej tal-glorja”, ghazilha bhala Patruna ta’ l-Ordni.  Allura ma setghax jonqos li niccelebraw il-festa bis-solennita` kollha.  Ghal disa` t’ijiem shah qabel saret in-novena, mexxa u ppriedka Padre Carmine Terenzio wiehed mill-patrijiet tal-komunità.  Dak in-nhar tal-Festa saret Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kardinal.  Hasra li jien ma stajtx nikkoncelebra, la waqt in-novena u lanqas nhar il-festa minhabba li fl-istess hin kien imissni nqarar.  Fi tmiem il-quddiesa dak in-nhar tal-festa titkanta il-famuza Tota Pulchra tal-Patri Surmast Domenico Stella.  Hafna minn nies ta’ Assisi jigu apposta biex jisimghu dan l-innu lil Marija kollha sbejha.  Irnexxili jinsimghu jiena wkoll ghax ezatt kif kien ser jibda spiccajt mill-qrar. Ilhaqt xi haga, ahjar minn xejn!

 

Kuncert tal-Milied

Kull sena ghal dawn l-ahhar snin f’Assisi hawn appuntament iehor.  L-istazzjon tat-television tar-RAI lejn nofs Dicembru jigi hawn f’Assisi biex jirrikordja il-Kuncert tal-Milied fil-Bazilka ta’ fuq ta’ san Frangisk.  Din il-Bazilka damet xi hamest’ijiem maghluqa ghal pubbliku, biex il-haddiema jkunu jistghu jaghmlu ix-xoghol tat-thejjija: Armaw il-palk ghall-orkestra bit-tarag ghal kor u l-podju ghas-surmast, hejjew id-dwal u l-caremas fil-post, lestew is-siggijiet, il-pjanti u l-fjuri, kollox kien lest biex nhar is-Sibt 14 ta’ Dicembru fil-11.00am jibdew jigbdu l-Kuncett.  Is-sena li ghaddiet kont mort u sibt post mal-mistedin biex nara u nisma l-kuncert.  Din is-sena, izda, ma stajtx inkun prezenti minhabba li fl-istess hin kelli l-orarju tal-qrar fil-Bazilka ta’ isfel. Meta spiccajt mill-qrar mort nigri fil-Bazilka ta’ fuq imma l-kuncert kien ghoddu spicca. Irnexxili insellem u niehu b’idejn id-Direttur ta’ l-orkestra George Pehlivanian u inkellem lit-Tenur Ruggiero Raimondi u lis-Soprano Mariella Freni.  Ikuntentajt immexmex l-ghadam, x’taghmel?!  Il-Kuncert gie trasmess wara l-barka Urbi et orbi tal-Papa f’xi n-nofs siegha dak in-nhar tal-Milied. Mill-gdid ma kellix xorti narah ghax kien sar il-hin ta’ l-ilka tal-Milied. 

 

Novena tal-Milied

Gimgha wara n-novena tal-festa tal-Kuncizzjoni kellna novena ohradik tal-Milied. Fil-fatt lanqas kienu disa` t’ijiem, kienu seba mis-17 sat-23 ta’ Dicembru.  Ghal din it-thejjija tal-Milied hadu sehem hafna kongregazzjonijiet tar-relijuzi nisa, ikunu ahna l-patrijiet u jigu il-kjerci tal-Francescanum. Nahseb li kien inkun hemm gemgha ta’ xi mitejn u hamsin ruh kull jum.  Jien hadt sehem ukoll, imma dejjem tlift l-ewwel bicca, minhabba li kont ninqabad fil-kunfessjunarju.  Ic-celebrazzjoni kienet tkun semplici, bil-kant ta’ innijiet u s-salmi tal-Vespri u wara il-qari ckejken kienet issir riflessioni.  Din is-sena dawn ir-riflessjonijiet ghamilhom Padre Alfredo Avallone r-rettur tal-Kjerci.  Fl-ahhar gurnata l-24 ta’ Dicembru, kien imiss lili inqaddes il-Quddiesa ta’ lejliet il-Milied.

 

Rigal Specilajli

Dak in-nhar tal-Milied il-Mulej tani rigal specjali, anzi biex ikun ezatt ghal wiehed tnejn. Jien hawn f’Assisi matul is-sena fost il-gimgha spiss ikun imissni inqaddes il-quddiesa tal-hin, dik tas-7.00am fuq il-Qabar ta’ san Frangisk jew dik tal-5.00pm fil-Bazilka inferjuri. Nghid id-dritt niehu tassew gost niccelebra u naghmel hsieb ckejken wara l-Vangelu.  Nhar ta’ Hadd, izda, qatt ma jkolli quddiesa tal-hin u minhabba kif ikun imqassam l-orarju tal-qrar tieghi ma nistax anqas nikkoncelebra fl-ebda quddiesa la filghodu u lanqas filghaxija.  L-unika quddiesa li nista’ niehu sehem fiha, min iqaddes ma jiehux gost li jkollu koncelebranti mieghu. X’taghmel? Naghmillu il-wisa’!  Ghalhekk kull nhar ta’ Hadd  matul is-sena nispicca inqaddes wahdi fil-kappella privata. Cert, nippreferi nqaddes kif dejjem ghamilt f’Malta, fil-Filippini u fit-Turkija ghall-pubbliku, imma l-ghazla tal-muzika mhux f’idejja.  Nizfen skond il-muzika li jpogguli.  Il-Mulej kien jaf bix-xewqat ta’ qalbi. Lejliet il-Milied gie fuqi Padre Giorgio Pieta, l-kappillan tal-Parrocca ta’ Santa Margherita u staqsieni nixtieqx immur iqaddes il-quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-parrocca minhabba li hu kellu jmur iqaddes f’kappella ohra fuq l-gholjiet ta’ Assisi.  Daz-zgur li nixtieq!  Kien rigal minghand il-Mulej!  Ma nafx infisser kemm hadt gost inqaddes u nippriedka f’dak il-lejl qaddis tal-Milied. Kien hemm is-sorijiet ikantaw, kjerku anima l-liturgija, l-abbatini biex jghinu u gemgha mdaqsha ta’ nies. Sthajjiltni mill-gdid qed immexxi c-celebrazzjoni bhal meta kont kappillan San Pawl il-bahar, imma fic-cokon!

 

Bhalikieku ma kien bizzejjed waqt li kont qed niekol f’nofs in-nhar dak in-nhar tal-Milied gie patri iehor u staqsini ghandix pjacir inqaddes il-Quddiesa fis-6.30pm fuq l-Altar papali fil-Bazilka ta’ isfel minfloku.  Id-dmugh minn ghajnejja hargu qabel ma lhaqt ghedtlu iva.  Kienet it-tieni rigal tal-Milied!  Ma ghandix kliem infisser x’hassejt!  Wara sena shiha fil-Hdud u fil-festi niccelebra wahdi fil-kappella f’dan il-jum tal-Milied – “il-Festa tal-festi” kif sejhilha san Frangisk – il-Mulej tani zewg rigali li qaddes ghall-pubbliku.  Biex ikun ghedt kollox ghal din it-tieni quddiesa tawni biex inqaddes l-pjaneta li kien uza l-Papa meta gie Assisi.  Dak in-nhar hassejtni qiesi f’sakra ta’ ferh! Qabel irqadt raddejt hajr lil Alla ghar-rigali sbieh li kien tani dak in-nhar tal-Milied.

 

Pellegrinagg f’Osimo,

Bejn it-18 ta’ Settembru 2002 u l-31 ta’ Dicembru 2003 il-Patrijiet taghna f’Osimo qed ifakkru r-IV Centinarju mit-twelid ta’ San Guzepp ta’ Copertino.  Bhala parti mic-celebrazzjonijiet gie organizzat Pellegrinagg ghall-patrijiet tas-Sacro Convento.  Morna is-Sibt 21 ta’ Dicembru biex insellmu lil dan il-qaddis, patrun ta’ l-istudenti.  Konna xi sittin ruh bejn patrijiet, frajiet, kjerci u postulanti. Tlaqna kmieni bil-private u wasalna hemm ghal xi l-ghaxra ta’ filghodu.  Kellna konferenza dwar l-ispiritwalità tal-qaddis, mbaghad qaddisna quddiesa flimkien. Wara l-quddiesa nzilna fil-kripta fejn hemm il-gisem ta’ san Guzepp u tlabna s-supplika.  Kif spiccajna mit-talb kien hemm jistennina pranzu specjali.  Dawn il-pranzijiet huma tentazzjoni kbira.  Irrid il-hin kollu noqghod attent li nzomm saqajja fuq il-breakijiet biex ma niekolx aktar milli jmiss. Hu hawn mhix kwistjoni ta’ darba, allura taghaddi!  Hawn l-ikliet huma spissi. Il-breaks ghoddni hraqthom.  F’din l-okkazjoni ergajt iltqajt ma’ Pietru, David u Mario n-novizzi Maltin.  Sibthom tajbin u kuntenti. 

 

L-ghada tal-Milied

Jekk mhux sejjer zball fost ir-reperturju ta’ kant bil-Malti hemm song bl-isem “L-ghada tal-festa ma’ Vitorin”.  Jien l-ghada tal-festa tal-Milied mhux ma Vitorin ghaddejtu, izda ma’ Doris u Miriam nee` Zammit.  Dawn iz-zewg ahwa ilni nafhom zmien, konna membri flimkien tal-Paola Pageant Group tant snin ilu qabel dhalt mal-patrijiet.  Il-genituri taghhom joqghod qrib fejn kienu joqghodu tieghi f’Rahal Gdid.  Doris izzewget lil Francesco u Miriam izzewget lil Maurizio issa ghandhom il-familja taghhom u joqghod  qrib ta’ Assisi.  Miriam toqghod Ponte San Giovanni u Doris Perugia.  L-ghada tal-Milied filghaxija wara li temmejt il-qrar gew ghalija u morna d-dar ta’ Doris u qattajna l-lejla flimkien. Hadt gost bl-ambjent ta’ milied taljan imhawwar b’toghma maltija. Mhux ser nghid x’kilna, nghid biss li kellna sahansitra l-bigilla.

 

Thabbir tal-Vangelu permezz tal-kitba

Il-Mulej jghalaq bieb u dritt jiftah iehor.  Dan l-ahhar ircevejt li tlett inviti biex immur nippriedka u naghti ritiri.  Qabel ma stajt naghti risposta iva jew le ridt nitkellem mal-kustodju tieghi. Billi n-numru ta’ dawk li nqarru fil-bazilika huwa ftit u issa kompla naqas ghax telqu zewg patrijiet, mhux facli ssib minn jibdel, irrizulta li ma stajtx naccetta li mmur nippriedka. Fil-pront kif inghalaq dan il-bieb il-Mulej fetali bibien ohra biex inwassal il-Kelma tieghu mhux bil-fomm izda bil-kitba. Talbuni nikteb artikli ghar-rivista taghan San Francesco Patrono d’Italia u ga’ tajthom zewg artikli.   Talbuni nikteb artilku ghar-rivista tat-Tigdid Karizmatiku f’Malta u qed inhejji artikli ohra ghall-Habbâr ta’ Sant’Antnin mahrug mill-patrijiet taghna f’Malta. Nemmen tassew il-kitba hija mezz iehor biex wiehed ixandar il-Kelma tal-Vangelu.  Allura l--kamra tieghi qed issir pulptu.  Bhalma huwa pulptu iehor il-konfessjunarju fejn nghaddi ghadd ta’ sieghat fil-gimgha nxandar il-mahfra, l-hniena u l-imhabba ta’ Alla lil dawk li jigu jfittxu il-farag tal-Mulej.

 

Qed inhejji xi haga

Kif qed insemmi l-kitba.  Bhalissa kull naqra hin li jkolli battal qed nintasab inhejji xi haga permezz tal-kitba. Xi haga li biha inhossni cert li ser isir il-gid.  Hija xi haga li kien il-Mulej stess li pogga fuq qalbi.  U qed nipprova nkun fidil u qed naghmel it-thejjijiet kollha mehtieg biex meta jasal il-mument inkun nista` noffriha ghas-servi taghkom.  Ghalissa ghadha xi haga mistura. Nixtieq, izda, nserhilkom raskom li meta jasal il-waqt it-tajjeb intom tkun fost ta’ l-ewwel li tkunu tafu. Nixtieqkom ghalissa titlobu ghalija u ghal dan li qed naghmel biex minnha jkun jista` johrog il-frott li jixtieq il-Mulej. Nittama li ma ddumx ma tkun lesta!

 

Tmiem is-sena

Is-siperju fuq is-sena 2002 nizel ukoll.  L-ahhar jiem kienu kif pratikament kienu l-jiem kollha tas-sena, mpennjati bil-ministeru tal-qrar.  Ministeru sabih! Cert li dan il-ministeru kien mezz biex iqarribni aktar lejn Alla u biex permezz tieghu nhabbeb ghadd ta’ erwieh mill-gdid ma’ Alla. 

 

L-ahhar mumenti kellna il-Quddiesa li fiha kantajna it-Te Deum b’ringrazzjament lil Alla, kellna cena specjali ta’ l-ahhar tas-sena biz-zappone u lentichie u wara lghabna ftit tombla flimkien.  Fil-hdax u kwart ta’ fil-lejl gew ghalija u mort niccelebra Quddiesa ghand is-sorijiet ta’ Santa Brigitta hawn f’Assisi stess.  Ftit wara li rcevejna lil Gesù fit-Tqarbin qaleb il-hin u bdiet sena gdida 2003.  Bdejta b’Gesù gewwa qalbi.  Ma stajtx nibdiha b’mod ahjar.   Jalla Gesù jibqa’ fil-qalb tieghi u taghkom tul is-sena kollha.  Sahha, barka u Awguri.

◄◄|werrej|►►

 

 

Iz-zjara

tal-Papa

Gwann Pawlu II

mal-kapijiet

tar-Relijonijiet

fl-24 ta’ Jannar

2002

f'Assisi kienet

diga` Barka bikrija fiha nfisha proprju fil-bidu tas-sena. 

Kull sena

fit-8 ta’ Dicembru

l-ispot lights

iduru fuq

Marija Immakulata.

Hija festa

ghal qalb

il-knisja

u ghal kull

min ihobb

lil Madonna. 

Bla dubbju

hija festa specjali ghalina

l-Frangiskani.

 

Bejn it-18

ta’ Settembru

2002

u l-31 ta’ Dicembru 2003 i

l-Patrijiet taghna f’Osimo qed ifakkru

r-IV Centinarju

mit-twelid ta’

San Guzepp

ta’ Copertino.

Bhala parti

mic-celebrazzjonijiet gie organizzat Pellegrinagg

ghall-patrijiet

tas-Sacro Convento.