il-pont - no 53 Assisi - Italja |
|
|
Dicembru 2002 no 53 Il-Festa tal-Festi
Jum wara l-iehor gerrbu. Ix-xhur taru u ghaddew. Is-sena 2002 ghoddha ghaddiet bhal dawk ta’ qabilha. Hekk iz-zmien! Xemx u xita, bnazzi u maltemp, mqajma jew reqdin il-minutieri ta’ l-arlogg jkomplu r-rotta taghhom f’cirku wara l-iehor bla jaqtghu. Il-hin ghaddej bla lanqas nintebhu. Jannar, Frar, Marzu… xahar wara l-iehor gerrbu …rega` wasal Dicembru.
Dicembru barra l-ksieh igib mieghu dik li Frangisku ta’ Assisi sejhilha “il-Festa tal-festi” – il-Milied. Ghal San Frangisk il-Milied kien jum speciali. Dak li ccelebra fi Greccio f’Dicembru ta’ l-1223 bla dubbju kien l-aktar wiehed li baqa` mfakkar. Kien l-ewwel presepju haj. Frangisk xtaq jghix b’mod gdid u haj t-twelid tal-Bambin Gesu. X’ghamel? L-ewwel talab u qala` il-permess mehtieg minghand il-Papa. Hejja l-presepju, bil-maxtura u t-tiben, bil-baqra u l-hmara. Gew il-patrijiet u n-nies ta’ l-inhawi bit-torci f’idejhom u l-lejl iddawwal b’dija mhux tas-soltu. Kollox kien lest u bdiet il-Quddiesa. Mess lil Frangisku li jaqra il-Vangelu tar-rakkont tat-twelid ta’ Gesu` f’dak il-lejl qaddis. Jinghad li dak il-lejl li lil Fqajjar ta’ Assisi dehrlu t-tfajjel Gesu` fil-maxtura u Frangisku refghu u ghannqu mieghu. “It-Tarbija ta’ Betlem” - kif kien isejjahlu Frangisku - ghammar mill-gdid fost il-poplu tieghu. Dak il-lejl l-bdiewa tar-rahal ta’ Greccio marru lura d-dar ifahhru ‘l Alla kif ghamlu r-raghajja tar-rahal ta’ Betlem tnax-il mitt sena qabel.
Matul din is-sena kelli l-okkazjoni mmur Greccio xi tlett darbiet. Kull darba hassejtni nghix mill-gdid din il-grajja tli ghex Frangisku. Darba minnhom, sewwa sew f’Mejju li ghadda, meta kont hemm hassejt xi haga aktar profonda. Kont mal-grupp ta’ koppji minn Malta. Iccelebrajna quddiesa qrib il-grotta fejn Frangisku ghex b’mod haj il-Milied ta’ 1223 u geddidna flimkien l-esperjenza ta’ Betlem. Qabel it-tqarbin ghaddejna ftit hin nikkontemplaw li l-Ostja konsagrata quddiemna fuq l-altar, kienet l-istess Gesu` li kien imqieghed fuq il-maxtura minn Marija. Kien l-istess wiehed li deher lil Frangisku f’dak l-istess post! Gesu` kien presenti rejalment fostna bil-gisem, id-demm, ir-ruh u d-divinita`. Gesu` issa ried jitwieled mill-gdid fil-maxtura ta’ qalb kull wiehed u wahda minnha. Dak in-nhar, niftakar li kont ghedt lil Koppji maltin: “Qed taraw ergajna ccelebrajna u ghexna l-ispirtu tal-Milied fix-xahar ta’ Mejju... Il-Milied nistghu niccelebraw kull jum tas-sena”
Veru il-Milied infakkruh b’mod solenni kull sena nhar il-25 ta’ Dicembru. Imma veru wkoll li l-ispirtu tal-Milied nistghu niccelebraw kull jum tas-sena waqt li niccelebraw l-Ewkaristija. Gesu` Ewkaristija li nircievu f’kull tqarbina huwa l-istess Gesu` tarbija li twieled ghalina fil-maxtura ta’ Betlem. Naghmlu t-tifkira tal-Milied biex niftakru li Gesu` li sar bniedem proprju biex jibqa` jghammar fostna l-jiem kollha ta’ hajjietna, sa l-ahhar taz-zminijiet. Huwa minnu li l-arlogg idur u z-zmien ghaddej. Minnu li l-Milied rega` maghna. Pero` minnu wkoll li Gesu` qed jghammar maghna il-hin kollu. Ghalhekk kif habbar il-profeta li sejjhulu bl-isem ta’ “Emmanuel” – li bi lsiena jfisser “Alla Maghna”. Alla maghna il-hin kollu.
Nghid il verita` m’ghandix dubbju Gesu` huwa maghna il-hin kollu. Id-dubbju tieghi, izda, huwa kemm ahna, ahna mieghU il-hin kollu? Min jaf li kellna nwaqqfu ftit l-arlogg biex nahsbu u naraw jekk ahna ahniex ma’ Gesu` l-hin kollu jew ahniex mieghu biss f’xi waqtiet. Nittama li sa l-jum tal-Milied tergghu tisimghu minghandi biex inwaslilkom ix-xewqat aktar shan. Intant Sahha, barka u Sliem.
Fr Thomas.
Loppiano Kien ilu zmien jghidli biex immur inzuru. Minn naha tieghi kont ilni zmien infittex l-okkazjoni biex immur Loppiano nzur lil Fr Conrad Sciberras – membru tas-Socjieta Missjunarja ta’ San Pawl. Kont naf li hemm xi patrijiet li minn zmien ghal zmien kienu jmorru ghal xi laqghat f’din il-Belt ta’ Focolarini. Tlabthom biex meta jkunu sejrin jghiduli biex immur maghhom. Qaluli xi tlett darbiet, erba` biex immur maghhom, izda kull darba ma stajtx inghaqad maghhom minhabba il-hinijiet tal-qrar u tal-quddiesa. Hawn m’ghandix day off impennjat seba’ t’ijiem fil-gimgha. Ghalhekk biex niccaqalaq jew irrid incaqlaq wara li naghmel it-turn tieghi jew irrid insib xi ruh tajba li jaghmel it-turn minfloki – ovvjament imbaghad ikun irrid naghmel it-turn tieghi jien darba ohra. Mhux dejjem ikun facli nirranga, Pacenzja! Issa, fl-ahhar giet ix-xoqqa f’moxtha. Irnexxilli minn hawn u minn hemm insib min jaghmel it-turn tal-qrar u min iqaddes il-quddiesa tal-hin minfloki u mort. Gie padre Egidio bil-karrozza ghalija u morna flimkien ma` zewg patrijiet ohra Mario u Renzo. Hadna madwar saghtejn biex wasalna. Sibt lil Conrad b’idejh miftuha biex jaghtini merhba. “Qed tara fl-ahhar gejt!” ghedtlu. Hadt sehem fil-laqgha li saret. Xejn formali, konna b’kollox tmien religjuzi. Wara li kull wiehed ta xi ftit taghrif dwar min hu u minn fejn gej, ha l-mazz f’idejh Padre Amadeo u bis-semplicita` qasam maghna kif il-komunita’ tar-religjuzi f’Loppiano tippruva tghix l-Vangelu fi ispirtu ta’ mhabba u ghaqda. Rajna vedio dwar il-laqgha li saret f’Assisi xi sentejn ilu fejn Chiara Lubich qasmet l-esperienza tal-karizma tal-Moviment tal-Focolarini (Opra di Maria). Kilna flimkien u wara l-ikel Conrad dawwarni ftit mad-dar u tkellimna ftit flimkien. Irrangawlna biex idawwruna mal-Cittadella ta’ Marija. Fejn hemm jghixu aktar minn elf ruh minn diversi mixjiet tal-hajja u minn inhawi differenti tad-dinja, kollha jippruvaw ighixu l-ispirtu tal-Vangelu. Ma kellnix wisq hin minhabba li ridna naqbdu it-triq lura lejn Assisi. Pero` Conrad qalli li l-bieb miftuh, meta joghgobni nista` nerga` mmur. Wara din l-esperjenza mort lura Assisi aktar seren. Hadt gost nara ahwa li qed jghixu b’tant semplicita` l-ispirtu tal-Vangelu. Huma ahwa li qed ma xiddu libsa frangiskana fuqhom, imma li qed ighixu tassew l-ispirtu ta’ san Frangisk,
Grupp minn Ghawdex. Kont naf li kellhom jigu fil-5 ta’ Novembru. Ghalhekk qaghadt nistennihom. Kienu grupp ta’ xi erbghin ruh minn Ghawdex. Wara li marru Ruma u Cascia gew pellegrinagg hawn Assisi. Mall- grupp kien hemm l-ET Mons Nikol Cauchi, l-isqof ta’ Ghawdex, li din is-sena qed jiccelebra il-50 anniversarju sacerdotali tieghu. Ma` l-isqof gew erba` sacerdoti ohra, is-segretarju tieghu Dun Renato Borg, Dun Eddie Zammit, Dun Vincenz Demicoli u Fr Alfred Farrugia MSSP. Iccelebraw il-quddiesa fuq il-Qabar ta’ San Frangisk bil-malti. Hadt gost nerga` nisma` kant bil-malti. Cert li San Frangisk wkoll ha gost jisma` “il-Mulej ghamillni sturment tal-paci tieghek”, li tant sema` b’ilsna differenti, titkanta wkoll bl-ilsien malti. Wara il-Quddiesa kellimt lil grupp. Qsamt maghhom messagg qasir u tlabt fuqhom u fuq l-gheziez taghhom il-Barka ta’ San Frangisk. Daru ftit mal basilka u telqghu bis-sliem ta’ San Frangisk lura minn fejn gew. Lejn l-ahhar ta’ Novembru gie jzurni Fr Lonnie Borg MSSP missjunarju Malti fil-Filippini. Fr Lonnie u jien konna ordnati sacerdoti flimkien fl-1985 fil-konkattidral ta’ San Gwann il-Belt. Mieghu gew zewg ahwa ohra ta’ l-MSSP Fr Elias Vella u Fr George Scerri. Merhba bihom ilkoll.
Il-Familja Singh mill-Amerka Fl-ewwel gimgha ta’ Novembru giet izzurni l-familja Singh minn l-Amerka. Hija l-istess familja li stednietni mmur ghandha fl-ewwel gimgha li ghamilt fl-Amerka fis-sajf li ghadda. L-ewwel kienu gejjin biss il-missier u tlett subien. U fl-ahhar ddecidew li jigu kollha kemm huma. Ghalhekk gew il-Missier u l-omm - David u Nancy u hamest’ itfal – Joseph, Matthew. Maria, Stephen u John. Irrangajtilhom biex joghqodu ghand is-sorijiet faccata tal-Basilka superjuri. Hadt gost nerga` niltaqa` maghhom. Irrangajt biex ikolli l-quddiesa kmieni u l-qrar bejn it-tmeinja u l-ghaxra ta’ filghodu biex stajt iddur ftit maghhom kif daru bija huma meta kont maghhom. Kull qalb trid ohra! Mhux hekk? Hadthom jaraw xi postijet f’Assisi, San Damjan, Rivotorto, Santa Marija ta’ l-Angli u il-Carceri. Irnexxili nirranga biex immorru Greccio. Miskin gie Elio Archetti – il-porter tal-Kunvent – maghna biex isuq il-van. Sab min joqghod minfloku u gie. Rajtu anglu, anzi arkanglu! Irnexxili nghabbi erba` minnhom fil-karrozza tal-kunvent u hadthom La Verna. Imma spiccajna tajjeb! Kif konna fit-tela mserpa, xi hames milli biss il-baghod mill-post qaddis fejn san Frangisk ircieva l-pjagi, wiehed mit-tfal hassu hazin. Il-Karozza ghamiltlu d-deni u rremetta li kiel filghodu u il-jum ta’ qabel fil-karozza. Kelli nwaqqaf il-karozza fil-genb tat-triq u waqt li jien hadt hsieb it-tfal, l-ommu Nancy hadet hsieb tfaddaf kemm it-tifel u kemm il-karozza. Domna siegha u nofs sakemm ergajn qbaddna t-triq. Ma domniex wisq fis-santwarju Frangiskan u ergajna lura Assisi. Inhallikom timmaginaw x’riha ta` qrusa kellna fil-karrozza! Xtrajt l-air freshner biex traqqad xi ftit ir-riha. L-ghada filghodu kmieni hadt flixkun tad-Dettol, li kienu baghatuli minn Malta u tajt hasla l-karozza minn gewwa. Nirringrazzja l-Bambin, ir-riha tteffiet, anzi issa l-karozza bdiet tfuh! Qatt ma kienet tfuh daqshekk kemm kienet ilha ghand il-patrijiet. Il-jiem ta’ btala tal-familja Singh gew fit-tmiem, Wassalthom l-istazzjoni u telqu bit-tren lura lejn Milan minn fejn kellhom jaqbdu l-ajruplan ghal Washington.
Serena Woon mill-Malasja Giet tarani wkoll Serena Woon mill-Malasja Serena giet l-Italja bhala rappresentanza tat-Terz Ordni Secoli Frangiskan ta’ pajjizha ghal Kapitlu Generali li sar fit-tielet gimgha ta’ Novembru F’Ruma. Kont iltqajt maghha u ma’ ahwa ohra mill-Malasja meta darba kont mistieden biex naghti zewg konferenzi dwar il-karizma missjunarju Frangiskan fil-Filippini. Id-dinja kull ma tmur qed issir dejjem zghir! Wara kwazi erbgha snin kellna niltqaghu mill-gdid din id-darba f’din il-parti tal-globu, Wara li spicca l-kapitlu giet ghal ftit jiem Assisi. Ippruvajt indur biha mill-ahjar li stajt. Ma tantx kelli wisq hin, minhabba l-orarju tal-qrar li kelli. Imma bis-serqa sibt hin biex hadtha La Verna. Kelli immur inzur in-Novizzi maltin f’Osimo u hadtha mieghi wkoll. F’dawn iz-zewg okkazjonijiet giet maghna Sr Jenny Maria Luciana, konsagrata lajka li kuljum taghti servizi fil-Kripta fejn hemm ilQabar ta’ San Frangisk. Nghid id-dritt ghamilt sforz kbir biex ghamil dan kollu wara li ghamilt ix-xoghol normali tieghi …u ghejjiet, Imma x’hin rajthom li hadu gost u kuntenti insejt l-ghejja kollha. Cert li Serena telqghet lura kuntenta.
Il-Lupu ta’ Gubbio, Darba minnhom iddoqq it-telephone. Kien il-provincjal ta’ l-Umbra. Qalli li kellha ssir laqgha animata mill-Isqof ta’ Gubbio u kien qed ifittex patri Frangiskan Konventwali biex jaghti xhieda dwar l-esperjenza missjunarja. L-ghazla waqghet fuqi. Mort bil-barka tal-kustodju tieghi. Kien lejliet il-Festa ta’ Kristu Re. Kienet serat organizzata mic-Centro Internazionale per la Pace San Francesco e il Lupo. Fil-Knisja ckejkna deddika lil Madonna tal-Vitorja maghrufha bhala “Vittorina”, F’dawn l-inhawi ta fejn hemm il-kappella huwa maghruf li San Frangisk gieb il-paci bejn il-lupu u n-nies tal-belt. Wara diversi diskorsi mill-President tac-Centru u tas-sindku taw l-esperjenzi taghkom l-ewwel patri Valerio Di Cario Kappuccin, warajh Padre Bruno Ottavi, patri ta’ Giezu` u mbaghad jien ghan-nom tal-patrijiet konventwali. Wara li sar diskors mill-isqof ta’ Gubbio Mons Pietro Bottaccioli saret premjazzjoni simbolika. Lilna li qsamna l-esperjenza missjunarja tawna Kandilabru tac-ceramika b’xbieha ta’ San Frangisk qed izomm b’id il-fjamma tal-Paci u bl-ohra qed jaghmel il-paci mal-lupu. Akwistajt xi haga! Tghidx kemm hija ghal-qalbi! Dak in-nhar billi kien diga` tard ippreferejt ma nsuqx fid-dlam ghalhekk irqad fil-kunvent tal-patrijiet taghna f’Gubbio u l-ghada filghodu malli sebah mort lura lejn Assisi ghax kien imissni nqarar.
Certifikat mill-isbah Semmejt aktar ‘l fuq li mort in-novizzi maltin f’Osimo. Is-surmast taghhom wera x-xewqa li mmur inzurhom regolarment. Sibt min jiehu l-orarju tal-qrar minfloki u mort. Hadt gost li sibthom tajbin u sereni. Pietru, David u Mario jidhru li ngranaw u mixjin tajbin. Kemm Is-Surmast taghhom P. Luigi Moretti u kemm il-Gwardjan P. Giulio Berrettoni u l-patrijiet jidhru kuntenti bihom. Kien hemm patri li b’sens ta’ tifhir qalli li ahna l-maltin kull fejn ikunu dejjem naqtghu figura tajba. Minnu ahna il-maltin maghrufa ghall-impenn u ghall-bzulija. Bla dubbju huwa certifikat mill-isbah ghall-Provincja maltija u ghal dawk li qed jaghtu servizz barra mix-xtut ta’ gziritna.
Qabel jaghlaq is-siparju Is-siperju fil-xahar ta’ Novembru jinfetah bit-tifkira tal-Qaddisin kollha u jaghlaq b’dik ta’ Sant`Andrija. Qabel jaghlaq ghal kollox is-siperju fid-29 tax-xahar, ahna il-Frangiskani infakkru l-Qaddisin Kollha ta’ l-Ordni Frangiskan. F’dan il-jum jahbat ukoll l-anniversarju ta’ meta il-Papa Onorju III wattaq il-Regola ta’ San Frangisk bil-bolla “Solet Annuire” fid-29 ta’ Novembru 1223. Il-Kopja original ta’ din ir-regola bullata tinsab fil-kappella tar-relikwi fil-Basilka Inferjuri F’din l-okkazzjoni ahna l-patrijiet imxerrda mad-dinja kollha ingeddu l-weghediet li ghamilna dak in-nhar li hadna il-voti. Inweghdu mill-gdid li nghixu il-Vangelu ta’ Kristu bhala regola u hajja taghna. Hawn f’Assisi geddidna l-weghdiet u ccelebrajna il-Qaddisin Frangiskani …minghajrhom – jghid il-malti – ma tidholx is-sema!
Mecca ta’ laqghat u kuncerti Mhux tant ilu kont ghedt li s-Sacro Convento sar qiesu il-Mecca ta’ laqghat u kuncerti. Ix-xahar ta-Novembru bla dubbju ma kienx eccezzjoni! Sar l-XXIII Convegno Nazionali Giovani verso Assisi u l-Convegno Nazionale 2002 organizzat mill-Assocjazzjoni Taljana ta’ Teilhard De Chardin flimkien ma’ l-Universita ta’ Perugia u l-Istitut Teologiku ta’ Assisi. Gew wkoll ghadd ta’ korijiet biex jaghtu kuncerti jew biex janimaw il-kant waqt il-liturgija. Fost dawn il-kor polifoniku Cantori di Assisi; il-kor tal-belt ta’ Olbia u il-kor ta’ l-Universita` ta’ Sassari – dawn it-tnejn minn Sardegna, Kellna wkoll il-Coro di Villa Bartolomea minn Verona. Mill-Amerka gew The Choir of Tampa, Florida u St Thomas More Choir. Ghall-festa ta’ Santa Cecilia – patruna tal-muzicisti - kellna il-Kor tal Cappella Musicale tal-bazilka immexxi mill-patri Giuseppe Magrino. Dawn ta’ l-ahhar kienu mistiedna ghac-cena maghna fir-refettorju u gew moghtija rigal ckejken bhala apprezzament tas-servizz li jaghtu matul is-sena fil-bazilka..
Gej il-Milied Nieqaf hawn. Matul ix-xahar ta’ Dicembru ahna mistiedna inhejju ruhna ghac-celebrazzjoni tat-Twelid ta` Mulej. Minn naha tieghi nipprova naghmel mill-ahjar biex nghix mill-ahjar dan iz-zmien ta’ l-Avvent. Ix-xewqat tal-Miliedjekk Alla jrid nibghathom aktar shan qrib il-jum tal-Milied. Jekk ma jirnexxilix inwassalhom qrid il-Milied nixtieqlikom miss issa l-isbah xewqat minghand GESU` li jrid jibqa` dejjem maghna. U nitlob ghalikom ilkoll – kif nilob ghalija – biex minn-naha taghna nibqghu dejjem mieghU.
Intant nixtieqilkom is-Sena Liturgika t-tajba. Jalla nimxu u nghixu tassew il-Misteru tal-fidi taghna. Jalla s-sehem taghna fic-celebrazzjonijiet tal-liturgija ihalli fil-qalbna aktar frott ta’ ferh, imhabba u sliem. Sahha u talb ghalikom ilkoll. |
|
Il-Milied ta' San Frangisk I Veru il-Milied infakkruh b’mod solenni kull sena nhar il-25 ta’ Dicembru. Imma veru wkoll li l-ispirtu tal-Milied nistghu niccelebraw kull jum tas-sena waqt li niccelebraw l-Ewkaristija. Gesu` Ewkaristija li nircievu f’kull tqarbina huwa l-istess Gesu` tarbija li twieled ghalina fil-maxtura ta’ Betlem.
Ma' Serena fuq La Verna Serena giet l-Italja bhala rappresentanza tat-Terz Ordni Secolari Frangiskan ta’ pajjizha waqt il-Kapitlu Generali li sar fit-tielet gimgha ta’ Novembru f’Ruma. Kont iltqajt maghha u ma’ ahwa ohra mill-Malasja meta darba kont mistieden biex naghti zewg konferenzi dwar il-karizma missjunarju Frangiskan fil-Filippini fl-1999.
San Frangisk u l-Lupu tac-ceramika Centro Internazionale per la Pace San Francesco e il Lupo ta' Gubbio organizzat serata missjunarja fil-Knisja ckejkna ddedika lil Madonna tal-Vitorja maghrufha bhala “Vittorina”. F’dawn l-inhawi ta fejn hemm il-kappella huwa maghruf li San Frangisk gieb il-paci bejn il-lupu u n-nies tal-belt. Wara diversi diskorsi mill-President tac-Centru u tas-sindku taw l-esperjenzi taghhom l-ewwel patri Valerio Di Cario Kappuccin, warajh Padre Bruno Ottavi, patri munuri u mbaghad jien ghan-nom tal-patrijiet Konventwali. Wara li sar diskors mill-isqof ta’ Gubbio Mons Pietro Bottaccioli saret premjazzjoni simbolika. Lilna li qsamna l-esperjenza missjunarja tawna kandilabru tac-ceramika b’xbieha ta’ San Frangisk qed izomm b’id il-fjamma tal-Paci u bl-ohra qed jaghmel il-paci mal-lupu.a |