il-pont - no 52                             Assisi  - Italja

 

Novembru 2002 no 52   

 ◄◄|werrej|►►

Sena ta’ Grazzja

 

Ghaddiet sena! Kien it-Tlieta, 23 ta’ Ottubru tas-sena l-ohra ezattament fl-4.30pm meta wasalt hawn f’Assisi.  Dak il-hin il-qniepen tal-kampnar tal-Bazilika ta’ San Frangisk kienu qed idoqqu.  Hassejthom jaghtuni “Merhba” f’isem il-patrijiet u in-nies kollha ta’ Assisi. Malli wasalt mort dritt insellem lil San Frangisk fuq il-Qabar tieghu.  Tlabt lil Fqajjar ta’ Assisi biex nimxi kif mexa hu wara Kristu kemm jista` jkun. Tlabtu wkoll jitlob ghalija halli nkun wiehed minn uliedu skond qalbu u biex jbierek il-hidma li kont ser nibda gewwa Assisi. Niftakar tlaqt minn quddiem il-Qabar ta’ Missieri Frangisku b’certa serenita` u certezza li l-Mulej kien ser jisma’ talbi u dak ta’ San Frangisk ghalija.

 

Ghaddiet sena!  Lanqas naf kif!  Hassejtha “Sena ta’ Grazzja”.  Kienet tassew grazzja li kont hawn f’Assisi, l-benniena tal-hajja Frangiskana, li haddant. Iva  Grazzja mis-sema li l-Mulej gabni hawn qrib l-ghajn minfejn ippruvajt nixrob mill-ispirtu ta’ san Frangisk u naqta` l-ghatx li kelli fuq kollox biex nerga` nhoss il-paci, s-serenita` u l-armonija.   Matul din-sena ppruvajt naghmel dak li ghamel il-fqajjar ta’ Assisi.  Ippruvajt nizfen jiena wkoll mill-ahjar li nista` l-“muzika” li daqqli l-Mulej.  Din il-muzika - kif kelli l-okkazjoni naqsam maghkom drabi ohra - kienet aktar kalma u serena minn dik li kelli qabel. Kienet muzika “adagio”.  Hadt gost nipprova naghmel il-passi u l-movimenti biex nizfen. Fuq kollox ippruvajt nizfen bil-qalb. Bl-ghajnuna ta’ Alla stess hassejt li rrnexxili. Ippruvajt wkoll naghmel il-wisa` biex inhalli kemm jista` jkun lil haddiehor jizfen kif jaf il-muzika tieghu.  Hassejt li rinexxili wkoll.

 

Ghaddiet Sena!  Iva, nhossni ferm kuntent, seren u fil-paci.  Jalla il-Mulej ibierek lilkom bl-istess Serenita` u Paci. Tislijiet u ghozza, flimkien ma’ barka u talb.

 

Fr Thomas

 

Festa ta’ San Frangisk

Fil-Kalendarju Liturgiku fl-4 ta’ Ottubru l-Knisja taghmel it-tifkira ta’ San Frangisk ta’ Assisi Il-familji Frangiskani dak in-nhar jiccelebraw mhux semplici tifkira, imma jiccelebraw il-festa ta’ San Frangisk bis-solennita` kollha.  Hu dan bla dubbju huwa “sewwa u xieraq”.  Huwa “sewwa u xieraq” aktar, u nzied, bir-ragun kollu, li hawn f’Assisi niccelebraw b’aktar u Solennita` akbar. U hekk sar.  Is-sena li ghaddiet fl-okkazjoni tal-festa ta’ Missierna Frangisku kont ghadni f’Istanbul fit-Turkija. Niftakar hemm kont ccelebrajt doppju.  Filghodu b’Quddiesa ma’ l-ahwa tal-lingwa ingliza u filghaxija b’Quddiesa Solenni bit-Tork mal-Komunita`.  Fil-11.00 ta’ filghodu kont quddiem t-television nara t-trasmissjoni tal-Quddiesa minn Assisi fuq ir-RAI UNO.  F’qalbi ghedt: “is-sena d-diehla, jekk Alla jrid, inkun hemm!”.  Ghaddiet sena u hekk kien.  Din is-sena ccelebrajt il-Festa ta’ san Frangisk hawn f’Assisi.  Il-festa marret tajjeb.  Is-sigriet ta’ kull haga li tirnexxi jinsab fit-thejjija. Kellna disa’ t’ijiem ta’ hjejjija.  Saret Novena organizzata tajjeb. Kull filghaxija kien hawn quddiesa specjali bis-sehem ta’ xi isqof bil-kleru u nies mid-diversi bliet ta’ madwar Assisi.  Lejliet il-festa sar it-Transitu.  Sar b’mod solenni imma fl-istess waqt b’tant semplicita`. Fakkarna l-mument tal-mewt ta’ Qaddis fqajjar ta’ Assisi. Dak in-nhar tal-Festa kellna Quddiesa kull siegha fil-Bazilka nferjuri u fl-10.00 saret Quddiesa Solenni fil-Bazilka superjuri, din bhal kull sena kienet trasmessa diretta fuq ir-RAI UNO.

 

Fuq it-Television

F’hajjet Alla dak in-nhar tal-Festa ma kienx imissni nqarar filghodu ghalek stajt nikkoncelebra fil-Quddiesa Solenni. Dawk li nzertaw quddiem it-television dak in-nhar setghu, mhux biss isegwu c-celebrazzjoni, izda wkoll jarawni ezatt wara l-isqof li kien qed jiccelebra il-Quddiesa.  Jien ovvjament ma rajtx it-trasmissjoni ghax kont fuq il-presbiterju.  Izda cempluli xi hbieb minn Malta u mil-Italja u qaluli li rawni.  Wiehed mill-patrijiet qalli li nzera kien fil-kamra tat-TV u qalli li dehert tajjeb hafna specjalment tul il-parti tat-talba Ewkaristika.  Fl-ahhar harga t’ il-pont ghedtilkom li wisq probabbli tarawni fuq it-television. Ghedt ukoll li ma nkunx nista` nxejrilkom. Hekk kien. Imma stajt niftakar fikom u nitlob ghalikom. U hekk ghamilt.  Ftakart fikom u tlabt ghalikom u ghal dawk li dak in-nhar xtaqu jkunu hawn, minqarr bil-hsieb.

 

Lampa Votiva

Fit-18 ta’ Gunju 1939 il-Papa Piju XII, wara biss tlett xhur li tela` fuq il-Siggu ta’ San Pietru pproklama lil San Frangisk , flimkien ma Santa Katerina ta’ Siena, Patrun ta’ l-Italja.   Ghall-okkazjoni ta’ l-4 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena saru festi kbar. Fost ic-celebrazzjoni nawguraw Lampa Votiva, li kellha titqieghed u tibqa’ mixghulha s-sena kollha quddiem il-qabar tal-Qaddis. Kull sena jmiss Regjun differenti li joffri z-zejt biex il-lampa tissokta theggeg quddiem il-qabar.  L-ewwel darba fl-1939 kien ir-Regjun tal-Lazio, is-sena ta’ wara dak tal-Piemonte, warajh dak tal-Lombardia, tal-Liguria, u dak ta’ l-Umbria…  Din is-sena kien imiss ir-Regjun ta’ Aosta biex joffri z-zejt f’isem ir-regjuni l-ohra.  Normalment ghall-okkazjoni jigu l-isfqijiet u ghadd ta’ sacerdoti, flimkien mas-sindki u l-irjus gholja tar-regjun, b’ghadd ta’ nies maghhom, hafna minnhom bil-kostum tradizzjonali tal-post.  Ir-rugjun ta’ Aosta fil-fatt huwa l-izghar regjun taljan allura dawk li gew ma kienux tant fil-ghadd, daqskemm ikunu meta jmiss lil xi regjun akbar.  Fil-fatt fejn is-snin ta’ qabel jkun hawn ghadd ta’ isqfijiet, fir-Regjun ta’ Aosta hemm isqof wiehed biss.  Madanakollu mhux in-numru li jghodd, izda l-ispirtu li gew bih. U nista` nghid li dawk li gew minn Aosta wrew qima u devozzjoni liema bhala. 

 

Il-film “Francesco

Dak in-nhar tal-Festa filghaxija kellna stedina specjali.  Fit-tmiem il-gimgha ta’ wara il-festa ta’ san Frangisk il-CANALE 5 kellu juri film gdid dwar San Frangisk bl-isem “FRANCESCO” f’zewg punt. Qabel ma gie muri fuq it-TV ghamlu anteprima tal-film apposta ghalina l-patrijiet u s-sorijiet ta’ Assisi fuq stedina ta’ Pier Silvio Berlusconi, Vice-Presidente tal-Mediaset.  Waqt it-trasmissjoni saru kollegamenti ma Ruma fejn fl-istess waqt kien qed jigi muri l-film fil-prezenza tal-President tar-repubblika Taljan Carlo Azeglio Ciampi u ta’ l-attur principali tal-film Raoul Bova.   Kienet serata mill-isbah! Il-film, ghalkemm f’waqtiet l-istorja ma kienet rispettata b’mod shih, kien sabih. Wara l-film il-Mediaset offriet cena stupenda f’wahda mis-swali tas-Sacro Convento li hejjew apposta ambjent medjavali bil-fjakkoli u bl-imwejjed ghad-dawl tax-xemgha.  L-4 ta’ Ottubru din is-sena kienet festa mhux bhas-soltu!  Bla marcijiet u baned, bla sparer u cikcifogu… imma Festa li zgur tat gost lil Qaddis.

 

Tezor mill-isbah

Dejjem nghid: “Min joghgbu jasal wasla sa Assisi, merhba bih!”.  F’dawn l-ahhar gimghat kelli diversi zjajjar.  Darba minnhom wara li tlajt min-novena  sibt lil Patri Arthur Saliba quddiem il-kamra.  Kienet sorpriza sabiha!  Ma damx wisq, izda kellna zmien bizzejjed biex nitkellmu ftit. Irrangajt ukoll l-orarju tal-quddies u l-qrar u nrexxili niehdu sa Gubbio – kif tafu l-post fejn San Frangisk kellu l-laqgha mal-Lupu.  Warajh gie hawn ghal festa ta’ San Frangisk Patri Joe Butigieg, Kapuccin malti.  Irrangajtlu biex joqghod ghand il-Klarissi, ghax hawn ma kienx hawn post. Ma stajtx indur wisq bih minhabba l-impennji tal-qrar u l-quddies, imma sibna zmien biex inkunu flimkien. Sibna wkoll il-hin u morna dwara fuq il-Muntanja Subasio.  Ftakarna hafna fiz-zmien li konna nistudjaw l-INSERM flimkien.  Wara il-festa ta’ san Frangisk gew Assisi il-Kjerci kollha mis-Seraphium – Ruma.  Fost dawn gie jsellimli Fra Donald Belizzi. Warajh gew is-sacerdoti indjani Fr Varghese u Fr Ferdinand Merhba bihom ukoll. Gew wkoll ifittxuni xi sorijiet li kont naghmilhom l-irtiri tax-xahar meta kont ghadni fil-Filippini.  Fost dawn giet tarani Suor Giuseppa, li kellhom il-Kunvent taghhom biswit dak taghna kemm f’Tagaytay u kemm Novaliches fil-Filippini.  Kelli zjara wkoll mill-hbieb tieghi Franco u Elena minn Milan.  Dawn iz-zjarat inhosshom barkiet mis-sema.  Jaghtuni l-okkazjoni li ngedded il-hbieberija ma’ dawn il-persuni li Alla pogga f’hajti.  “Min isib habib – tghid l-Iskrittura – jsib tezor”.  Il-Mulej laqqaghni ma` ghadd ta’ hbieb, li flimkien jaghmlu tassew tezor mill-isbah!

 

Tlett novizi Maltin

Bla dubbju hadt gost ferm biz-zjarjat li kelli.   Il-gost li hadt jien xtaqt naqsmu ma’ haddiehor.  Hsibt biex immur inzur lin-Novizzi taghna maltin f’Osimo.  Irrangajt u sibt min iqarar minfloki u qabadt it-triq lejn Osimo.  Qabel tlaqt fittixt kif nasal fuq il-mappa u wara vjagg ta’ xi saghtejn u nofs wasalt. F’Osimoi bhalissa ghandna tlett novizzi maltin Mario Sant, li kien wiehed mill-abbatini li kont niehu hsieb meta kont San Pawl il-Bahar.  Pietru Quattromani, dan ukoll kien parruccan tal-parrocca ta’ San Pawl il-Bahar, kien gie maghna meta konna ghamilna il-Pellegrinagg tal-Parrocca ghall-Art Imqaddsa fl-1993.  U David Borg minn Hal-Balzan, dan ma kontx nafu qabel.  Kelli cans li nitkellem maghhom u mas-surmast taghhom.  Sibthom tajbin u sereni hafna.  Is-superjuri taghhom jidhru kuntenti hafna bihom. Is-surmast stedinni biex imexxi l-quddiesa u naghmel kelmtejn lin-novizzi, xi haga li ghamiltha bil-qalb kollha.  Ghaddejt is-serata maghhom.  L-ghada qaddist fuq il-Qabar ta’ San Guzepp ta’ Kopertino. Hemm ftakart u tlabt ghall-istudenti kollha.  Wara li hadt il-kafe, sellimt lin-novizzi u qbadt it-triq lura lejn Assisi. F’din iz-zjara hassejtni geddidt iz-zmien meta jien ghamilt is-sena ta’ novizzjat gewwa Padova 24 sena ilu u meta servejt bhala surmast tan-novizzi fil-Filippini. Is-surmast jixtieqni mmur inzurhom minn zmien ghal zmien.  Immur bil-qalb kollha.

 

Summit tal-Paci

Is-Sacro Convento sar qiesu il-Mecca tal-konferenzi u laqghat nazzjonali u internazzjanali.  Bejn it-18 u 20 ta’ Ottubru fis-sala Papali tal-Kunvent sar Summit Internazzjonali ghal Paci fid-dinja – Ekonomija, Ekologija u Disarm. Kien hawn ghadd ta’ irjus kbar mid-dinja kollha jiehdu sehem.  Bhala parti mill-programm saret Celebrazzjoni Inter-religjuza ghal paci b’sehem tar-rappresentanti tar-Religjonijiet. L-aminatur principali ta’ din ic-celebrazzjoni kien Patri Max Mizzi li huwa id-Delegat Generali ghall-Ekumenizmu u d-Djalogu inter-religjuz fi hdan l-Ordni taghna.  Hasra li ghalkemm wasal fil-hin minn Perugia ma stajtx niehu sehem ghax kont  wahhaltha f’mohhi li kienet ser issir fuq il-Qabar ta’ San frangisk u fil-fatt saret fis-Sala Papali. Hasra! Aktar tard il-partecipanti hadt sehem f’kuncert ta’ Tendai Syomyo Chants moghti mit-Tatsuya Koumazaki & Pangaea, grupp ta’ Buddisti Gappunizi.   Fi tmiem dan is-Summit il-partecipanti jifformulaw messagg finali favur id-disarm u biex jinholqu risorsi biex jinghelbu l-guh u l-faqar fid-dinja. 

 

Requiem ta’ Mozart

Bhala parti mis-Summit sar kuncert iehor fil-Basilika Superjuri.  Il-Gimgha 18 ta’ Ottubru wara l-ikel ta’ filghaxija mort insib post fil-Basilika biex nisma dan il-Kuncert.  Kien ir-”Requiem” ta’ Mozart esegwit mill-Cappella Musicale tal-Basilka ta’ San Frangisk flimkien ma` l-orkestra “I Solisti di Perugia” taht id-direzzjoni ta’ Parti Giuseppe Magrino OFMConv.  Is-Soprano u l-mezzo soprano kienu Taljani, t-tenur kien Korejan u solist baxx kien Spanjol.  Kienet serat sabiha!  Il-Bazilka kienet mahnuqa bin-nies, li segwew b’attenzzjoni u ammirazzjoni il-muzika u l-kant ta’ din il-quddiesa mill-pinna tal-famuz Wolfgang Amadeus Mozart. Fost l-okkazjonijiet sbieh li jkollna hawn, bla dubbju huma dawn il-kuncerti li jsiru minn zmien ghal zmien.  Fil-fatt fis-26 tax-xahar kellna kuncert iehor mill-Cappella Musicale u l-Associazione S. Vincenzo De Paoli.  Min ihobb il-kuncerti jasal wasla s’hawn, zgur ikollu fejn jixxala!

 

“Eurochocolate”

Min jilghab bin-nar, x’jigrilu? Jinharaq!  Hekk grali.  Franco u Elena, li koppja li gew jarawni minn Milan, haduni maghhom Perugia.  L-ewwel haduni nzur il-Klarissi u dawn offrewlna l-ikel. Qatt bhas-soltu attent u kilt bil-qies biex inzomm il-kura.  Wara l-ikel haduni fic-centru ta’ Perugia fejn kienet qed issir l-“Eurochocolate” fiera tac-Cikkulata li ssir kull sena. Il-cikkutala ghal gimgha shiha ssir il-protagonista ta’ din il-belt Medievali. Kull fejn thares ma tarax hlief cikkulata u stands u mwejjed b’kull tip tac-cikkulata.  Kien hemm statwi, figurini u mitt haga ohra kollha maghmula mic-cikkulata. Kien hemm eluf ta’ nies iduru, jixtru u jieklu. Bdejt nghid lil Franco u lil Elena: “Mamma mia fejn gibtuni!!” Tlabt f’qalbi: “Mulej, la ddahhalniex fit-tigrib…”  Kont proprju fil-qalbha tat-tigrib.  Hafna stands li bdejna nghaddu hdejhom bdew joffru bcejjec tac-cikkulata biex idduqu… u ovvjament biex jhajruk tixtri.  Ippruvajt nirrezizti kemm nista`… imma fl-ahhar waqajt u doqt bicca u bicca ohra.  Ma nghidilkomx kemm nizzluli tajbin. Kos dak li ma mhux tajjeb ghalija donnhu aktar ihajrek u jinzillek tajjeb!   Kilt bicctejn veru, imma bil-qies. Veru dhalt fit-tigrib, imma l-Mulej “helisni bid-deni”.  L-ghada meta kejjilt il-livel taz-zokkor fid-demm fraht ghax sibtu li kien baqa`normali.

 

Kamra gdida

Meta wasalt Assisi tawni zewg kmamar biex naghzel fejn nixtieq noqghod.  Ma kienx hemm wisq x’taghzel.  It-tnejn kienu jaghtu fuq il-bitha nterna fid-dahla tal-kunvent. Ghazilt dik ta’ quddiem il-Kustodju.  Nghid id-dritt, jien xtaqt kieku jkolli kamra n-naha l-ohra thares fuq il-pjanura ta’ Assisi. Kienet biss xewqa.   Il-kmamar kienu kollha okkupati.  Il-kamra li ghazilt kienet kemm xejn storbjuza minhabba li minn taht it-tieqa kienu jghaddu diversi gruppi ta’ nies biex jmorru fis-swali li hemm fil-kjostru. Kienet kamra wkoll kemm xejn friska minhabba li ma kienetx tidhol xemx – lanqas pulzier ragg ta’ xemx ma kienet tara. Inkejja dan ma kellix problemi. sibtni tajjeb u kont kuntent xorta.  Fl-ahhar giet ix-xoqqa f’moxxtha.  Wiehed mill-patrijiet. Padre Egidio Monzani, kien mitlub imur jaghti servizz Ruma u ghalhekk tbattlet kamra proprju fejn xtaqt li nkun meta wasalt. Malli ghedt nofs ta’ kelma lil-kustodju ma sabx diffikulta. Ma hallejtx zmien jghaddi.  Malli telaq Padre Egidio naddaft il-kamra l-gdid u garrejt f’qasir zmien l-affarijiet li ghandi.  Naddaft u hallejt il-kamra fejn kont qabel spic & span u tajt ic-cwievet lura lil-kustodju.  Kien qiesu rigal ta’ gheluq is-sena tieghi f’Assisi.  Issa qieghed f’kamra in-naha l-ohra tal-kurutur fejn kont, b’tieqa kbira b’veduta mill-isbah thares fuq il-pjanura ta’ Assisi.  Barra il-veduta u l-ilwien sbieh ta’ “Ohtna u Ommna l-Art” – kif sejhilha Frangisku, ghandi wkoll r-raggi ta’ “ohtna x-xemx”, li troxx id-dawl u titbissimli ghal hin twil tal-gurnata u ssahhani bis-shana taghha. F’dawn l-ahhar jiem kelli lil “Huna il-Qamar” jittawwalli minn wara t-tieqa matul il-lejl.  Kellu ragun Frangisku jfahhar lil Alla mal-hlejjaq kollha!

 

Numru gdid

Meta bdilt il-kamra nbildel wkoll in-numru tat-telephone personali tal-kamra.  Issa dawk li jixtiequ jcemplu u jaqbduni dirett in-numru huwa 075-819.00.07.  Dawk li jcemplu minn barra ma jinsewx li jkunu jridu jzidu 0039 qabel in-numru.

 

Appuntament iehor

Nieqaf hawn.  L-appuntament tieghi maghkom,

jekk Alla jrid, ghax-xahar d-diehel bl-ahhar taghrif minn din il-Belt ta’ Assisi. Inweghdekom li nkompli niftakar u nitlob ghalikom ilkoll. Generalment f’zewg mumenti partikulari kuljum:  waqt it-talba tal-fidili u dritt wara it-tqarbin waqt il-quddiesa, kif ukoll waqt it-Talb ta’ filghaxija flimkien mal-Patrijiet fuq il-Qabar ta’ San Frangisk. Inhalli f’idejn il-Mulej jaghti lil kull wiehed u wahda minnkom kull ma ghandkom bzonn, flimkien ma’ dawk li tixtieq qalbkom.  Il-Mulej jhariskom u jaghtikom is-SLIEM.

◄◄|werrej|►►

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Matul din-sena ppruvajt naghmel dak li ghamel

il-fqajjar ta’ Assisi. 

Ippruvajt nizfen jiena wkoll

mill-ahjar li nista` l-“muzika”

li daqqli l-Mulej.  Din il-muzika

- kif kelli

l-okkazjoni naqsam maghkom drabi ohra -

kienet aktar

kalma u serena minn dik li kelli qabel. Kienet muzika “adagio.