il-pont -  no 51                              Assisi  - Italja

 

Ottubru 2002 no 51   

 ◄◄|werrej|►►

Marwa fl-Amerka

 

Kollox ghadu l-bidu u t-tmiem.  Hekk il-mawra tieghi fl-Istati Uniti!  Sejjer, sejjer sejjer…mort…u ergajt lura!  Sitt gimghat taru u ghaddew. Niskanta kif nghaddu minn grajja ghall-ohra. Wahda wara l-ohra. It-tmiem ta’ esperjenza tiftah il-bieb ghal dik ta’ warajha. Il-hajja taghna hija msawwra minn dawn l-esperjenzi.  Esperjenzi li flimkien jitnaqqxu fuq l-irham ta’ l-istorja personali ta’ kull wiehed minn u li qatt ma jithassru. Inhossni tassew rikonoxxenti lejn Alla, li hu “bla Bidu u bla Tmiem”, anzi huwa “l-Alfa u l-Omega” ta’ kollox.  Inrodd hajr ghall-bibien kollha li jiftahli u ghall-esperjenzi kollha li ghaddieni minnhom matul l-ghadd ta’ snin li diga` sellifni.

 

Kienu esperjenzi u grajjiet imlewna b’kuluri sfumati, uhud cari ohrajn skuri, imma li f’daqqa jiffurmaw t-tila b’ilwien ta’ dak li jien illum. Iva nirringrazzja lil Alla ghall-esperjenzi kollha li ghaddieni minnhom…fit-tfulija, fiz-zoghzija u dak ta’ issa li m’ghandix aktar zghazugh. L-ahhar wahda fosthom hija l-mawra fl-Amerka.

 

Kif sehhew ic-cirkustanzi ma stajtx ma narax l-id ta’ Alla li fethet il-bieb ghalija.  Kont diga rajt lil Alla jiftahli bibien ohra qabel li qed ma bsart jew hlom li jinfethu.  Bhal dawk tan-Nigerja u t-Tanzania fl-Afrika; dawk tal-Gappun, Korea, India, Filippini, Hong Kong u c-Cina fl-Asja, dawk ta’ l-Awstralia u New Zealand fl-Oceanja; dawk ta’ Isreal u l-Lebanon fil-lvant Nofsani, u l-ghadd ta’ bibien ohra fl-Ewropa.  L-ahhar fost dawn il-bibien kollha, kien il-Bieb ta’ l-Amerika.  Kieku ma rridx nemmen lanqas nista`!  F’kull darba u f’kull cirkustanza dejjem rajt lil Alla jimxi qabli.  Rajtu jhejjili kollox, sa l-icken dettal. Hekk ukoll issa fl-Amerika.  Kull fejn mort il-Mulej providili nies li jigu ghalija fl-airport, li pprovdewli fejn noqghod u x’niekol, li hadu hsiebi, dawruni, provdewli il-mehtieg kollu, u hallsuli kull ma kelli bzonn, inkunz il-vjaggi.

 

Nghid id-dritt, qatt ma kien ghaddieli minn mohhi li mmur l-Amerka.  Onestament lanqas hajra li mmur ma qatt kelli.  U l-Mulej fetahli l-bieb.  Cert li kelli r-ragunijiet tieghU.  Cert li baghatni biex naghmel il-kura li kelli bzonn!  Pero` Konvint ukoll li ma baghatnix ghalek biss.  Cert li waqt li kont hemm il-Mulej uzani – kif juza lil kull persona b’mod differenti – biex jilhaq lil haddiehor.  Cert li dawk li ghext maghhom go Virginia, North Carolina, Vermont u New York b’xi mod il-Mulej ried iwasslilhom xi haga permezz tieghi. 

 

Hafna ghandhom l-impressjoni li meta xi hadd ikun barra minn pajjizu, jkun qieghed vaganza.  Kieku dan huwa minnu allura jien ilni xi tmien snin vaganza kontinwa, ghax ilni daqshekk barra minn Malta.  Imma dan mhux minnu.  Mhux kull min jivvjagga ifisser li jkun mar holiday!  Cert li waqt li kont fl-Amerika hadt gost kull moment, izda ma kienetx vaganza biss.  Barra l-kura, kienet ukoll bicca apostolat kbira.

 

Meta rritornajt lura l-kunvent f’Assisi l-patrijiet kif rawni ndunaw li ma mortx nixxala.  Intebhu li tassew mort ghal kura u setghu jaraw id-differenza fl-apparenza.  It-tajjeb u l-gid li sar fil-mohbi, il-patrijiet ma jarawhx, imma konvint li l-Mulej jaf bih u cert li bil-grazzja tieghU jkompli jikber u jaghti l-frott.  Inhossni tassew rikonoxxenti lejn Alla u lejn dawk kollha li l-Mulej uzahom biex il-mawra fl-Amerika tompliet tnaqqax pagna ohra fl-istorja ta’ hajti. Sliem u ghozza, flimkien ma’ barka u talb.

 

Fr Thomas

 

Il-Mument tajjeb

Kollox beda bla hsieb ta’ xejn f’Novembru tas-sena l-ohra.  Kont lanqas ilni xahar li wasal Assisi.  Kont qed naghmel introduzzjoni lil grupp ta’ lingwa ingliza dwar San Frangisk u l-Basilka. Ma’ dan il-grupp inghaqdet familja Amerika: Bob, Kitty u Francesco Rosati.  Kif spiccajt u tajt il-barka, l-grupp talaq u l-familja Rosati baqghet hemm fis-sala. Bdejna nitkellmu u kelma ggib il-ohra domna daqxejn flimkien.  Sirt naf li l-koppja Rosati kienu tobba, li jmexxu klinka li tispecjalizza fil-kura ta’ dawk li jbaghatu bil-qalb, pressjoni, cholesterol, diabete.  Kif ghedtilhom li jiena diabetiku mill-ewwel steduni biex immur ghal-kura.  Tbissimt u ghedtilhom: “Meta jridni nigi l-Mulej jiftahli il-bieb Hu”.  Talbuni ismi u l-indirizz, u kelli calling-card fuqi u tajtulhom. Lanqas ghaddew wisq granet, ircevejt e-mail minghand Kitty Rosati b-invit formali biex immur ghal-kura – kollox imhallas!  Baghat nirringrazzjahom u ghedtilhom li kont ser nitlob u nhalli l-Mulej jipprepara t-triq.  Kemm kont ilni li gejt kont ghandi lanqas kelli l-okkazjoni mpoggi bilqieghda u nitkellem mas-superjur tieghi hawn.  Wara s-sitt xahar, li wasalt Assisi giet l-okkazjoni u tkellimt mal-Kustodju.  Tkellimna dwar ghadd ta’ affarijiet, fosthom il-hajja u x-xoghol tieghi hawn fis-Sacro Convent.  Kif konna qed nitkellmu hassejt li issa il-mument li nsemmilu dwar l-istedina li kelli biex immur ghall-kura.  Nemmen li kien il-mument tajjeb. Padre Vincenzo ma sabx diffikulta.  Ftehmna li nista` mmur f’Awissu. Il-hlas tal-vjagg gie provdut ukoll.  Qasmu l-ispejjez il-Kustodja ta’ Assisi u il-provincja ta’ Malta. Stajt nikkonferma u naghmel il-kuntatti mehtiega. Kelli nitlaq fl-1 ta’ Awissu minn Perugia ghal Milan bl-Alitalia u minn Milan ghal Washington via Parigi ma’ l- AirFrance. Il-Mulej fetah il-bieb.

 

Qalbi taqtaq!

F’Novembru f’Assisi kont iltqajt ma’ familja ohra mill-Amerka – Il-Familja Singh.  Dawn malli saru jafu li kont sejjer l-Amerika ghall-kura xtaquni li mmur inzurhom.  Mal-Kustodju ftehemt li barra l-erba gimghat tal-kura nqatta` ftit jiem ta’ btala.  Ghalhekk stajt naqta` x-xewqa tal-familja Singh ukoll.  Gew ghalija l-airport ta’ Washington. Kont rajthom darba biss u nghid id-dritt lanqas wicchom ma niftakar kif kien ezatt.  Ma kienetx problema.  Il-familja kollha giet l-airport b’T-shirt isfar.  Ma stajtx ma nilmahomx!  Ma nafx infisser il-ferh li stajt naqra fuq wicchom.  Kienu qieshom raw il-Messija.  Nghid id-dritt jien kont ftit skoncertat – anzi, biex inkun onest, kont skoncertat hafna.  Ghalfejn? Semplici ghax malli wasalt skoprejt li bagalja minnhom ma waslitx.   Qalbi bdiet t-taqtaq! Kienet ghoddha waqfet! Fil-bagalija kelli l-aktar affarijiet importanti fosthom il-computer.  Imsarni niezlu f’saqajja!  Il-kelb il-mismut kull ilma jahsbu mishun! Diga` kelli esperjenzi fejn kaxxa bl-affarijiet li bghatt mill-Filippini ma waslu qatt!  Ghedt ser tirrepeti l-istorja.  F’qalbi ma naf kemm il-talba ghamilt!  Domt tlett ijiem qalbi ttaqtaq!  F’hajjet Alla, fl-ahhar waslet!  It-talb li tlabt instema`!   

 

Zjara f’Washington

Ippruvajt ma nahsibx dwar il-bagalja.  Ippruvajt nahbi dak li kont qed inhoss.  Ippruvajt nifhar bil-familja Singh li gew ghalija u li hadu hsieb ghal kollox.  Irrangawli biex noghqod fir-rectory tas-sacerdoti tal-Parrocca.  Ma sibtx difficulta` mill-ewwel hassejtni at home ma` dawn is-sacerdoti.  Filghodu kont niehu il-breakfast fir-rectory wara kont immur inqaddes fil-parrocca u wara il-quddiesa kienet tigi ghalija l-familja Singh u natta` il-jum maghha.  Il-familja Singh hija familja ta’ seba`.  David u Nancy u hamest t’itfal il-kbir ta’11-il sena u z-zghir ta’ sentejn – Joseph, Matthew, Maria, Stephen u John. Ghaddejt hin twil nilghalab ma’ dawn c-ckejknin.   Waqt li kont hemm Matthew, li meta jikber jixtieq isir sacerdot kellu l-Birthday.  Ghalaq ghaxar snin. Ghall-okkazjoni morna Washtington.  Zorna is-Shrine biex inqaddist il-quddiesa u Matthew serva ghall-ewwel darba il-quddiesa.  Stajt nifhem il-ferh li kien qed ihoss ghax dak in-nhar ghax ftakart fl-ewwel darba li ghent il-quddiesa jien bhala abbati fil-parrocca ta’ Kristu Re, Rahal Gdid.  Jien wkoll bhalu xtaqt insir sacerdoti meta nikber.  U il-Mulej qata` xewqti.  Dak in-nhar tlabt biex il-Mulej jaqta` xewqet dan it-tfajjel u meta jikber jaghmlu sacerdot skond qalbu. F’Washington haduni nzur lil Patrijiet taghna. Rajt il-White House u ghaddejna wkoll minn hdejn il-Pentagon – li kien wiehed mil-mira tal-attakkat terroristiku fl-11 ta’ Settembru tas-sena.  Il-jiem li ghamilt f’Fairfax- Virginia ghaddew f’hakka t’ghajn. Kelli okkazjoni nghati xi konferenzi lil membri tat-Terz’Ordni Frangiskan u lin-nies tal-parrocca, qarart u kelli mumenti ghad-direzzjoni spiritwali.  Fl-ghalqa tal-Mulej dejjem hemm x’taghmel. Il-Mulej zammni busy u sabli x’naghmel hemm wkoll. 

 

North Carolina

Mill-Istat ta’ Virginia haduni bil-Karozza ghall-istat ta’ North Carolina. Hadna hames sieghat biex wasalna Durham fejn kelli nibda il-kura l-ghada.  It-toroq kienu kbar, tajbin, wesghin bis-sigar kull naha.  Lanqas rajtu il-hin ghaddej.  Wasluni ghandi il-Familja Rosati – dak li stednuni.  Sellimt u rringrazzjajt lil David u lil Familja Singh ghal kull ma ghamlu mieghi u telqu lura.  Imsieken kellhom jaghmlu hames sieghat vjagg iehor!  Wara li kilt xi haga, qaghad nitkellem ma Dr Bob u Kitty Rosati u it-tifel taghhom Francesco mbaghad haduni fl-appartament fejn kelli noqghod matul il-kura.  Kont qed nghix ma Enzio Soviero jew ahjar JR, kif inhu maghruf, u mal-habib tieghu Adrian CastroJR fil-Fatt huwa il-Head Chef tar-Rice House.  Hawn ukoll sibt akkoljenza ta’ l-ghageb!  JR u Adrian daru biha kemm setghu u hadu hsiebi.  Ma kien jonqosni xejn.  Id-dar ta’ JR kienet nofs mil ‘l boghod minn fejn kelli naghmel il-kura.  Fil-fatt kont immur bil-mixi, seba minuti kollox!

 

Rice House

L-Ghada fit-8.00 ta’ filghodu kont diga` fir-Rice Clinic Sibt lil Dr Bob Rosati jistennini u ntroducieni mat-tobba u ma’ l-assistenti.  Imlejt il-formali u mill-ewwel bdew it-testijiet medici. Ikkejawli l-qalb, il-pressjoni, il-piz, il-livel taz-zokkor, il-cholesterol… ghamluli ezamijiet tad-demm, insomma sarli check-up generali. Tawni file bit-taghrif dwar il-kura u d-dettali ohra dwar il-program.  Issa stajt nibda il-program.  Haduni fir-Rice House, tefa’ ta’ gebla ‘l boghod fejn sibt il-partecipanti l-ohra.  Min kien hemm minhabba l-pressjoni gholja, min minhabba problemi tal-qalb, tal-cholesterol jew diabete.  U il bicca l-kbira wkoll biex jonqsu mill-piz.  Gibt ghajnejja wara widnejja! Qatt ma rajt nies hoxnin daqshekk f’hajti. Kien hemm kollezzjoni unika! Lanqas naf kif nibda jiddiskrivihom.  Fakkruni fil-maskeruni tal-Karnival.  Kull wahda u wiehed daqshiex!  Hdejhom kont qiesi sokk ta’ xkupa.  Kollha bdew iharsu lejja u ghadd minnhom staqsuni x’gejt naghmel.  Mort biex ikkontrolla il-livell taz-zokkor, li kien kontinwament tiela u niezel bhal-lift li kien hemm fil-Barrakka ta’ fuq- Il-Belt!

 

Kura b’differenza

Kemm qanqal kurzita` dan l-imbierek programm!  Hafna kitbuli u talbuni aktar informazzjoni u staqsewni x’ghamilt waqt il-kura. Nipprova naqta` l-kursita` Naghmel hilti biex infisser mill-ahjar li nista` fi ftit kliem.  Il-programm kien jinkludi erba` mumenti principali: check-up, ikel, lectures u ezercizju.  Kull filghodu bejn it-8.00 u 9.15 jibdew jaslu il-partecipanti u l-ewwel haga jsir check-up tal-pressjoni u taz-zokkor, jintiznu.  Ikun hemm zewg tobba u zewg assistenti, dawn izommu records tat-testijiet u jinnutaw il-progress li tkun qed taghmel. Jghidulek wkoll jekk jkollok bzonn tnaqqas mill-medicina.  Bejn l-istess hin jigi servit il-breakfast. Il-hinjiet l-ohra ta’ l-ikel huma: bejn nofs in-nhar u siegha u nofs il-lunch u mill-5.00 sa 6.30pm jservu id-dinner. Pratikament il-programm kollu jdur fuq dawn il-mumenti ta’ l-ikel. Hija diet kemm xejn stretta minghajr melh u xahmijiet.  fl-ewwel fazi d-dieta tikkonsisti fi tlett porzjonijiet kull ikla. Wiehed ross jew grains u tnejn frott.  Il-frott kien ikun hemm varjeta` kbira – tuffiegh, laring, pineapple, grapefruit, bettiegh isfar jew ahdar, dulliegh, berry mix, banana u ohrajn.  B’kollox f’din l-ewwel fazi, li ddum bhala minimu gimgha, kull partecipant jkun qed jiehu madwar 800 kaloriji kull jum.  Dan il-fazi sservi biex tippurifika il-gisem mill-melh u mill-grass zejjed.  Infatti matul l-ewwel gimgha kulhadd jonqos ghadd ta’ piz gmielu.  It-tieni fazi tinkludi l-haxix.  Tlett porzjonijiet l-istess.  Wahda jew ross, jew fazola, jew ghagin jew patata, porzjon haxix u iehor frott.  Insekka flok frott tista tiehu porzjon iehor haxix.  L-ammont ta’ kalori b’kollox huma l-istess bhal ta’ l-ewwel fazi.  Laham u dairy products xejn.  Kien ikollna hut darba fil-gimgha, nhar ta’  filghaxija. Kien rakkomandat li nixorbu hafna ilma jew kafe jew te, dawn ta’ l-ahhar minghajr kafejina.  U haga ohra, ma tiekol xejn bejn l-ikliet. Tidher dieta difficcli veru! Imma meta tkun hemm u tara l-ohrajn qed jieklu l-istess haga, ma tibqax daqshekk difficcli.  Terga’ meta tibda tara r-rizultati pozittivi, tibda tonqos mill-piz u tibda tara l-kondizzjoni tas-sahha gejja ghall-ahjar aktar tibda taghmel il-kuragg.  Terga` l-istonku jibda jidhra jiekol ftit u ghalhekk jibda jimtela` aktar malajr.  Jien ma sibtx diffikulta`.  Biex nghid id-dritt aktar ghandi diffikulta hawn fl-Italja biex inzomm id-dieta!  Bejn l-ikel kien ikun hemm lectures jew tnejn filghodu u iehor wara nofs in-nhar u xi work-shops.  Dawn kienu jinkludu taghrif ta’ natura prattika u kont tista` tiehu sehem fihom jew le.  Jien attendejt ghal hafna minnhom.  Kienu interessanti.   Parti mportanti tal-programm kien l-ezercizju Dan ma kien organizzat, kull partecipat kien jahseb hu.  Hafna kienu jmorru fil-gyms jew pools, ohrajn kienu jmorru ghal yoga jew jimxu.  Nghid ghalija jien kont nimxi.  Kont nimxi bhala minimu xi hames mijli kuljum.  Fil-fatt il-mixi huwa is-sigriet ta’ kollox.  Aktar ma timxi aktar tahraq kaloriji. Mhux biss imma tissiponi l-mekkanizu tal-gisem biex jipproduci jhaddem l-insulina aktar ahjar.   It-tobba - u jien maghhom - kienu sodifatti hafna bil-progress li ghamilt tul l-erbgha gimghat.  Fil-fatt il-livel taz-zokkor nizel f’livel normali u baqa’ stabbli.  Naqqsuli zewg pilloli li kont niehu kuljum qabel l-ikel.  Il-cholesterol kien normali. Il-pressjoni  u qalbi huma bhal dawk ta’ tifel ta’ l-iskola. Terga` inqast partita kilos – 13-il kilo. Aktar minn hekk x’irrid?!  Min jixtieq aktar informazzjoni dwar il-program jista` zjur il-web site www.ricediet.com.

 

Interess, imhabba u stima.

Hadt gost ghax bejn il-participanti kien hemm relazzjoni sabiha hafna.  Kienet qiesa komunita` ohra. Ghal programm kien hemm irgiel u nisa, anziani u mhux… kien hemm saharsitra tifel ta’ 11-il sena.  Dawn il-bicca l-kbira kien minn diversi stati ta’ l-Amerka.  Izda hemm ohrajn mill-Iraq, Qatar, Turkija, New Zealand… Kienu alloggati f’hotels jew holiday apartments. Kollha nies tat-tajjeb.  Minn gie ghal 4  gimghat u minn ghal tlett xhur jew aktar. Minn kien hemm l-ewwel darba, minn rega` gie jkompli il-programm.  Interessanti wkoll il-background religjuz taghhom,  Kien hemm ghadd ta’ Lhud, lhudija li saret Kristjana, Musulmani, nsara Kattolici, ohrajn minn diversi ferghat tal-Protestantezmu, kien hemm min qali li huwa ateju u li ma jemmen b’xejn.  Konna hallata battaltaMeta sar jafu li jien sacerdot frangiskan kollha wrewni nteress, mhabba u stima partikulari. Kienu johorguni u jdawruni ‘l hawn u ‘l hinn u jigu jimxu mieghi. Kienu jfittxu l-okkazjoni biex jitkellmu mieghi. Ma nghidx kemm domandi ghamuli u kemm xtaqu jsiru jafu aktar dwar Gesu` u dwar il-hajja nisranija. Fil-week-ends irrangawli biex mort f’diversi parrocci biex inqaddes. Matul il-gimgha kont inqaddes wahdi fl-appartament. L-ahhar week-end li kont hemm ghal quddiesa li mexxejt jiena u gew aktar minn ghoxrin ruh mill-programm. Jien ma kontx nibqa lura!  Kont niehu l-oportunita` biex inxerred ftit dawl u nizra kelma ta’ gid. Wara kollox huwa l-Mulej li jkompli jsaqqi u jkabbar.  Meta gejt biex nitlaq hassejt ghafsa ta’ qalb tassew. Weghdhom li nitlob ghalihom u li nzomm kuntatt.  Fl-address book zdiedu ghadd ta’ ismijiet u ndirizzi godda.  Ghandi aktar ma’ min jikkorrispondi.   

 

Meravilja ta’ kuluri

Wara li spiccajt il-programm kien baqali sebat’ ijiem ohra biex jirritorna lura Assisi.  L-ewwel tlett ijiem mort fl-istat ta’ Vermont.  Darba jiena w sejjer lejn il-missjoni tal-Filippini  fuq l-ajruplan kont iltaqjt ma’ Adriana Curutchet, Amerikana u bqajna nikkorrispondu.  Malli saret taf li kont sejjer l-Amerika riedet li mmur inzurha.  Hadet hsieb l-ispejjes tal-biljett.    Mort bil-qalb kollha.  Sibt lil Adriana tistenni fl-ajruport ta’ Burlington u haditni Plymouth fejn toqghod.  Dommna siegha u nofs sakemm wasalna id-dar.  Id-dar hija xi haga ma titfissirx, fuq muntanja, qalb is-sigar b’veduta mill-isbah taghti fuq ghadira l-gmiel taghha. Djar bhal taghha rajthom biss fil-kotba.  L-ambjent ta’ l-ghageb.  San Frangisk kien ikun fl-ghaxqa tieghu f’din in-natura.  Tridu taraw il-kuluri tas-sigar.  Il-weraq minn hodor isiru homor, imbaghad donnhom jisfaru sakemm isuru orange u kannella u mbaghad jaqghu!  Hija meravilja ta’ kuluri qatt ma rajna xi haga hekk f’Malta.  Meta il-Hallieq halaq dawn is-sigar zgur li kellu tahlita ta’ kuluri mill-isbah fuq il-paletta.  Adriana u Ferdinando, t-tifel taghha hadu hsiebi u ghamlu minn kollox biex inhossni at home.  Ma ghamiltx wisq sforz.  Hassejt mhux biss at home, izda fil-Genna ta’ L-art. Minn-naha l-isfel tal-muntanja hemm kumpless bil-gym u il-pool u rrangawli biex l-ezercizzju mmur naghmlu hemm. Ghall-ikel hadu hsieb jaghmluli ikel steamed minghajr melh u zjut.  Im’nalla ma domtx aktar hawn ghax kienu qed ifissduni zzejjed!   Haga ta’ l-ghageb dawn il-persuni - Adriana u il-familji Rosati u Singh – li kont ilqajt maghhom darba biss u kwazi kwazi lanqas kont niftakar il-bixra ta wicchom, sibthom ilkoll b’idejhom miftuha biex jilqghuni, jifirhu u jduru bija qiesni kont ilni nafhom snin twal.  Nirringrazzja lil Alla ta` kemm laqqani ma’ nies twajba.  Jalla jzomm idu fuqhom ikoll.

 

New York

Minn imur Ruma jzur il-Papa.  Minn imur l-Amerka jzur New York.  Hekk ghamilt jien ukoll.  L-ahhar erbat’ ijiem zort New York. Jekk ma rridx nara l-id ta’ Alla f’dan il-vjagg lanqas nista`.  Tassew jiehu hsieb ta’ kull dettal!  Meta kont ghadni Durham ircevejt e-mail minn ghand Dun Vincenz Deguara habib kbir tieghi minn Rahal Gdid, li nista` nghid trabbejt mieghu.  Qalli li sema` li qieghed l-Amerka u li kien ser jkun New York fl-istess jiem li kont ser ikun hemm jien. Biex ma ntawwalx Dun Vincenz irangali biex immur noqghod fir-Rectory fejn kien hu halli b’hekk inkunu flimkien.  Mhux hekk biss, irrangali mal-kugini tieghi, li jghixu New York biex jigu ghalija l-airport malli waslat.  U bhalikieku mhux bizzejjed, biex iwassluni mill-gdid meta kont sejjer lura.  Mhux prova ohra ta’ kemm Alla jiehu hsieb kull dettal!?   Dun Vincenz kien tassew barka!  Kien diga mar New York xi drabi qabel allura kien jaf il-post tajjeb.  Ha hsieb iddawwarni daqslikieku kien l-aqwa tour leader!  F’jumejn rajna Manhattan kollu.  Darba dorna l-parti ta’ fuq u l-ghada l-parti ta’ Downtown, l-istatwa tal-Liberta` u Staten island.  Mhux ser noqghod insemmi haga haga fejn hadni.  Insemmi biss post wiehed – Ground Zero.

 

L-Arena tal-Martri

Bla dubbju l-aktar post li xtaqt inzur f’New York kien Ground Zero. Mort u rajt b’ghajnejja il-post fejn kien hemm it-Twin Towers li llum m’ghadhomx aktar! Ma fadal xejn hlief hofra kbira ta mijiet ta’ metri kwadrati vojta b’salib ta’ l-azzar merfghu ‘l fuq u ghadd ta’ tifkiriet Tifkiriet ta’ 3010 innocenti,  vittmi ta’ l-attakk terroristiku tal-11 ta’ Settembru 2001.  Ma hemmx kliem biex iffisser dak li hassejt meta kont hemm dik l-arena tal-martri.  Kont hemm ezatt sena wara!  Kont hemm imbikkem. Bla kliem. U bhali elfu ohrajn… u l-Amerka kollha.   Kien il-Jum meta l-Amerikani fakkru iljum li ma jistghu jinsew qatt.  Il-Jum li ghal hafna ghadu ma ntemm qatt.  Il-qtil ta’ l-innocenti ma jistax jitfisser, imma biss imgarrab.  Il-qerda taghhom qanqal in-nazzjoni kollu.  In-Nazzjoni Amerika – u mieghu d-dinja kollha – ingabar biex jiftakar din il-grajja ta’ niket.   Il-mument ta’ skiet u t-tokki tal-qapiena, li bih bdew t-tifkirjiet tal-11 ta’ Settembru sena wara, honoq l-arja u gheleb kull vokabularju ta’ niket.  L-Amerikani nizlu l-bnadar, kantaw l-innu nazzjonali u God bless America, zerghu sigar, daqqew il-qniepen, qraw l-ismijiet tal-vittmi wiehed, wiehed, xeghlu x-xemgha, telqu l-hamiem u l-bziezaq, qraw poeziji, sparaw tir ta’ salute, daqqaw it-tnabar u bagpipes, offrew fjuri, ingabru fil-knejjes, talbu u kbew… u jien kont hemm f’Lower Manhatten … u tlabt u kbejt maghhom.  Cert li ghandi ghadd ta’ tifikiet sbieh ta’ din l-ewwel mawra tieghi fl-Amerika.  Bla dubbju din kienet l-isbah u tisboq t-tifkiriet kollha f’daqqa. Kienet tassew grazzja li kont kemm!

 

Grazzi specjali

“Aghtu lil Cersi dak li hu ta Cesri u lil Alla dak li hu ta’ Alla”.  Irrid naghti li kull hadd dak li haqqu.  Nixtieq inrodd hajr qabel xejn lil Alla.  Alla li ghamilha possibbli li mmur ghal din il-kura u ghal din il-mawra fl-Asmerka.  Inrodd hajr lil dawk kollha li ghamlu il-jiem tieghi f’din il-parti tad-dinja daqshekk sabih u kuluriti. Ma dawn kollha – li kienu hafna – nixtieq naghti lil Gorg dak li hu ta’ Gorg.  Iva nixtieq nirringrazzja lil Patri Gorg Attard, li offra ruhu li jigi hawn f’Assisi biex jaghmel ix-xoghol tieghi waqt li jien kont l-Amerka.  Hajr lil Patri Gorg tad-disponibilita` tieghu.  Il-Kustodju tieghi f’Assisi kien kuntent hafna bis-servizz ta’ hija Patri Gorg.  Din hija tassew xhieda fraterna. Grazzi Gorg.

 

Qalbi t-taqtaq ghal darb’ohra

Kull bidu mitmum. Kien wasal il-mument li nirkeb l-ajruplan biex nerga` lura Assisi.  Tlaqt minn New York ghal Parigi. Ajruplan iehor garrni lejn Milan u iehor mill-gdid lejn Perugia.  Il-patrijiet li kellu jigi ghalija l-airport nesa`, - il-patrijiet bnedmin, jinsew ukoll!  Wara li stennejt mhux hazin, cempilt l-kunvent u gew ghalija.  Li ma giex il-patri ghalija ma kienet tant kbira, hassejtni mnikket ghax iz-zewg bagalji li baghat meta ghamilt ic-checking-in f’New York ma wasluxQalbi ghal darb’ohra regghet bdiet it-taqtaq. Ma nghidlikom kemm hassejtni miserabbli.  Waslu il-bagali ta’ kulhadd u tieghi baqghu ma gewx!  Ergajt ippruvajt ma nkwietax… imma ma tantx irnexxili.  “Mulej f’idejk!” tlabt u ergajt tlabt.  Hallejt f’idejn tajba!  L-ghada wara li qaddist il-quddiesa u ergajt tlabt bil-hrara kollha, cempilt l-airport ta’ Perugia u kelli ahbar tajba! Il-Bagalji kienu waslu.  Hadt ir-ruh, raddejt hajr lil Alla u mort ghalihom.

 

Hafif u f’sahhti

Kif wasalt il-kunvent lura mill-Amerka u dhalt fir-refettorju l-patrijiet mill-ewwel indunnaw bid-differenza.  Rawni irqaq hafna mill-rawni qabel tlaqt. Cert 13 il-kilo inqas jaghmlu differnza.  Jien wkoll inhossni aktar hafif u aktar f’sahhti.  M’ghadnix inhoss l-ghejja u l-isturdamenti li kien ikolli meta l-livel taz-zokkor kien gholi.  Qabel, meta kont inkun wicci l-isfel fis-sodda kont inhoss qiesni ghandi mhadda taht zaqqi… issa m’ghadhiex hemm aktar.  Zaqqi nizlet.

 

Iz-zifna tkompli

Il-Muzika timbidel imma z-zifna tkompli.  Hekk il-hidma tieghi hawn.  Mill-ewwel xammart u bdejt il-ministeru bhal qabel ma tlaqt: qrar, quddiesa, direzzjoni spiritwali u konferenzi.  Dan flimkien ma’ xoghol iehor ta’ traduzzjoni u korrispondenza qed izommni ghaddej!  Sibt partita ittri fil-kaxxa tal-posta u ghadd ta’ e-mails. Dawn kollha ridt insib hin ghalihom ukoll.  Ma dawn barra il-hin tat-talb komunitarju u dak personali qed nipprova nkun fidil u naghmel siegha mixi kuljum.  Bl-ghajnuna ta’ Alla qed inlahhaq ma kollox.

 

Professjoni Semplici u Solenni.

Matul iz-zmien li ilni hawn f’Assisi – kwazi sena – segwejt lil fra Alvin Galicia, zaghzugh filippini li kien qed

jaghmel is-sena tan-novizzjat mat-Terz Ordni Regolari (TOR) hawn fl-Italja. Nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru, meta, Malta kienet qed ticcelebara l-Indipendenza, Alvin ghamel il-Professjoni Semplici.  Ha l-libsa u ghamel il-voti religjuzi biex jghix bhala Frangisku.  Xtaqni li mmur ghall-festa ghax ma ghandux familja u lanqas hbieb hawn.  Irrangajt u biddilt il-hinjiet tal-quddies u il-qrar li kelli biex stajt naqtalu xewqtu.  Ha gost hafna li mort.  Is-superjuri tieghu hadu gost ukoll li mort u rringrazzjawni ta’ l-ghajnuna li tajtu matul is-sena ta’ novizzjat.  Nipprova nghejn lil kulhadd mill-ahjar li nista’. Kien il-pjacir tieghi.  L-Ghada il-Hadd 22 ta’ Settembru kellna Professjoni ohra.  Din id-darba Professjoni Solenni hawn fil-Basilka Inferjuri.  Hutna fra Gianni Huang u fra Poalo Liu, it-tnejn li huma Cinizi, ghamlu il-voti perpetwi fuq il-qabar ta’ San Frangisk.  Ma stajtx nikkoncelebra fil-quddiesa tal-Professjoni, ghax dak il-hin kelli l-qrar, imma hassejtni vicin taghhom xorta.  L-ikel f’dawn il-festi ma jonqosx!  Jien qaghadt b’seba’ ghajnejn biex inzomm il-kontrol.  U irnexxili nikkontrolla u nirbah it-tentazzjoni li nikol il-helu.

 

Novena ta’ San Frangisk

It-Tlieta 24 ta’ Settembru tajna bidu ghan-Novena bit-thejjija ghal Festa ta’ San Frangisk.  Kull filghaxija qed issir quddiesa specjali bis-sehem ta’ nies mid-diversi ibliet madwar Assisi.  Jien qed nipprova niehu sehem u nghix dawn il-mumenti frangiskani sbieh mill-ahjar li nista`. Nirrakkonta aktar dwar in-novena, il-Festa ta’ San Frangisk u dwar l-Anniversarju tat-terrimot fin-numru ta’ il-pont li jmiss. Il-Festa ta’ San Frangisk kif tafu niccelebrawha fl-4 ta’ Ottubru.  Dak in-nhar fuq ir-RAI TV tigi trasmessa diretta l-quddiesa li ssir fil-Basilika fl-10.00am. Taf taqbadni l-camera tat-TV u tarawni.  Biss ma nkunx nista` inxejrilkom.  Inxejrilkom le, imma nista` niftakar fikom u nitlob ghalikom.  Il-Mulej jaghtikom is-SLIEM, li garrab, ghex u habbar San Frangisk.

◄◄|werrej|►►

 

 

Bla dubbju

l-aktar post l

i xtaqt inzur

f’New York kien

Ground Zero.

Mort u rajt b’ghajnejja

il-post fejn kien hemm

it-Twin Towers

li llum m’ghadhomx aktar!

 

Ma fadal xejn

hlief hofra kbira ta mijiet ta’ metri kwadrati

vojta b’salib ta’

l-azzar merfghu

‘l fuq u ghadd ta’ tifkiriet Tifkiriet

ta’ 3010 innocenti, vittmi ta’

l-attakk terroristiku

tal-11 ta’ Settembru 2001. 

 

Ma hemmx kliem biex iffisser dak

li hassejt meta kont hemm dik

l-arena

tal-martri. 

 

Kont hemm ezatt sena wara!  Kont hemm imbikkem.

Bla kliem.

U bhali elfu ohrajn…

u l-Amerka kollha.  

 

Kien il-Jum meta

l-Amerikani fakkru iljum

li ma jistghu jinsew qatt. 

Il-Jum li ghal hafna ghadu ma ntemm qatt. 

Il-qtil ta’

l-innocenti ma jistax jitfisser, imma biss imgarrab. 

Il-qerda taghhom qanqal

in-nazzjoni kollu. 

In-Nazzjoni Amerika

– u mieghu

d-dinja kollha – ingabar biex jiftakar din

il-grajja

ta’ niket.   

 

Il-mument

ta’ skiet u

t-tokki

tal-qapiena,

li bih bdew

t-tifkirjiet

tal-11 ta’ Settembru

sena wara,

honoq l-arja

u gheleb kull vokabularju

ta’ niket. 

L-Amerikani nizlu

l-bnadar, kantaw l-innu nazzjonali

u God bless America, zerghu sigar, daqqew

il-qniepen, qraw

l-ismijiet

tal-vittmi wiehed, wiehed, xeghlu

x-xemgha, telqu

l-hamiem

u l-bziezaq, qraw poeziji, sparaw tir

ta’ salute, daqqaw

it-tnabar

u bagpipes, offrew fjuri, ingabru

fil-knejjes,

talbu u kbew…

 

...u jien

kont hemm f’Lower Manhatten

 

… u tlabt u kbejt maghhom.