il-pont -  no 50                             Assisi  - Italja

 

Awissu – Settembru 2002 no 50   

 ◄◄|werrej|►►

il-pont ghalaq il-50

 

Iz-zmien igerbeb u jghaddi ghal kulhadd.  Iz-zmien gerbeb ghal il-pont wkoll. Infatti din il-harga hija il-hamsin wahda. L-ewwel harga hejjejtha fi Frar 1996  ftit inqas minn xahar wara li wasalt bhala missjunarju fil-Filippini.  Kif twieled il-pont?  Twieled b’mod naturali hafna. Ikolli nghid twieled b’mod prattiku.  Malli wasalt fil-Filippini bdjet nikteb u nircievi ghadd ta’ ittri.  Li nikteb l-ittri ghalija ma kienetx xi haga gdida. Il-kitba kienet u nstqarr, ghadha wiehed mill-passatempi tieghi.  Fl-ittri li bdejt nikteb lil diversi persuni kont qed nirrepeti l-istess grajjiet li kont nghaddi minnhom.  Ghalhekk gieni l-hsieb li naghmel “newsletter” li fiha nirrakkonta l-esperjenzi principali li kont nghaddi minnhom. Kont nibghat kopja ta’ il-pont u nota ckejkna personalizzata li kull min ikun kitibli. Ghazilt l-isem il-pont ghal raguni semplici.  Xtaqt permezz tal-kontent nohloq u nzomm pont bejn il-familjari, l-patrijiet, il-benefatturi tal-missjoni u l-hbieb.  Bdejt bl-ewwel numru fi Frar 1996 u il-pont ma ggarrafx, ghadu shih!  Numru wara l-iehor mil-Filippini, imbaghad mit-Turkija u issa minn Assisi bqajt naghmel hilti biex nibqa` fidil.  U ghandi l-fehem, li bqajt tant li issa wasal fin-numru 50. 

 

Il-pont huwa mezz ta’ kuntatt.  Meta tkun ‘l boghod minn artek u mill-gheziez tieghek aktar thoss il-htiega li tohloq u zzomm kuntatt – ghalhekk hloqt il-pontIl-pont fih gabra ta’ ftit mill-esperjenzi li ghaddejt minnhom bhala missjunarju fil-postijiet li kont.  Meta dawn l-esperjenzi waslu n-naha l-ohra tal-pont, dehru li ntlaqghu tajjeb.  Ma nghoddx kemm kitbuli jew qaluli bil-fomm kemm jiedhu gost jaqrawhom.  Xi komunitajiet, bhal dawk tal-klarissi ta’ San Giljan, qaluli li sahansitra jaqrawhom waqt l-ikel fir-refettorju.  Il-Mulej jinqedha b’kollox u b’kulhadd.  Ma neskludix li jista` jinqeda bija wkoll biex iwassal xi kelma tajba jew tbissima fuq fomm dak li jkun.  Darba kien hemm xi hadd li, bla ma qaghad idur mal-lewza, qalli: “Veru m’ghandekx taghmel int Tumas!”.  B’idejja fuq zaqqi qatt ma naf li qaghadt u min qara il-pont u min jafni jista` jghid jekk ghandix x’naghmel jew le.  Dan il-pont generalment naghmlu fil-hinjiet liberi li jkolli.  Cert li huwa mpenn. Imma naghmlu b’impenn, ghax irrid u bil-qalb kollu.  Xejn xejn waqt li naghmlu nhossni eqreb taghhom ilkoll.  U ghandi nifhem li meta tkunu qed taqraw thossukom qrib tieghi.  Dan huwa il-valur ewlieni ta’ il-pont.  Jalla ma’ dawn l-50 jkomplu jizdiedu aktar. Jalla wkoll inkomplu nhossuna eqreb ta’ xulxin. Sliem u ghozza, flimkien ma’ barka u talb.

 

Fr Thomas

 

Kollox ghall-unur ta’ san Tumas

Minghajr qaddisin ma titlax il-Genna. Ghan-nizla, veru kull qaddis jghejn!  Ghal-telqa imma, donnhom mhux kollha jaghtu palata.   Ghalhekk irridu niehdu hsiebhom, ghallinqas whud minnhom, biex jaghtuna mbbuttatura  ‘l fuq.  Fit-3 ta’ Lulju puntwalment tasal il-Festa ta’ l-Apostlu San Tumas.  Lejliet sejjahli l-Kustodju u qalli biex l-ghada mmexxi l-quddiesa ta’ San Tumas jien u biex naghmel “una bella predica”.  Hadt l-okkazjoni ta’ dan l-appuntament  biex nipprova nrewwah u ncensa kemm niflah lil qaddisi! Minnu irrid! Allura pprovajt niddefendih kemm nista` waqt il-priedka.  Miskin wehhel Bit-tikketta: “L-appostlu li ma jemminx!”.  L-Evangelista Gwanni, waqt li jimrah ‘l fuq bhall-Ajkla, ma tantx ixxahhah biex ipoggi lil Tumas fid-dawl tad-dubbju u nuqqas ta’ fidi.  San Mark, bhall-iljun li dejjem igibu hdejh, donnhu huwa b’saqajh ma’ l-art.  Marku juri bic-car li mhux Tumas biss kien li ma emminx, izda l-hdax li huma li ma emmnux.  Fit-tmiem tal-Vangelu tieghu San Mark igib tlett testi wiehed wara l-iehor fejn juri li l-11 ma emmnux.  Jghid li Gesu` deher lil Marija Madelena, “din marret thabbar kollox lil hdax u ma emmnuhiex” (Mk 16:9-11). “Wara dan wera ruhi lil tnejn ohra fit-triq, dawn regghu lura u taw l-ahbar lill-hdax, imma lanqas lilo dawn ma emmnu” (Mk16:12-13). “Fl-ahhar Gesu wera` ruhu lill-Hdax u canfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux” (Mk16:14).  Huwa car mela li mhux Tumas biss ma emminx!  Izda il-Hdax li huma kienu nieqsa mill-fid.  Tumas wehel bil-lot kollu.  San Girgor il-Kbir qal wahda sewwa:  “Il-nuqqas ta’ fidi ta’ Tumas ghal fidi atghna swiet aktar mill-fidi ta’ dawk li hasbu li jemmnu!”.  Ipprovajt naghmilha ta` l-Avukat Difensur bit-tama li meta tigi d-daqqa tieghi ddefendi lili hu.

 

Matul il-gurnata kelli diversi telefonati u messaggi bl-e-mail biex jixtiequli il-festa it-tajba u biex jghiduli li talbu ghalija. Merhba bihom, bix-xewqat u l-aktar bit-talb. Il-membri tal-komunita` kollha wassluli ix-xewqat taghhom ghall-okkazjoni.  Il-Kustodju flimkien ma’ l-ekonomu, ha hsieb li jithejja pranzu bil-kif – dehen ta’ Apostlu Kbir!  Bdejna bl-antipast tas-salamun, komplejna bl-gnocchi u bhala main course kellna roast beef u fenek bil-contorni, l-haxix, u l-insalata.  Ma naqasux il-gelat, l-helu u l-frott. Wara kollox kien hem mil-café u l-limoncello.  Hadd ma baqa` lura!  Kulhadd kiel u laqqat il-platt!  Kollox ghad-unur ta’ san Tumas.  Certa li bhal san Tumas Baqa’ kultent – wara kollox il-Festa tieghu kienet!

 

Patri Massimiljan Mizzi

Lil Patri Massimiljan Mizzi tafu d-dinja kollha.  Ilu f’Assisi aktar minn 43 sena. Ilu jahdem fil-kamp ta’ l-ekumenizmu u l-kamp tad-Djalogu Inter-Religjuz ghal dawn l-ahhar 40 sena.  Dan l-ahhar barra li kien moghti l-gieh tar-Repubblika ta’ Malta (ara r-ritratt), kien ukoll nomitat ghal Premju Nobel ghal Paci, u bhal dan iz-zmien is-sena li ghaddiet gie moghti d-Dottorat honoris causa mit-Texas Christian University. Alla inqeda b’Patri Mizzi fil-hajja tieghi biex sirt naf lil san Frangisk u biex dhalt mal-Patrijiet.  F’nofs ix-xahar ta’ Gunju Patri Massimiljan kellu bzonn jidhol l-isptar biex jaghmel operazzjoni.  L-operazzjoni ghal grazzja ta’ Alla rnexxiet u issa rega` lura fic-Centru tad-Djalogu Interreligjuz (CEFID) hawn f’Assisi. Fil-bidu ta’ Lulju telghu ohtu Carmen u huh Tarcisio biex ikunu vicin tieghu u jduru bih. Jien ipprovajt inkun vicin ta’ Patri Massimiljan u ndur b’hutu kemm nista`.  Cert li l-Mulej sema` t-talb, li sar kemm hawn u kemm f’Malta u f’diversi partijiet tad-dinja fejn Patri Mizzi huwa maghruf, instema`.  Hutu regghu lura Malta u hu gej kull jum ghall-ahjar. Hadt gost li fl-ahhar Hadd ta’ Lulju gie mic-CEFID wahdu bil-mixi u kiel maghna il-patrijiet fil-Komunita` tas-Sacro Convento. Jalla il-Mulej ikompli jaghtih is-sahha u l-forza biex jissokta il-hidma u jkompli jkun strument tal-Paci specjalment fost l-ahwa mhux nsara. Ghall-ahhar ta’ Awissu bi hsiebu jinzel Malta ghal ftit mistrieh.

 

Alfred u Varghese

Fil-bidu ta’ Lulju waslu mill-Indja zewg patrijiet mill-missjoni taghna fl-Indja.  Fr Alfred Parambakathu u Fr Varghese Puthussery, it-tnejn li huma gew ordnati sacerdoti f’Dicembru li ghadda.  L-ghada li waslu marru jzuru il-Qabar ta’ san Pietru fil-Vatikan u l-ghada Fr Joe Cilia gabhom hawn Assisi ghall-irdoss tal-Qabar ta’ San Frangisk.  Matul ix-xhur ta’ Lulju, Awissu u Eettembru dawn hutna Indjani ser ikunu mpennjati bl-istudju tal-lingwa taljana.  F’Ottubru li gej jekk Alla jrid. Fr Varghese imur Ruma biex jibda kors fil-Frangiskanizmu fis-Seraphicum waqt li Fr Alfred jibqa` hawn f’Assisi biex jaghmel kors fl-Istitut ta’ l-Istudji Frangiskani hawn fis-Sacro Convento stess.  Jidhru li bdew jaqbdu l-art u diga` bdew itaqtqu xi haga bit-taljan. 

 

Zjajjar

Hawn nirringrazzja ‘l Alla z-zjarat ma jonqsux!  Jalla dejjem hekk!  Pjacir ghandi bihom. F’dawn l-ahhar gimghat barra lil hut Patri Massimiljan, li semmejt qabel, gie mill-gdid Fr Joe Cilia, qabel ma telaq lura lejn l-Indja u mieghu gie Fr Bonaventure Kulluvettukuzhiyil, patri Indjan li qed jistudja fl-Istitut Bibliku ta’ Gerusalemm.  Gie patri iehor mill-missjoni taghna fl-Indja Fr Sebastian Kalathilparambil, dan kien flimkien ma ghadd ta’ frangiskani ohra minn diversi nhawi tad-dinja fuq pellegrinagg/kors frangiskan. Gie jzurna wkoll Patri Albert Sammut. Zjara ta’ ftit aktar minn 24 siegha, imma bizzejjed biex kellu hin nitkellmu flimkien u biex jitkellem mal-patrijiet maltin l-ohra. Darba minnhom jiena u sejjer nara lil Fr Max fit-triq iltqajt ma’ Fr Jesmond Micallef – kapuccin malti, kien ma ommu u ohtu.  Gie wkoll wkoll jekk ghal ftit Fr Joe Grech ma’ grupp minn  Ghawdex.  Giet il-Familja Delicata minn Hal-Balzan. Gew izuruni Suor Salvatorina u Suor Susanna minn Istanbul fit-Turkija.  Lil dawn kont nippriedkalhom l-irtir ta’ kull xahar fiz-zmien li qattajt fit-Turkija.  Gie jzurna f’Assisi Patri Alfons Sammut. Patri Fons ilu missjunarju fit-Turkija ghal aktar minn 20 sena.  Din is-sena qed jiccelebra 50 sena ta’ Sacerdozju. Ippruvajt indur b’dawn kollha li gew jarawna mill-ahjar li stajt u nkun maghhom bejn l-impennji tal-qrar u l-appostolat li ghandi. Hafna minnhom mort nistennihom l-istazzjoni tat-tren u rgajt wassalthom qabel telqu.  L-ahhar li wasal kien Patri Gorg Attard, dan ser jqatta` ftit gimghat hawn f’Assisi.

 

Ucuh godda

Is-Sacro Convento, fejn nghix jien huwa l-“caput et mater” (ras u l-omm) ta’ l-Ordni.  Huwa bla dubbju l-qalb ta’ l-Ordni Frangiskan fejn jinsab il-Qabar ta’ san Frangisk.  Jigu hawn eluf u eluf ta’ pellegrini minn kull rokna tad-dinja kull xahar biex jinxtehtu f’riglejn dan il-Qaddis tal-Paci.  Fost il-pellegrini jigu wkoll ghadd ta’ Partijiet Frangiskani Kanventwali.  Uhud jigu u jmorru fl-istess jum u ohrajn jigu u jqattghu ftit tal-jiem jew gimghat hawn maghna.  Ghalhekk hawn dejjem naraw ucuh godda.  Bhalissa ghandna maghna patrijiet mill-Argentina, mill-Kenya, mill-Polonja, mill-Croazia, mill-Indja, mill-Amerika, minn Slovenja, minn Spanja u minn diversi postijiet fl-Italja.   F’nofs ix-xahar ta’ Lulju hawn fis-Sacro Convento saru erba` t’ijiem laqghat ghall-patrijiet li huma mpennjati fil-kamp tal-formazzjoni u kellna ghadd ta’ patrijiet - madwar 80 – jghejxu maghna.  Fl-ahhar jum ta’ dawn il-laqghat kellna maghna lil Patri Joachim Giermek Ministru General ta’ l-Ordni (ara ir-ritratt).  Kelli cans nitkellem ftit mieghu wkoll.  Fit-22 tax-xahar kellna fostna 22 patri Pollakk li bhalissa qed jaghmlu kors spirituali f’Rivotorto.  Meta taghmel ftit zmien hawn fis-Sacro Convento tintebah kemm hija kbira l-familja Frangiskana.

 

Festa ta Santa Mergherita

Kif ghedt aktar minn darba hawn il-festi ma jonqsux!  Mhux ser noqghod insemmi kull wahda li ccelebarjna.  Insemmi biss dik ta’ Santa Margherita. Faccata tal-Basilika ta’ fuq inti u tiela` minn-naha tax-xelluq lejn Porta San Giacomo ssib il-Vicolo S. Andrea.  Hija wahda mill-irkejjen sbieh tal-belt medievali ta’ Assisi. Malli titla` mit-trejqa u ddur fuq ix-xelluq tasal f’ misrah ckejken msejjah Piazetta di S. Margherita.  Minn hemm fuq ghandek bla dubbju wahda mill-isbah veduti tal-Basilika ta’ san Frangisk (ara ir-ritratt).  Fil-misrah hemm il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Margherita.  Hija Parrocca ckejkna li jiehdu shiebha l-patrijiet taghna.  Il-Knisja hija ckejkna u tmur lura lejn l-1246 – ghalinqas instabu dokumenti li jgibu din id-data.  Hafna jsostnu li taf il-bidu taghha qabel sewwa din id-data.  Jekk inhu hekk, allura kienet fi fiz-zmien san Frangisk stess.  Fija statwa antika ta’ santa Margherita.  Nhar is-Sibt 20 ta’ Lulju, wara li saru tlett ijiem ta’ tridu saret il-Festa.  Jien mort hadt sehem fil-Quddiesa li mexxa il-Kustodju tas-Sarco Convento. Il-knisja u il-pjazzatta ta’ quddiemha kienu mahnuqin bin-nies. Wara saret purcissjoni mat-toroq ewlenin ta’ mad-dawra bl-inkwadru tal-qaddisa.  Jien ma` qghadtx ghal purcissjoni.  Kienet festa semplici, minghajr sparar, baned u daqq.  Mal-hitan u fuqhom kien hemm ghadd ta’ fjakkli mixghula… kif spicca kollox sar riceviment semplici.  F’Malta jew ahjar il-Parrocca ta’ Sannat, Ghawdex hija ddedikata lil Santa Margherita vergni u martri.  Bla dubbju il-parruccani ta’ Sannat jiccelebraw il-festa b’aktar pompa u aktar bil-kbir milli jaghmlu hawn. 

 

Niskopri l-Amerika

Fost idjomi maltin insibu: “sab l-Amerka”. Nghidu hekk normalment meta wiehed jkun sab xi haga ta’ gligh kbir ta’ flus u ghal qalbu.  Wara il-Gwerra il-Kbira ghadd ta’ nies marru l-Amerka u sabu xoghol malajr b’pagi tajba.  F’sens ironiku nuzaw l-idjoma meta jkun deherlu li ghamel xi haga rari – “sab l-Amerka hej!”.  Imma nafu l-isajba ta’ l-Amerka hija marbuta ma Kristofru Kolombu (ara r-ritratt).  Nafu li nhar t-3 ta’ Awissu, 1292 Kolombu salpa mill-port ta’ Palos de la Frontiera fi Spanja bi tlett igfna zghar, Pinta, Nina u Santa Maria (ara r-ritratt) fi triqtu lejn ilvant.  Imma spicca biex minflok skopra l-Amerka.  Issa jmiss lili li niskopri l-Amerka. F’Novembru li ghadda ftit wara li wasalt f’Assisi iltaqjt ma’ kopja waqt li kont qed naghti ntroduzzjoni artika-spiritwali tal-Baslika, wara li telaq il-grupp din il-kopja baqghet hemm u riedu jitkellmu mieghi. Kellma ggib il-ohra sirt naf li dawn imexxu klinika specializzata ghal dawk li jbaghat bil-qalb, bil-pressjoni, bid-dijabete.  X’hin saru jafu li jien qieghed fil-klabb tad-Djabetici, stednuni biex immur naghmel kura fil-klinika taghhom.  Jien biex inkun onest ftit tajt kaz.  Huwa normali li meta tiltaqa ma’ xi hadd ikun jixtieqek tmur izzuru.  Kieku kelli mmur ghand kull minn qalli biex imur inzuru kieku  ghandni s’issa ndur u naghqad qiesni cippitodu u bhal dubbju kont inkun stordut bid-dawrien!   Imma wara li telqghu lura ktibuli ittra fejn baghatuli stedina formali biex immur naghmel din il-kura.  Insomma biex naqta` fil-qasir is-superjuri kemm hawn u kemm Malta tawni l-barka taghhom biex immur.  Bla hsieb il-Mulej fetali it-triq lejn l-Amerka. Kolombu  salpa bil-gifen fit-3 ta’  Awissu u jien ser ntir bl-ajruplan fl-1 ta’ Awissu.  Fl-ewwel granet sa l-10 ta’ Awissu ser inzur Familja ohra li ltqajt maghha hawn Assisi.  Fil-fatt ghandhom jigu ghalija l-airport ta’ Washington.  Talbuni naghmel xi konferenzi lil membri tat-Terz Ordni Frangiskan u nqaddes xi quddies ghall-qruppi.  Imbaghad ser iwassluni huma Durham fl-istat ta’ North Carolina biex nibda il-kura li ser iddum erba` gimghat sas-6 ta’ Settembru.  Ma nafx ezatt ser insib u f’hiex tikkonsisti din il-kura.  Min jixtieq aktar informazzjoni jista` zjur il-web site www.ricedietprogram.com.  Kif nispicca il-program qabel nirritorna Assisi ghandi nieqaf ftit jiem New York.  Ser inkun hemm fl-okkazjoni ta’ l-ewwel anniversarju ta’ l-attakk tal-11 ta’ Settembru tas-sena l-ohra.  Ser niskopri l-Amerika bla hsieb.  Ta` bla hsieb jirnexxi – tafu ghalfejn jirnexxi hux?  Ghax ikun haseb  fih XI HADD minn hemm Fuq – li l-hsibijiet u l-pjanijiet tieghU huma l-ahjar ghalina.

 

Kuntatti 

Dawk li jkunu jixtiequ jzommu kuntatt mieghi merhba bihom!  Jistghu ikomplu juzaw l-e-mail tieghi.  Nipprova nkun fidil kemm nista` u fic-cirkustanzi nipprova nwiegeb – kif dejjem ghamilt, lil dawk kollha li jiktbuli.  Dawk li jixtieq jiktbu bejn l-10 ta’ Awissu u s-6 ta’ settembru ser inkun f’dan l-indirizz:  Rice Diet Program, 1644 Cole Mill Road, Durham NC. 27705 – USA  tel: 001 – 919.383.7276.

 

Jekk ma jkollix okkazjoni nikkomunika ma dawk li ghandi isimhom fuq il-lista ta’ talb speciali ghax-xahar ta’ Awissu u Sttembru serrhu mohhkom li ser jkolli l-lista mieghi u nweghedtkom li nitlob ghalikom zgur. Inselli u nitlob minn issa ghalikom ilkoll.  Inselli u nitlob wkoll ghall-familjari, il-patrijiet, il-benefatturi u l-hbieb gheziez tieghi kollha.  Il-Mulej jaghtikom is-SLIEM u jalla jmexxi l-passi taghkom fejn issibu zmien ta’ ghal ftit mistrieh.

◄◄|werrej|►►

 

 

Fit-3 ta’ Lulju puntwalment tasal il-Festa ta’

l-Apostlu

San Tumas. 

Lejliet sejjahli

l-Kustodju

u qalli biex

l-ghada mmexxi

l-quddiesa ta’

San Tumas

jien u biex naghmel

una bella predica”

Hadt

l-okkazjoni biex nipprova nrewwah u ncensa

kemm niflah lil qaddisi! Minnu irrid! Allura pprovajt niddefendih kemm nista' waqt

il-priedka. 

 

Miskin Tumas wehhel

Bit-tikketta:

“L-appostlu l

i ma jemminx!”. 

 

San Gwanni, waqt li jimrah

‘l fuq

bhall-Ajkla,

ma tantx jixxahhah biex ipoggi

lil Tumas

fid-dawl

tad-dubbju u nuqqas ta’ fidi. 

 

San Mark,

bhall-iljun,

 li dejjem

igibu hdejh, donnhu huwa b’saqajh ma’

l-art. 

Marku juri

bic-car li mhux Tumas

biss kien li ma emminx, izda

l-hdax li huma

li ma emmnux. 

Fit-tmiem

tal-Vangelu tieghu

San Mark igib tlett testi wiehed wara l-iehor fejn juri li l-11

ma emmnux.  Jghid li Gesu` deher lil Marija Madelena, “din marret thabbar kollox lil hdax u ma emmnuhiex” (Mk 16:9-11).

 

“Wara dan wera ruhi lil tnejn ohra

fit-triq, dawn regghu lura

u taw l-ahbar

lill-hdax, imma lanqas lilo dawn ma emmnu” (Mk16:12-13).

 

“Fl-ahhar Gesu wera` ruhu lill-Hdax u canfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa

li ma emmnux

(Mk 16:14). 

 

 Huwa car mela

li mhux Tumas biss ma emminx!  Izda

l-Hdax li huma kienu nieqsa

mill-fid. 

Tumas wehel

bil-lot kollu. 

 

San Girgor il-Kbir

qal wahda sewwa: 

“Il-nuqqas ta’ fidi ta’ Tumas ghal fidi taghna swiet aktar mill-fidi ta’ dawk li hasbu li jemmnu!”

 

Ipprovajt naghmilha ta`

l-Avukat Difensur

bit-tama li meta tigi d-daqqa tieghi ddefendi lili hu.

 

Matul il-gurnata kelli diversi telefonati

u messaggi

bl-e-mail biex jixtiequli

il-festa it-tajba

u biex jghiduli li talbu ghalija. Merhba bihom,

bix-xewqat

u l-aktar

bit-talb.

Il-membri

tal-komunita` kollha wassluli

ix-xewqat taghhom

ghall-okkazjoni. 

Il-Kustodju flimkien ma’

l-ekonomu,

ha hsieb l

i jithejja pranzu bil-kif – dehen

ta’ Apostlu Kbir!  Bdejna

bl-antipast

tas-salamun, komplejna

bl-gnocchi

u bhala main course

kellna roast beef

u fenek

bil-contorni,

l-haxix,

u l-insalata. 

Ma naqasux

il-gelat, l-helu

u l-frott.

Wara kollox kien hemm il-café u

l-limoncello

Hadd ma baqa` lura! 

Kulhadd kiel

u laqqat il-platt! 

 

Kollox ghad-unur ta’ san Tumas.