il-pont - no 49 Assisi - Italja |
|
|
Lulju 2002 no 49 “mea culpa!”
Ghaddiet wkoll din l-edizzjoni tal-World Cup. Il-Brazil Champions tad-Dinja ghall-hames darba Ghalija kienet l-ghaxar edizzjoni tal-World Cup li segwejt mill-qrib u b’certu entuzjazmu… u bla dubbju b’ghadd ta disappunti! Ghalinqas din id-darba stajt insegwi hafna mill-loghobiet mhux bhal erba` snin ilu meta kont ghadni fil-Filippini. Din id-darba stajt nikkonferma kemm il-loghob huwa lotterija. Franza, Portugal u l-Argentina, li kienu fost dawk imtektka li ser jirbhu it-Tazza, kienu fost l-ewwlenin li sarru l-bagalji u regghu lura d-dar. Warajhom kien imiss lit-Taljani biex jaqtghu l-biljett ta’ l-ajru u jergghu lura f’pajjizhom. Ftit jiem wara qabdu l-ajruplan lura lej arthom l-Ingliz u l-Ispanjoli. Dawn kollha kienu fost il-favoriti. Sa dan it-tant t-timijiet tal-Korea u tat-Turkija baqghu ghaddejjin ‘l quddiem minkejja li l-pronostiku kien xorta ohra. Fl-ahhar taqtigha bejn il-Germanja u l-Brazil, kienu proprju il-Players tal-Brazil ghollew u hadu maghhom lura it-Tazza. Viva il-Brazil!
Certa dawk il-Pajjizi li telqu lejn darhom qabel il-waqt ilkoll ippruvaw jaraw x’kienet ir-raguni li kellkom itemmu l-avventura tad-Tazza tad-Dinja daqshekk hesrem! Jien ma stajtx insegwi x’gara fi Franza, l-Portugal jew fl-Argentina. Stajt insegwi aktar mill-qrib dak li gara hawn fl-Italja. Dritt wara l-ahhar suffara tal-loghba bejn il-Korea u l-Italja – biex ma nghidx qabel wkoll – inholloq stat allarmanti ta’ paniku fosti t-Taljan. Segewjt ftit programmi fuq it-TV, smajt ohrajn fuq ir-radio u qrajt fuq il-gazzetti u stajt nikkonferma dan l-istat ta’ konfuzzjoni. Ma setghux jaqblu f’min ser jaqbdu jwahhlu jew ta’ min kienet il-htija li inqalghu.
Ippuntaw subajthom fuq l-assistenti tar-Referee tal-loghba kontra il-Kroazja li hassar zewg goals. Fethu il-kanuni kontra ir-referee ta’ kontra il-Korea. Qalu li kienu vittima ta’ komplott tal-FIFA. Wahhlu f’Trapattoni li laghab bi players li ma kienux f’sikkithom. Wahhlu f’Totti. Wahhlu fid-difiza li ma kienetx attenta bizzejjed. Wahhlu f’Carraro il-President tal-Federazzjoni tal-Football Taljan ghax kellu jkun fil-Gappun qabel. Fil-konfuzzjoni issemma` l-Ilma Imbierek ta’ soru Romilde, oht Trapattoni, insemma li l-Players ma kantawx l-Innu Nazzjonali… Insomma wahhal f’dak wahhal fl-iehor u d-diskors ghadu sejjer issa li spiccaw il-laghob! Min hu il-veru hati ghadu ma stabx! Li ma qalux kien “mia culpa”!
Dan il-paniku u din il-konfuzzjoni ghaddew minnha Adam u Eva wkoll. Cert dawn mhux fit-Tazza tad-Dinja! Imma fil-bidu ta’ l-istorja tal-Bniedem fid-dinja. Wara li Adam u Eva dinbu u tilfu l-grazzja ta’ Alla qabadhom panic attack simili ghal dak li qabad lit-Taljan wara li tilfu il-loghba. Bdew iwahhlu x’xulxin. Adam ippunta subajh lejn Eva bhala il-htija: “mhux jien, imma l-mara li tajtni”. Eva minn naha taghha ppuntat lejn is-serp bhala il-hati: “mhux jien imma kien is-serp li ttantani”. Li ma qalux kemm Adam u kemm Eva kien “mia culpa” .
Kos kemm huwa difficili nammettu il-htija. Ahna wkoll hafna drabi meta nizbaljaw nippruvaw naraw lejn min ser nippuntaw subajna u f’min ser nwahhlu. Kemm huwa difficili biex nghidu tassew “mea culpa” Fil-Bidu tal-Quddiesa waqt il-Confiteor naghtuha ghal hala u nghidlu ghal darba, tnejn, tlieta: “mea culpa, mia culpa, mea maxima culpa”. Ghandi dubbju pero` kemm inkunu nafu x’ahna nghidu. Irridu tassew l-kuragg u doza qawwija ta’ umilta` biex nammettu li nkun zbaljajna. It-Taljani – u jien biex inkunu cari ilni nzomm maghhom ghal aktar minn erbghin sena – iridu jitghallmu jammettu telfa. U ahna ilkoll fil-mixja tal-fidi taghna wkoll iridu nitghallmu nammettu kull darba li nizbaljaw u naghrfu nghidu b’mod onest il-“mea culpa!”
Fr Thomas
Tazza tad-dinja Matul dawn l-ahhar gimghat li matulhom intlaghbu l-loghbiet tat-Tazza tad-Dinja hawn fis-Sacro Convento kien hawn interess kbir. Cert f’kull rokna tad-dinja waqt dawn il-loghob iqum interess aktar mis-soltu. Imqarr dawk li ma tantx jinteressahom il-football jiddakkru u jidhlu fl-interess. Is-sabih hawn fis-Sacro Convento, kien li nitlaqghu patrijiet minn diversi nahat tad-dinja. Allura l-interess kien aktar personalizzat. Ovvjament l-akbar numru huwa dak tat-Taljani. Fost dawn kien hawn l-akbar disappunt kbir. Kellna lil Pietro Taki - Gappuniz, lil Giorgio Pieta u Casimiro Wiesek - Pollakki, lil-postulanti - Cinizi, u lil Danilo Holc - Sloven li l-entuzjazmu taghhom waqaf wara l-ewwel round. Kellna lil Placid Koczorek u Robert - Amerikani li ghalihom sitta u sitta tnax. Ma tantx habblu rashom wisq lanqas li pajjizhom wasal sal-quarter final. Antonio Ruiz u Tomas Galvez – l-ispanjoli wara li hadu gost b’dak li gralhom it-Taljani kontra il-Korea ghaddew mill-istess telfa huma wkoll u ghalqu halqhom malajr. Min jixtieq id-deni lil garu jigi f’daru. Il-Korean Lim Dong Bin kien fis-seba` sema u qala` applaws kbir fir-refettorju wara r-rehba fuq l-Italja. Jien barra li kont qed inzomm mat-Taljani – u ddizappuntajt ruhi jiena wkoll - kont wkoll qed nissuportja lit-Turkija li waslu fit-tielet post. Cempuli mit-Turkija biex jghiduli li kien hemm festi kbar f’Taksim il-pjazza principali ta’ Istanbul. Kellna wkoll lil Gherard Ruf u Franz Endres - Germanizi u lil Decio Pires – Braziljan, li pajjizhom wasal sal-final. L-interess kien kbir fost kulhadd. Kulhadd ghajnejh fuq il-ballun tond! Fost dawn kollha l-aktar ferhan u kuntent bla dubbju kien Decio – il-Braziljan tal-komunita`
Mejda tal-qubbajd Fi spazju ta’ sitt’ijiem kont imsejjah biex inbierek tlett zwigijiet. Tnejn hawn f’Assisi u iehor f’Partinico qrib Palermo fi Sqallija. Li kont Malta zgur kienu jghiduli li sirt qiesni mejda tal-qubbajd. Hawn hekk! Filli tkun sajjem u filli ssib ruhek b’ghadd ta’ ikel x’tghomod fuq il-platt. Niftiehmu, huwa pjacir tieghi li nxammar u nintefa` ghax-xoghol bhal dan. Anzi nixtieq li jkolli aktar okkazjonijiet bhal dawn biex nifrah u nferrah l-gharajjes.
James u Kirstie L-ewwel koppja li zewwigt kienu Inglizi. Hu James Pace – kattoliku u hija Kirstie MacKenzie - anglicana. Ovvjament qabel waslu Assisi hadu hsieb jaghmlu d-dokumenti mehtiega kollha. Fosthom id-dispensa ta’ Kirstie biex tkun tista` tizzewweg fil-Knisja Kattolika. Malli wasslu kelli zewg laqghat maghhom. Wahda biex rajna t-testi tar-rit u l-qari u t-talb l-iehor. Il-laqgha l-ohra kienet pjuttost prova generali tac-cerimonja fil-Knisja ta’ San Stiefnu, fejn saru t-tieg. Il-Knisja ta’ San Stiefnu hija wahda mill-knisja ckejkna li hawn f’Assisi minbija fis-seklu XII (ara ir-ritratt). Hija knisja l-gmiel taghha, zghira li tigbrok, b’navata wahda u b’apside semi-tond fuq wara, ezempju ta l-arkitettura sagra ta’ zmien san Frangisk. Hija bla dubbju Knisja idejali biex isiru celebrazzjonijiet taz-zwieg fiha. Dan iz-zwieg sar il-Hadd 16 ta’ Gunju fl-4.00 pm. Fl-istess jum, filghodu li l-Papa f’Ruma ddikkjara lil Padre Pio bhala Qaddis, u jien wara nofs in-nhar jien ddekkjarajt li James u Kirstie bhala: “Husband and Wife”.
Tony u Lindsey Tlett ’ijiem biss wara berikt l-ghaqda bejn zewg qlub ohra. Din id-darba bejn Tony Piqou u Lindsey Jones, it-tnejn minn New Zealand. Ma dawn kelli bicca xoghol biex incempel u nibghat faxes New Zealand minhabba li ridna xi dokumenti malajr biex stejna niccelbraw iz-Zwieg. Id-Dokumenti kollha kienu f’idejna fil-hin. Iz-zwieg sar fil-Kappella tar-Relikwi fil-Basilika Nferjuri. Konna hames persuni b’kollox: L-gharajjes, iz-zewg chieda u jien. Wara il-quddiesa morna hadna drink fil-Bar ta’ quddiem il-basilika u banda bid-daqq! Kien l-aktar tieg semplici li qatt hadt sehem fih! Fl-istess waqt li it-tieg bl-isbah crieket li qatt berikt kemm tieghu u kemm taghha. Nifhem li l-flus li ffrankaw fuq il-hafna xejxi nefquhom fic-ckieket.
Kappella tar-Relikwi Din il-kappella, li tidhol ghalija mit-transett tal-genb tal-Basilica Inferiore, hija kamra mill-isbah li tigbor fiha whud mir-Relikwi ta’ san Frangisk. Originarjament il-kappella kienet isservi bhala sala tal-kapitlu tal-patrijiet li ghexu hawn sa mill-1228. Il-bini huwa ta’ stil Romanesk u haddan whud mill-elementi antiki ta’ l-arti frangiskana. Fin-nofs issib Kolonna li minnha hergin erba` arkati forma ta’ frieghi tal-palm li jaqsmu il-kamra f’erba`. Din hija simbolu tas-Sigra tal-hajja (ara ir-ritratt) Is-Sigra tal-Hajja ghandha post importanti fl-ispiritwalita` frangiskana, z-zokk tas-sigra huwa Kristu – “il-Kelma ta’ Alla”, li minnha thaddar il-hajja frangiskana. F’wahda mill-hnejjiet hemm afresk li jmur lura ghall 1300 xoghol ta’ artist lokali Puccio Capanna. Fic-centru hemm Kristu msallab u bil-figuri tal-Madonna, San Gwann, San Pietru u San Pawl, Sant’Antnin u l-Isqof San Luigi bil-wieqfa fil-genb tas-salib u b’San Frangisk u Santa Klara gharubbtejhom taht is-salib. Interessanti f’dan l-afresk huwa il-fatt li Kristu msallab m’ghandux pjagi la f’idejH u lanqas f’saqajH, imma huwa San Frangisk li qed igorr il-pjagi ta’ Kristu – il-pjagi li Frangisku riceva kif nafu fuq l-Gholja ta’ La Verna sentejn qabel miet. F’din il-kappella hemm ghal wiri ghadd ta’ relikwi ta’ san frangisk fosthom: it-tonka, il-Barka bil-kitba u bil-firma tal-qaddis li San Frangisk ta lil Fra Ljun; hemm wkoll ir-Regola bullata li Papa Onorju III ta lil San frangisk nhar 29 ta’ Novembre 1223 u ghadd ta’ relikwi ohra.
Daniele u Samuela Tlett’ijiem ohra wara t-tieni zwieg li ccelebrajt, is-Sibt 22 ta’ Gunju berikt iz-Zwieg bejn Daniele Di Liberto u Samuela Soriano. Dan kien it-tielet Zwieg fi spazju ta’ sitt ijiem. Dan it-tieg kien ilu bbukkjat xi sentejn. Infatti kont ghadni t-Turkija meta Daniele kien cempilli biex jghidli biex imexxi jien il-Quddiesa tat-tieg. Iz-zmien itir u t-tieg wasal u zammejt il-kelma u mort. Dan ma sarx f’Assisi imma fis-Santwarju tal-Madonna Vergine Santissima del Romitello f’Borgetto qrib Palermo fi Sqallija. Biex mort kelli niehu t-tren minn Assisi sa Ruma, mbaghad l-ajruplan ghal Palermo. Lil Daniele sirt nafu xi sittax-il sena ilu meta kont mort Partenico l-ewwel darba mal grupp ta’ l-ICPE (International Catholic Programm for Evangelization). Dak iz-zmien kellu biss ghaxar snin. Issa ghandu sitta u ghoxrin sena. Ma Daniele u Samuela kelli laqgha flimkien fis-santwarju, imbaghad kelli laqgha ohra maghhom separatament u ccelebrajna s-sagrament tal-Qrar. Il-Quddiesa taZ-Zwieg kienet sabiha u partecipata hafna – ghalinqas hekk qaluli n-nies wara il-quddiesa u waqt l-ikla saret wara. Din l-ikla tat-tieg donnha ma riedet tispicca qatt! Tafux x’hin wasalna lura d-dar? Fit-tlieta ta’ filghodu. Il-Koppja tal-mizzewwgin friski ghal Honeymoon gew Malta.
Isibulek x’taghmel Kull darba li mort f’Partinico fi Sqallija qatt ma hallewni b’idi fuq zaqqi. Dejjem isibuli x’naghmel. U hafna wkoll! Kont bil-kemm ghandi nasal li ma hadunix biex nippriedka waqt l-laqgha ta’ talb f’Montelepre. L-ghada talbuni biex naghti riflessioni u ftit direzzjoni lil grupp pastorali ta’ l-istess grupp ta’ talb. Talubni wkoll naghmel penitenziali u spiccajt inqarar li dwak kollha li kienu presenti. Domina sejrin ma stajna nispiccaw qatt. L-ghada tat-tieg, jew ahjar ftit sieghat wara li spiccat il-festa tat-tieg, kelli mmexxi quddiesa bi priedka kemm xejn twila waqt Jum ta’ Tigdid li organizzaw meta saru jafu li kelli mmur jien. It-tieg spicca fit-3.00am u fid-9.00am kont diga` bl-ilbies tal-quddiesa fuqi. Imn’alla l-Mulej kien mieghi biex jaghtini l-kliem u l-forza. Il-Hadd wara nofs in-nhar suppost li kelli il-hsieb li nistrieh ftit u ergajt inqbadt bil-qrar. It-Tnejn qabel tlaqt talbuni nqaddes u nippriedka ghandi s-sorijiet ta’ Balestrate u nbierek xi djar. Sa l-ahhar bqajt ghaddej! Fl-ahhar bqadt l-ajruplan ghar-Ruma – siegha kollox! Minn Ruma tlaqt fl-4.00 ta’ wara nofs in-nhar u l-kunvent wasalt fid-9.10 ta’ filghaxija. L-Ghada bil-kemm flaht inqum bl-ghajja li kelli. Wiehed mill-Patrijiet qalli “Come e` andata ‘la gita’ in Palermo?”. Wiegibtu “Molto bene!”. Mur ghidlu x’”gita” kienet!
Ghadd ta’ Korijiet Il-muzika u l-kant hawn fil_Basilka taghna f’Assisi ma jonqsu qatt. Matul ix-xahar ta’ Gunju kellna diversi kuncerti u ghadd ta’ korijiet, li gew minn diversi partijiet ta’ l-Italja u barra l-Italja biex ikantaw waqt il-funzjonijiet liturgici. Bdew proprju waqt il-Quddiesa li kien imiss li nqaddes fis-6.00pm is-Sibt l-1 ta’ Gunju. Il-Kant kien aminat mill-Kor “Cantate Domino” minn Vercelli. Inhallikom timmaginaw x’kant sabih! Dak in-nhar fit-tard sar Kuncert mill-istudenti ta’ l-Iskola Media T. Tasso minn Salerno. Fost il-korijiet li animaw il-liturgija kellna – biex insemmi ftit – lil Kor “Insieme per cantare” minn Ruma; Il-Corale “Sicut Cervus” minn Ferrara; u korijiet ohra minn Verona, Cremona, Bergamo u Catania. Gew ukoll “The Northern Kentuckey Community Choir” mill-Amerika; l-“Augustana College Choir” mill-Isvezja, lil “Cliffton Cathedral Choir” mill-Ingilterra li hadu sehem u animaw il-kant waqt il-Quddies. Il-“Cliffton Cathedral Choir” ta` wkoll zewg kuncerti fil-Basilka Superjuri. Min ikanta – jghid Santu Wistin – ikun jitlob darbtejn! … u bla dubbju jkun qed isabbah il-litugija.
Musical Barra dawn il-korijiet u kuncerti kellna wkoll musical. Nhar il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl fil-pjazza ta’ quddiem is-Sacro convento sar il musical “Forza venite Gente”. Kienet rappresentazzjoni dwar il-hajja ta’ san Frangisk bil-muzika, kant u zfin stella` miz-zghazagh ta’ l-Oratorio di Lomazzo minn Como fl-Italja ta’ fuq. Kienet rappresentazzjoni helwa u piacevoli. Haga li laqtitni, u cert li laqtet li dawk kollha li raw dan l-ispettaklu, kien il-fatt li l-parti ta’ san Frangisk kienet interpretata minn zaghzugh nieqes mid-dawl. Minkejja id-dizabilta` tieghu interpreta il-parti flimkien mal-kant b’mod impekkabbli. Il-produzzjoni kienet maghmula b’mod li l-atturi l-ohra jassistu u jigwidaw lil dan l-attur b’mod li kollox sar b’mod l-aktar naturali. Waqt li kont qed insegwi din il-produzzjoni kontinwament tani li nfahhar ‘l Alla.
Festi ohraMatul ix-xahar ta’ Gunju l-festi ma naqsux! Fit-2 ta’ Gunju ccelebrajna il-festa ta’ Corpus Christi. Wara nofs in-Nhar saret quddiesa solenni fil-Katidral ta’ san Ruffino u wara saret purcissjoni mat-toorq ta’ Assisi li ntemmet bil-Barka Sacramentali fil-Basilka Superjuri ta’ San Frangisk. Jien ma stajtx niehu sehem ghax dak il-hin kien imissni il-Qrar. Ma setghax jonqos, iccelebrajna wkoll il-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova fit-tlettax tax-xahar u dik ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawlu fid-29 tax-xahar. F’din ta’ l-ahhar fil-5.00pm kellna Ordinazzjoni Djakonali fil-Basilka Superjuri ta’ tlett frangiskani zghazagh; wiehed mill-provincja Rumena, iehor mill-Abruzzo u l-iehor mill-Puglia. Jien mill-gdid ma stajtx niehu sehem minhabba li fl-4.30pm kelli il-Qrar u fis-6.00pm kelli l-Quddiesa tal-hin fil-Basilika Inferjuri. S’issa ghad m’ghandix id-don tal-bilokazzjoni! Imma kont prezenti ma dawn huti xorta fl-ispirtu. Kienet ghalija okkazjoni biex ingedded l-ispirtu ta’ djakonija, Nhar id-29 ta’ Gunju 1984 jiena wkoll kont ordnat Djaknu. Ghaddew 18-il sena qiesu il-bierah. Spiss nitlob lil Mulej biex igedded u jzomm haj fija l-ispirtu ta’ qadi.
Aktar Festi Hawn fis-Sacro Convento l-festi ma jonqsu qatt. U aktar mal-kunvent ikun kbir u aktar ma jkun hemm patrijiet aktar u aktar niccelebraw festi. Hekk ukoll meta kont qed naghmel in-novizzjat f’Padova fejn kien hemm madwar xi 60 patri fil-kunvent. Dan l-ahhar iccelebrajna l’ Onomastico – il-festa ta’ l-isem – ta’ diversi patrijiet: Antonio u Antonello, Ettore, Luigi, Lanfranco, Giambattista, Pietro u Paolo. Kull darba, m’hemmx ghalfejn inghid, ikollna xi haga tal-helu u xi haga tax-xorb speciali. Ajma zaqqi z-zokkor!! Hawn ma tantx jaghtu mportanza, kif naghmlu ahna, ghall-birthdays. Imma kellna eccezjoni nhar it-8 ta’ Gunju meta ccelebrajna bil-kbir gheluq snin Padre Giacomo Panozzo li ghalaq 90 sena. Ghadu Alla jbierku! Dan il-patri kien is-Surmast tan-Novizzjat ta’ ghadd ta’ patrijiet fosthom numru sabih ta’ patrijiet mill-provincja taghna Maltija.
Nieqaf hawn Din id-darba nieqaf hawn . Inkompli niftakar u nitlob ghalikom ilkoll fuq il-Qabar ta’ San Frangisk biex il-Mulej ikompli jaghti lil kull wiehed u wahda minna l-armonija u s-serenita` tal-qalb. Sahha, barka u Sliem. |
|
Ghaddiet wkoll din l-edizzjoni tal-World Cup.
Il-Brazil Champions tad-Dinja ghall-hames darba Ghalija kienet l-ghaxar edizzjoni tal-World Cup li segwejt mill-qrib u b’certu entuzjazmu… u bla dubbju b’ghadd ta' disappunti!
Ghalinqas din id-darba stajt insegwi hafna mill-loghobiet mhux bhal erba` snin ilu meta kont ghadni fil-Filippini. Din id-darba stajt nikkonferma kemm il-loghob huwa lotterija.
|