il-pont - no 48 Assisi - Italja |
|
|
Gunju 2002 no 48 “Buon Ballo!”
Aktar mhu qed jghaddi zmien aktar qed nikkonvici ruhi minn dak li skoprejt. U dak li skoprejt qed inhoss li ma nistax izommu ghalija. Irrid naqsmu ma’ l-ohrajn. Naqsmu ma’ kull minn nitlaqa` jew ikolli kuntatt mieghu bil-fomm, bil-kitba jew permezz tal-posta elettronika. Diga` kont qsamt xi haga dwar din il-haga f’ il-pont ta’ Marzu li ghadd. Dak in-nhar kont tkellimt dwar il-muzika differenti li il-Mulej daqqli f’dawn l-ahhar snin. Il-Muzika ta’ dan l-ahhar, kif ghedt, hija aktar kalma – aktar Adagio. Kont ghedt ukoll: “Aktar ma jghaddi zmien aktar qed nintebah kemm il-Mulej jaf jaghzel il-muzika addatta ghal kull wiehed minnha”. Iva, din hija l-iskoperta!
Mill-esperjenza tieghi personali u dik pastorali qed nintebah kemm tassew il-Mulej huwa Disk Jockey mill-aqwa. Anzi huwa l-aqwa DJ! Mhawnx iehor bhalu jew ihabbata mieghu. Kull jum idoqq diska ghal kull wiehed u wahda minna. Hija muzika personalizzata. Tieghi mhux bhal tieghek, u tieghek mhux bhal ta’ l-ohrajn. Kull ma jkun irid minnha huwa li matul il-gurnata nizfnu skond dik il-muzika. Qed ninduna li aktar ma l-passi u l-movimenti li naghmel jkunu f’sintonija mal-muzika aktar inhoss paci u armonija fil-hajja tieghi. Certament huwa jaghtini l-grazzja tieghu biex nizfen u naghmel il-passi tajjeb. Wara kollox dak li ghamel San Frangisk kien proprju li sema` l-muzika li daqqlu l-Mulej u m’ghamilx haga ohra hlief li zifen dik il-Muzika. Marija wkoll fil-hajja taghna zifnet skond il-muzika tal-Mulej: Meta qalet “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej ha jsir minni skond kelmtek!” kien mod iehor biex tghid “Hawn jien il-ballerina tal-Mulej. Ha nizfen skond il-muzika tieghek!!”. U Marija zifnet kemm il-muzika ta’ ferh u kemm ta’ niket… Qatt ma tfixklet il-pass jew tilfet is-sintonija. Ahna msejhin biex nizfnu wkoll. Il-gwaj jkun meta nizfnu muzika differenti. Jekk il-Mulej idoqq it-Tango u jien nizfen ir-rock ‘n’ roll. Hemm ikun l-izball u n-nuqqas ta’ armonija, u nuqaasa ta’ paci u serenita`. Allura qed nipprova nizfen attent u bil-qalb. Skoprejt ukoll l-importanza li nghamel il-wisa` u nhalli lil haddiehor jizfen il-muzika tieghu. Jekk nistenna jew nippretedi lil haddiehor jizfen il-muzika tieghi aktar iva milli le niddissapunta ruhi. Allura, le… kulhadd jizfen il-muzika tieghu.
Qed ninduna li aktar ma qed naqsam din il-haga ma’ l-ohrajn aktar qed ikun hawn ballerini. Wara li naghti l-assuluzzjoni u wara naghmel ezortazzjoni ckejkna waqt il-qrara, nawgura u nghid lil persona li tkun giet: “Buon Ballo!"
Nixtieq li intom wkoll tizfnu f’sintonija mal-Muzika li l-Mulej idoqqilkom kuljum. Nawgura lilkom ukoll mill-qalb: “Buon Ballo!” Il-Paci maghkom.
Fr Thomas
San Miniato Dan l-ahhar f’il-pont ktibt li “ma tantx nohrog wisq minn Assisi”. Ghedt ukoll li “gieli jghaddu gimghat shah li ma niccaqlaqx” …u li “meta tigi l-okkazjoni nipprova ma nitlifhix”. U hekk kien! Dan l-ahhar gie jzurni Fr Joe Cilia mill-Indja. Kont jien stess li offrejtlu li nwasslu San Miniato biex jiltaqa` ma’ P. Gaetano Barile – wiehed mill-benefatturi tal-missjoni taghna fl-Indja. Qabel ma’ offrejtlu ma haristx lejn il-mappa. Kien minghalija li San Miniato huwa qrib Arezzo. Imma wara li ftaht halqi u weghedt lil Fr Joe li niehdu skoprejt li San Miniato huwa aktar ‘l boghod milli hsibt jien. Ilhaqt tajt il-kelma u ma hassejtx li kelli rega` lura minnha! Padre Vincenzo Coli, l-Kustodju taghna, li huwa mit-Toscana spjegali kif nasal u fejn ghandi nohrog mill-autostada. U tlaqna. Hsibt li ser intawwlu biex naslu, izda f’saghtejn u nofs konna hemm. Wasalna ezatt ghall-ikel. Wara l-ikel morna Pistoia ma’ Padre Barile nzuru lil Patrijiet taghna u xi Benefattori ohra tal-Missjoni.
F’San Miniato l-patrijiet taghna ilhom minn zmien San Frangisk ezattament fl-1211. Wara li Frangisku gie ddikkjat qaddis fis-16 ta’ Lulju 1228 il-Comune ghazel lil dan il-Qaddis gdid bhala Patrun tal-belt flimkien mal-Martri San Miniato. U f’qasir zmien giet mibnija knisja l-gmiel taghha dedkata lil San Frangisk, li ghadha hemm sallum flimkien mal-Kunvent fejn jghixu il-Patrijiet Frangiskani Konventwali. Parti mill-kunvent illum qed jintuza bhala dar ta’ l-irtir.
Kilna l-kirxa flimkien Mill-kamra li tawna kellna veduta mill-isbah bl-ghelieqi mlibbsa bl-ahdar. L-ghada filghodu wara li qaddisna l-Quddiesa hadna xi haga u qbadna t-triq lura. Ahna u nizlin ghaddejna Siena biex insellmu lil hbieb tieghi l-Avukat Piergiorio Viviani u l-mara tieghu Cristina u l-familja. Waqafna ghandhom ghall-ikel u kilna il-kirxa flimkien. Iva, dak in-nhar ippreparaw it-trippa bil-hwawar li jafu jhawwru s-Sienesi. Hadna xi haga irqieqa biex inizzel l-ikel, hadna ftit café taljan u ghamilna bhal Ghawdix - kif nghidu bil-Malti - u tlaqna l barra malajr. Qbadna t-triq lejn Assisi.
Miraklu Ewkaristiku iehor Qabel ma mort ghand l-Avukat Viviani jien u Fr Joe ghaddejna fil-Kunvent tal-Patrijiet taghna f’Siena. Ahna dak li ghandna tajjeb, li kullimkien insibu fejn indeffsu rasna! Wara li tkellimna ftit mal-patrijiet morna fil-Knisja ta’ san Frangisk. Hawn iltqajt ma Padre Paolo Primavera, li konna flimkien ghal ftit fil-Filippini. F’din il-knisja hemm meqjum Miraklu Ewkaristiku iehor. Il-fatt gara nhar l-14 ta’ Awissu 1730 meta dahlu xi hallelin, fethu it-tabernaklu u serqu l-pissidi bl-Ostji kkonsagrati ta’ go fih. Il-patrijiet taghna ndunaw b’dak li gara l-ghada fil-festa ta’ l-Assunta. Dak in-nhar filghodu xi hadd sab l-ghatu tal-pissidi mormi fit-triq. Mal-belt ta’ Siena qam ghagha kbir! U mill-ewwel beda talb ta’ riparazzjoni ghal dan is-sagrilegg kbir. B’xorti tajba ma ghaddewx wisq jiem li l-partikoli ma stabux. Fis-17 ta’ Awissu, wiehed mill-kjerci waqt li kien gharkubbtejh fuq wiehed mill-ginokkjaturi fil-knisja ta’ Santa Marija fi Provengano lemah xi haga bajda fit-toqba tal-kaxxa ta’ l-offerti. Meta fethu din il-kaxxa sabu numru kbir ta’ Ostji, li meta gew inqabbla sabu li kienu l-istess bhal dawk li kienu nsterqu mill-Knisja ta’ San Frangisk. Kien hemm b’kollox 348 ostja u xi bicciet zghar. L-ghada saret puricissjoni li fiha ha sehem il-poplu kollu tal-Belt biex ipoggu l-Ostji lura fil-Knisja ta’ San Frangisk. Il-Miraklu ta’ dawn l-Ostji huwa fil-fatt li dawn ma gew qatt deterjorati, imma baqghu friski u jfuhu daqslikieku kienu ghadhom kemm ghamluhom. Saru diversi studi xjentifici matul iz-zmiem ta’ aktar minn 270 sena u l-Ostji ghandhom shah u friski sallum. Illum dan il-Partikoli merakoluzi huma f’ostensorju (ara r-ritratt) u ghadhom sallum meqjum fil-kappella tas-Sagrament fil-knisja ta’ san Frangisk fi Siena. Niftakar li qabel ma kont mort l-ewwel fil-Missjoni fl-1995 kelli x-xorti li nqaddes il-quddiesa fil-kappella u wara il-Quddiesa tajt il-barka Sagramenatli b’dawn l-Ostji Mirakoluzi.
Ix-Xita tirbah lix-Xemx Hawn f’Assisi jkun hawn movement shih. Daqqa haga daqqa ohra. Fil-Festa tal-Kalendimaggio, li semmejt l-ahhar darba, l-arlogg fil-belt ta’ Assisi rega` lura b’madwar tmien mitt sena ghaz-zmien ta’ san Frangisk. Fil-belt ma kontx tara xejn ghajr nies bil-kustomi tal-Medju Evu jisfilaw mat-toroq tan-naha ta’ fuq u ta’ isfel tal-belt. Kienet xi haga tassew sabiha! Hasra, izda, li x-xemx u x-xita bdew jikkompetu bejniethom. F’xi waqtiet – almenu meta kont mistieden biex nara l-isfilata minn fuq it-tribuna fil-pjazza tal-belt – rebhet ix-xita, ghax sfrattat il-festa kollha! U hadt tixriba nobis! Minn zmien ghall-iehor ikollna bzonn hasla!
Mixja tal-Paci Fit-12 ta’ Mejju saret il-Mixja tal-Paci minn Perugina ghal Assisi. Il-mixja waslet Assisi ghal habta tat-tlieta ta’ wara nofs in-nhar. Din id-darba kienet ix-Xemx li harget rebbieha titbissem f’sema kahlani sabih. Assisi regghet mill-gdid mtliet bl-ilwien kollha tal-qawsalla tal-bnadar ta’ dawk li hadu sehem fil-Mixja ghall-Paci bejn l-Izrael u l-Palestina. Il-Mixja lahqet mument sabih meta saret cerimonja sinifikativa fuq it-terrazza tas-Sacro Convento. Saru diskorsi mill-Kustodju u mill-Isqof ta’ Assisi, li qara wkoll it-telegramma tal-Papa bil-messagg ghall-okkazjoni. Wara tfajla mill-Palestina u gunvi minn Izrael hadu b’id xulxin, taw lampa tal-Paci – bhal dawk ta’ l- 24 ta’ Jannar – u ghanqu lil xulxin quddiem il-folla li kienet migbura. Dak il-mument jien kont hemm fuq it-terrazzin, ghax sejhuli biex naghmel traduzzjoni mit-taljan ghall-Ingliz. Ma stajtx ninheba mill-cameras tat-TV. Fil-fatt dak in-nhar stess filghaxija dehert fl-ahbarijiet li gew trasmessi fuq l-istazzjonijiet kollha. Kitbuli u cempuli minn Malta, mill-Italja u mit-Turkija biex jghidu li hadu gost li nawni fuq l-ahbarijiet. Ma dawk il-kuluri kollha tal-gurnata kien hemm ukoll il-griz tat-tonka tieghi.
Irjus kbar Hawn fis-Sacro Convento il-patrijiet gejjin u sejrin. Kuljum tara xi ucuh godda. Generalment ikunu jew patrijiet Taljani li jkunu ghaddejjin min hawn u jiefqu ghall-ikel. Inkella jkunu patrijiet minn diversi nhawi tad-dinja li jigu zuru l-Qabar ta’ san Frangisk u jitlobu ghal huthom il-patrijiet u l-gheziez taghhom f’pajjizhom. Merhba b’kull min jigi! Barra il-patrijiet mis-Sacro Convento minn zmien ghall-iehor jghaddu ghadd ta’ irjus kbar. Insemmi biss xi whud: Kellna maghna lil politici: Francesco Rutelli u Massimo D’Alema. Gie jiekol maghna l-President il-gdid tar-RAI Antonio Baldassarre. Xi ftit tal-jiem qabel gie Bruno Vespa, li jmexxi il-programm “Porta a Porta” fuq it-TV. Il-patrijiet hallihom jikkumentaw. Kien hemm min qal li gie biex jibda programm iehor bl-isem “Convento a Convento”. Gew wkoll ghadd ta’ Kardinali u isqfijiet. Fost dawn ta’ l-ahhar l-isqof Frangiskan Konventwal Gappuniz Mons Berardo Oshikawa. Hawn f’Assisi hawn wisa` ghal kulhadd. Tkunu hawn ejjew oghqodu intom ukoll. Merhba bikom wkoll.
Irtir mhux tas-soltu Frank u Pauline; Philip u Sylvia; Twanny u Mary; Mario u Mary u John u Martha huma hbieb godda tieghi. Dawn il-hames koppji riedu jaghmlu esperjenza aktar mill-qrib ta’ Frangisku ta’ Assisi. Hadu tmient’ijiet leave u flok marru jghamulha ta’ turisti gew Assisi biex jaghmlu gimgha irtir. Malli waslu Ruma krew zewg karrozzi u gew ghand is-Sorijiet, hawn ezatt faccata tal-Basilika. Konna diga` miftehim minn qabel li jien kelli nitlaqa` maghhom darba kuljum biex naghtihom riflessjoni ckejkna fuq l-ispiritwalita` frangiskana u nqaddsilhom il-Quddiesa. Tnejn minn dawn il-Quddies iccelebrajnihom fuq il-Qabar ta’ San Frangisk bil-qari, t-talb u l-kant kollu bil-malti. Wara li kont nispicca minn maghhom kienu jaqbdu r-rotta u jmorru zguru u jitolbu fid-diversi Santwarji Frangiskani f’Assisi u barra minn Assisi bhala La Verna u Gubbio. Darba minnhom mort maghhom jien wkoll. Iccelebrajna quddiesa helwa hafna fi Greccio – fejn San Frangisk ic-celebra l-lejl tal-Milied fl-1223. Minn hemm morna FonteColombo – fejn San Frangisk kiteb ir-Regola Bullata u fejn ghamel operazzjoni f’ghajnejh. Fl-ahhar gurnata kelli laqgha personali ma’ kull koppja. Din l-esperjenza ma setghatx tintemm b’mod aktar sabih. Bhala tmiem iccelebrajna il-Quddiesa tal-Vgili ta’ Pentecoste. Waqt il-quddiesa, imzewqa b’simbolizmu tan-nar tlabna lil Alla igedded f’dawn il-koppji n-Nar ta’ l-Ispirtu tieghU. Nemmen li l-Mulej sema` taluna. L-ghada dawn il-hbieb godda telqu lura biex jaqbdu l-ajruplan ghal Malta. Kienet esperienza sabiha ghalija inhallikom tahsbu kemm kienet aktar ghalihom.
Knisja Monumentali Il-Papa Girgor IX ried ihalli zewg opri kbar f’gieh il-qaddis fqajjar ta’Assisi. L-ewwel qabbad li fra Tumas minn Celano biex jikteb il-Hajja tal-San Frangisk. It-tieni qabbad lil Fra Elija biex jiehu hsieb il-bini tal-Knisja Monumentali, biex tkun il-qabar ghall-qaddis kif ukoll il “Caput et Mater” ta’ l-Ordni tal-Parijiet Minuri. L-ghada tal-jum li fih Frangisku giet ddikkjarat qaddis, fis-17 ta’ Lulju 1228 il-Papa Girgor qieghed u bierek l-ewwel gebla tal-knisja il-gdida, tefa` ta’ gebla ‘l barra mill-hitan tal-belt fuq bicca art imsejha “Colle dell’inferno”. Minn dak in-nhar l-isem tal-post inbidel f’ “Colle del Paradiso”. Il-Knisja tlestiet f’qasir zmien u fil-25 ta’ Mejju 1230 saret purcissjoni u ingieb il-fdalijiet ta’ san Frangisk mill-Knisja ta’ san Gorg fejn kien ilu midfun ghal ftit inqas minm erba` snin ghal din il-Knisja Sepolkari. Minn dak in-nhar il-gisem ta’ San Frangisk ghadu hemm u ghadu jispira l-ghadd ta’ pellergrini li jigu fuq il-qabar tieghu biex ikunu bhalu strumenti tal-paci fid-dinja tallum. F’dawn il-jiem ma l-Ordni kollu saret il-festa liturgika tad-Dedikazzjoni tal-Basilika ta’ san Frangisk ta’ Assisi. Hawn ma setghax jonqos iccelebrajniha b’aktar solennità.
Kuncert Specjali Hawn fil Basilica ta’ San Frangisk spiss ikollna kuncerti. Generalment isiru fil-Bazilka ta’ Fuq. Wiehed mill-kuncerti famuli bla dubbju huwa Il Concerto di Natale li jigi trasmess kull sena lejliet il-Milied fuq ir-RAI. Ir-RAI regghu gew Assisi biex jittrasmettu kuncert iehor. Proprju fit-30 ta’ Mejju kellna il Concerto per la Pace nel mondo. Kuncert bl- Orchestra e Coro del Maggio Musicale Fiorentino immexxi mill-famuz Zubin Mehta. F’dan il-kuncert ha sehem Uto Ughi – l-vjolinista l-aktar famuz tad-dinja. M’ghandniex xi nghidu kien kuncert bil-kif! Altru tisma’ diska u altru tkun presenti u tisma` l-muzika b’mod haj. Terga` jien kont wara il-kwinti u stajt insegwi mill-qrib l-emozzjonijiet ta’ dawk kollha li kienu qed jiehdu sehem. Kelli l-okkazjoni insellem u nkellem persanalment kemm lid-direttur Mehta u kemm lil violinista Ughi. Kif ukoll lil Kantanti principali. Gbart il-firem taghhom fuq il-programm bhala rikordju ta’ dan il-Kuncert stupend (ara r-ritratt) L-ewwel parti gie esegwit il-kuncert in re maggiore op.61 ghall-vjoli u orkestra ta’ Beethoven. Fit-tieni parti giet eseguita il-Missa in tempore belli ta Haydn. Cert kien kuncert tal-Paci. Il-musika ma tafx bi gwerrer! Il-muzika min-natura taghha ggib l-ghaqda u l-paci. Il-bazilka ta’ San Frangisk ta’ Assisi, fejn kollox ispira ghall-armonija u sliem certament kienet il-post l-aktar addattat ghall-dan il-kuncert ghal Paci. Hassejtni tassew imqanqal ghall-ahhar noti u kliem final tal-kuncert… “dona nobis pacem”. Jalla l-Mulej “jaghtina il-paci”.
Holma ttir mar-rih Ma kelli hsieb insemmi xejn. Imma d-dizappunt hemm qieghed. Kont qed nohlom li din is-sena l-Inter. Kienu ser jirbhu il-League taljan. Kienu tisa` tghid tul il-kampjunat kollu fl-ewwel post sa l-ahhar gurnata. Pass falz fl-ahhar mumenti u il-holma taret mar-rih. M’hemmx taghmel! Naraw kif immorru s-sena d-diehla. Kelli ftit ta’ konsolazzjoni. Dak in-nhar li l-Inter tilfu ircevejt l-ahbar minn Malta li l-Hibernians ta’ pajjizi Rahal Gdid saru c-Champions ta’ Malta. Issa ser jibdew il-loghob tal-World Cup. Erba` snin ilu kont fil-filippini. Hemm kont ftit sajjem mill-loghob. Din id-darba nista` nsegwi hafna loghob. Il-Football huwa lotterija! Minn jirbah u min jitlef. Jien nipprova “nifrah ma min jifrah u nibki ma min jikbi” – kif jghid San Pawl. Izda hafna drabi ninqabad aktar nibki mill-nifrah.
Il-Bqija fit-talb Nieqaf hawn. Il-bqija, sakemm inhejji il-pont li jmiss, inkomplih fit-talb. Nitlob ghalikom ilkoll fuq il-Qabar ta’ San Frangisk. Naf li matul dan iz-zmien huwa z-zmien ta’ l-ezamijiet. Naghmel talb specjali ghal dawk kollha li qed jaghmlu l-ezamijiet biex il-Mulej jaghtikom l-gherf u d-dehen li ghandkom bzonn. Il-Mulej jaghti s-SLIEM lil kulhadd. |
|
F'San Miniato l-patrijiet Frangiskani ilhom minn zmien San Frangisk ezattament fl-1211. Wara li Frangisku gie ddikkjat qaddis fis-16 ta’ Lulju 1228 il-Comune ghazel lil dan il-Qaddis gdid bhala Patrun tal-belt flimkien mal-Martri San Miniato. U f’qasir zmien giet mibnija knisja l-gmiel taghha dedkata lil San Frangisk, li ghadha hemm sallum flimkien mal-Kunvent fejn jghixu il-Patrijiet Frangiskani Konventwali.
Fil-knisja ta' San Frangisk ta' Siena hemm meqjum Miraklu Ewkaristiku iehor. Il-fatt gara nhar l-14 ta’ Awissu 1730 meta dahlu xi hallelin, fethu it-tabernaklu u serqu l-pissidi bl-Ostji kkonsagrati ta’ go fih. B’xorti tajba ma ghaddewx wisq jiem li l-partikoli ma stabux. Fis-17 ta’ Awissu, wiehed mill-kjerci waqt li kien gharkubbtejh fuq wiehed mill-ginokkjaturi fil-knisja ta’ Santa Marija fi Provengano lemah xi haga bajda fit-toqba tal-kaxxa ta’ l-offerti. Meta fethu din il-kaxxa sabu numru kbir ta’ Ostji, li meta gew inqabbla sabu li kienu l-istess bhal dawk li kienu nsterqu mill-Knisja ta’ San Frangisk. Kien hemm b’kollox 348 ostja u xi bicciet zghar. L-ghada saret puricissjoni li fiha ha sehem il-poplu kollu tal-Belt biex ipoggu l-Ostji lura fil-Knisja ta’ San Frangisk. Il-Miraklu ta’ dawn l-Ostji huwa fil-fatt li dawn ma gew qatt deterjorati, imma baqghu friski u jfuhu daqslikieku kienu ghadhom kemm ghamluhom..
|