il-pont - no 47                           Assisi  - Italja

 

Mejju 2002  no 47

 ◄◄|werrej|►►

Il-Holqien jitbissem

 

PACI minn Assisi.  Bhax-xhur ta’ qablu, April ghadda u mar. Dhallna f’Mejju. Dan ix-xahar huwa mizmuma, u bir-ragun kollu, bhala l-isbah xahar tas-sena! F’Mejju l-holqien kollu donnu jkun aktar kulurit bl-ilwien kollha li l-Hallieq kellu fuq il-paletta meta kien bil-pinzell f’idu jirtokka l-opra ta’ idejH.  L-ikhal tas-sema u tal-bahar; l-ahdar sfumat skur u car tar-raba’ u s-sigar; il-qamh imdehbi u l-bjuda tal-gilji, l-ilwien imzewqa tax-xtieli u tal-ward fil-gonna u tal-frott fis-sigar, il-hmura tax-xemx tiela filghodu u niezla filghaxija, l-iskur fis-sema li jostor il-hemda tal-lejl u bjuda tlellex tal-kwiekeb iteptpu, leqqiena, ghonja u sbieh… Mejju x-xahar ta’ l-ilwien.

 

Ma nafx ezatt fl-liema xahar Frangisk ta’ Assisi niseg l-Ghajna tal-Holqien.  Ma nohodhiex b’sorpriza li kien ix-xahar ta’ Mejju. “Tkun imfahhar Mulej mal-hlejjaq kollha!  Tkun imfahhar f’Ohtna ix-Xemx u f’Huna l-Qamar u l-Kwiekeb; Tkun imfahhar Mulej f’Huna l-ilma, li hu methieg, irzin, umli u safi  u f’Huna in-Nar, sbejjah, jizfen kollu hajja u qawwa; Tkun imfahhar wkoll Mulej f’Ohtna w Ommna l-Art, li taghti frott kull bixra u ward bl-ilwien u hxejjex…”.

 

Ma nafx lanqas meta il-poeta nazzjonali Dun Karm kiteb il-versi ta’ l-ghanja “Fil-Hlewwa ta’ Mejju” jew meta Mro. Caruana kkompona l-muzika ta’ dan l-innu sabih.  Ma nohodiex bi kbira li kien f’dan x-xahar hlejju.  Iva, fil-hlewwa tax-xahar ta’ Mejju, l-Omm taghna Marija tohrog titbissem. Marija l-ghaxqa tas-sema; ix-Xemx tal-holqien. Hija l-Omm ta’ min halaqha, biha mimli kull zmien.   Hemm idoqq hlejju dak isimha sabih!

 

Naf izda li f’Mejju, sewwa sew fil-31 tax-xahar il-liturgija tfakkar il-festa tal-Vizitazzjoni - meta Marija marret izzur il-qariba Elizabetta.  F’dik iz-zjara Marija nfexxet f’ghanja ta’ tifhir lil Alla s-Salvatur taghha. Mejju huwa ix-xahar ta’ “Magnificat”.

 

Kull fejn kont u ghext: f’Malta, fil-Filippini, fit-Turkija, Mejju kien ix-xahar li jerfa` ‘l qalbi lejn Alla.  Il-gmiel tal-holqien bhal donnu jitbissem bi tbissima li jistieden lil bniedem biex jersaq erqeb lejn u jiftah fommu biex ifahhar ‘l Alla.  Biex ma’ Frangisku jghanni “l-Ghanja tal-Holqien”.  Biex flimkien inkantaw l-innu “Fil-Hlewwa ta’ Mejju”. U biex ma’ Marija nhallu ruhna tfahhar il-kobor tal-Mulej u nkantaw “il-Magnificat”   Iva il-holqien kollu jitbissem u jfahhar lil Alla! Fix-xahar ta’ Mejju il-Holqien jitbissem aktar mix-xhur l-ohra u jistedinna nghana ghanja ta’ Ferh.  Qatt intbaht b’dan?  Qatt rajt il-holqien jitbissem?  Qatt smajt il-Holqien jfahhar lil Alla? Cert li Iva!  Jalla l-Hallieq ikompli jitbissmilna u ahna il-hlejjaq nissuktaw infahhruh.  Il-Paci maghkom.

 

Fr Thomas

 

Lanciano

Ma tantx nohrog wisq minn Assisi.  Gieli jghaddu gimghat shah li ma niccaqlaqx. U gieli jghaddu wkoll jiem shah li lanqas biss nohrog mis-Sacro Convento.  Imma meta tigi l-okkazjoni nipprova ma nitlifhix.  Ghaddieli minn wara widnejja li kien hemm xi kjerci (dawk li qed ihejju biex isiru sacredoti frangiskani) li kienu sejrin Lanciano biex jiehdu sehem fic-celebrazzjoni ta’ l-Ahhar Voti ta’ wiehed mill-patrijiet taghna.  Stharrigt biex nara kienx hemm post ghalija fil-van halli nkunu nista` mmur maghhom.  Fil-fatt gietni tajjeb.  Post ghalija kellhom ukoll. Xtaqt immur, mhux tant ghall-Professjoni tal-Voti daqskemm biex nitlaqa` ma’ Padre Rocco Cipollone.  Ma’ Padre Rocco ghext erbgha snin u nofs fil-Filippini.  It-tnejn li ahna hallejna l-missjoni sentejn.  Jien giet lura l-ewropa fis-25 ta` April 2000 u P. Rocco telaq l-ghada.  Minn dak in-nhar ma rajniex lil xulxin aktar.  Ghalhekk, issa kienet gietni l-okkazjoni biex nergghu nitlaqghu.  Tlaqna bil-van minn Assisi f’xi siegha ta’ wara nofs in-nhar u wasalna xi tlett sieghat u nofs wara.  Dak il-hin li wasalt P. Rocco kien qed iqarar. Kif spicca qaghdna niktellmu dwar iz-zmien taghna f’Tagaytay u dwar il-missjoni fil-Filippini. Imbaghad hadni u qed iddawwarni mal-knisja u mal-kunvent. Hadtna sehem fil-Koncelebrazzjoni.  Wara kien hemm naqra ta’ festin u hadna xi haga.  Sellimna lil xulxin u ghal xi d-disgha ta’ filghaxija tlaqna lura .  Fit-triq ix-xita ma waqfitx minuta.  Wasalna lura xi siegha ta’ bil-lejl.

 

Miraklu Ewkaristiku

Dak li hemm speciali f’Lanciano huwa dak li huwa meqjuz bhala l-ewwel u l-akbar Miraklu Ewkaristiku.   Il-grajja ta’ l-ghageb sehhet fis-seklu tmienja fil-knisja ckejkna ta’ San Legontjan.  Waqt li kien qed iqaddes il-Quddiesa wiehed mill-irhieb ta’ l-Ordni ta’ San Bazilju gieh dubbju dwar il-presenza rejali ta’ Gesu` fl-Ewkaristija.  Gara li ezatt kif temm il-konsagrazzjoni l-Ostja inbidlet mirakolozament f’laham u l-Inbid ta’ gol-kalci f’demm veru.    U dawn l-Ispeci Ewkaristici llum jinstabu tal-harsien tal-Patrijiet taghna. L-Ostja mibdulha f’laham tinsab go ostensorju specjali tal-fidda u id-demm li huwa maghqud f’hames globuli ta’ qiesni differenti huma mizmum go tazza tal-kristal.  Dawn huma esposti ghall-qima’ fuq l-altar li sar apposta fuq in-naha ta’ wara tal-knisja.  Il-Knisja sa l-1176 kienet taht il-harsien tal-monaci ta’ san Bazilju. Mill-1276 sa l-1252 ghaddiet f’idejn il-Benedittini u wara taht il-harsien tal-Frangiskani Konventwali.  Bejn is-snin 1971 u 1981 sar studju xjentifiku taht il-kura ta’ l-professur Odoardo Linoli. Mill-investigazzjonijiet li saru hareg dan ir-rizultat: Li il-Laham huwa laham veru.  Id-Demm huwa demm veru.  Li l-Laham u d-Demm huma ta’ speci uman.  Il-Laham  jikkonsisti minn parti muskolari tal-qalb.  Dan huwa bla dubbju fenominu mhux tas-soltu.  Eluf fuq eluf ta’ pellegrini jzuru s-Santwarju tal-Miraklu Ewkaristiku f’Lanciano.  Padre Rocco qalli li anke pellegrini minn Malta jmorru.

 

Mohhni aktar mistieh

Nhar t-22 ta’ April ghalaqt sitt xhur li hallejt Istanbul biex nigi hawn fl-Italja. F’Assisi wasalt l-ghada wara nofs in-nhar. Niskanta kif jghaddi z-zmien.  Minndu qbizt il-hamsin bhal donnu aktar qed jigri l-hin.  Jaghmel hu! Affarijiet tieghu!  Jien nipprova nohodha bit-temp.  Mhux ser intellaq jew ser inhallaq mieghu!  Dak in-nhar, eghluq is-sitt irnexxili npoggi bil-qieghda u nitkellem ma’ Padre Vincenzo Coli, l-Kustodju taghna hawn.  Kont ilni nixtieq minndu wasalt li noghodu nitkellmu ftit.  Izda donnu dejjem kellu x’jaghmel.  Stennejt sakemm ikun il-waqt tajjeb.  U l-Bambin ghamilha possibbli ezatt fis-sitt xahar.  Hadt tassew gost li kellna din l-okkazjoni.  Ghidtlu li nhossni kuntent u ghal qalbi. Iccarajt ftit ix-xoghol u l-ministeru tieghi hawn. Tkellimna dwar kif ghandi ngib ruhi meta jkolli xi stedin biex immur nippriedka jew naghmel xoghol iehor barra l-kunvent.   Jidher li huwa wkoll kuntent bija u bis-servizz li qed naghti.   U issa nhossni li ghandi mohhni aktar mistrieh meta naf li ghandi l-approvazjoni u l-barka tas-superjur tieghi f’dak li qed naghmel. Kuntent hu u kuntent jien – kuntent kulhadd. X’hemm isbah minn hekk?  Jalla dejjem hekk!

 

Festa tar-Regola

Jumejn biss wara li tkellimna flimkien, il-Kustodju gie jhabbatli l-bieb u staqsieni ghandix pjacir immur mieghu Rivotorto.  U zgur li kelli pjacir!  Fis-seba` nieqes kwart tlaqna flimkien bil-karrozza ghall-kunvent ta’ Rivotorto fil-pjanura ta’ Assisi.  Hawn fil-Parrocca  immexxija mill-patrijiet taghna kellha ssir il-Festa tar-Regola Frangiskana.  Hija festa li ilha ssir mijiet ta’ snin.  Dak in-nhar li mort jien kien il-bidu ta’ erba` t’ijiem ta’ festi.  Saret purcissjoni bis-sehem tal-konfraternita ta’ San Frangisk, patrijiet, xi kjerci u ghadd ta’ parruccani u pellegrini, li nghaqdu mal-folla ilkoll bit-torci f’idejhom. Matul il-purcissjoni ngarret kopja tar-Regola mill-prijuri u l-banda tal-Comune ta’ Rivotorto daqqet innijiet religjuzi. Wara l-Purcissjoni saret celebrazzjoni tal-Kelma fil-Knisja.  Wara l-funzjoni kulhadd kien mistieden fil-kjostru tal-kunvent biex iduqu t-Tozzetti (biskuttini bil-lewz) u Vin Santo (inbid helu).  Hadd ma baqa` lura. Kulhadd bill grizmejh.

 

Ir-Regola ta’ San Frangisk

San Frangisk kiteb r-regola tlett darbiet.   L-Ewwel Regola li kiteb kien dik fl-1209. Kien ghadu fil-bidu ta’ l-esperjenza tieghu. Kien ghad kellu madwaru madwar tnax-il patri. Dak iz-zmien kien ghadhom migbura f’dak il-post imsejjah Rivototo.  L-isem ta’ dan il-post gej min-nixxiegha (Rivo Tortuoso), li tinzel minn Monte Subasio u li tghaddi sserrep minn dawk in-nahiet fejn Frangisku u shabu kienu jmiddu rashom taht naqra ta` gharix fqajjar. Minn  dan il-post Frangisku telaq lejn Ruma ghand il-Papa Innocenz III biex japprovalu ir-Regola.  Il-Papa kien ta l-approvazzjoni tieghu ghal din l-Ewwel Regola bil-fomm biss.  I-originali ta` din ir-regola ntilef u baqa` ma wasalx f’idejna. Fl-1221 Frangisku kiteb regola ohra, aktar twila  w elaborata, maghrufa sa llum bhala r-Regola non Bullata.  It-tielet u l-ahhar regola miktuba mill-qaddis ta’ Assisi kienet dik miktuba fl-eremitagg ta’ Fontecolombo maghrufa bhala ir-Regola Bullata, li giet approvata mill-Papa Onorju III fid-29 ta’ Novembre 1223.  Dawn iz-zewg regoli waslu ghandna.  Il-kopja originali tar-Regola Bullata tinsab fil-kappella tar-Relikwi hawn fil-Bazilka ta` San Frangisk f’Assisi.

 

Assisi mzejna bil-bnadar

F’dawn il-jiem Assisi hija mzejna bi bnadar ta` ilwien sbieh.   X’hawn speciali?  Rega’ gej il-Papa jew xi ras kbira?  Ghalfejn dan it-tizjin kollu? X’ser ikun hawn?   Ta’ kull sena ghal bidu ta’ Mejju hawn f’Assisi tigi ccelebrata festa maghrufa bhala Calendimaggio di Assisi.   Il-bidu ta’ din il-festa jmur lura ghaz-zmenijiet qabel ma dahlet ir-religjon nisranija.  Izda kien fis-seklu li ghadda li din il-festa nghatat il-hajja mill-gdid bit-tama li tqajjem ghal darb’ohra l-folklor tal-belt u t-tradizzjoni storika.  Matul il-jiem tal-festa, li din is-sena ser jkunu fid-9, 10 u 11 ta’ Mejju, ikun hawn korteo storiku fit-toroq, wiehed in-naha ta’ fuq tal-belt u iehor in-naha ta’ isfel.  Dawk li jiehdu sehem ilkoll ikun b’ilbies medievali. Fil-Piazza del Comune isiru wirjiet, tixjir tal-bnadar, sparar bil-qaws, kant u loghob taz-zmenijiet tan-nofs, jinghata il-Palio u tigi proclamata “Madonna Primavera” - ir-Regina tar-Rebbiegha.  Jien qatt ghadni ma kont hawn ghal din il-festa, qaluli li Assisi donnha terga’ tmur lura fiz-zmien u ssir l-istess kif kienet fiz-zmien il-konverzjoni ta` San Frangisk.  Nixtieqkom tkun hawn intom ukoll halli tghixu din il-festa tal-Calendimaggio di Assisi mieghi u ma’ dawk kollha li johonqu t-toroq tal’Belt.

 

Il-Bqija fit-talb

Ghad hemm aktar x’nghid u nirrakonta.  Ghalissa nieqaf hawn. Inkompli l-kumplament waqt it-talb tieghi ghal kull wiehed u wahda minnkom.  Il-Mulej jaf ezatt x’tinhtiegu.  Inhalli f’idejH biex jaghtikom dak li ghandkom bzonn.  Zgur li nhallikom f’idejn tajba.   Sahha, Barka, xewqat, talb u ghozza.

 

◄◄|werrej|►►

 

Miraklu Ewkaristiku

ta' LancianoI

L-Ostja mibdulha

f’laham tinsab go ostensorju specjali tal-fidda u id-Demm li huwa maghqud f’hames globuli ta’ qiesni differenti huma mizmum go tazza tal-kristal. 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ta’ kull sena ghal bidu ta’ Mejju hawn f’Assisi tigi ccelebrata festa maghrufa bhala Calendimaggio di Assisi.  

Il-bidu ta’ din

il-festa jmur lura ghaz-zmenijiet qabel ma dahlet ir-religjon nisranija.