il-pont - no 46                           Assisi  - Italja

 

April 2002  no 46

 ◄◄|werrej|►►

L-Ghanja ta’ l-Ghid

 

Insellmilkom ghal darb’ohra minn Assisi - il- Belt kapitali tal-Paci.  Nittama li kellkom festi ta’ l-Ghid mimilja bil-PACI ta’ Gesu’ Rxoxt.  Matul dawn il-jiem kantajna mill-gdid l’ALLELUIA. Hemm rabta bejn il-Paci u l-Alleluia ta’ l-Ghid.  Jekk kif nemmnu l-Alleluia hija l-Ghanja ta’ l-Ghid, il-Paci hija il-kontenut ta’ l-ewwel messagg ta’ Kristu wara il-Qawmien tieghu: “Il-Paci Maghkom!”.

 

L-Alleluia hija l-ghajna ta’ Paci. L-ghajna tar-rebbieha, tal-mifdija li issa jgawdu l-armonija mill-gdid m’Alla.

Poster li rajt imwahhal f’wiehed mil-kunventi tas-sorijiet f’Malta kien jghid: “We are Easter people and Alleluia is our song”.

 

Aktar ma nahseb, aktar nemmen kemm il-kliem fuq dan il-poster huma veru.  “Ahna poplu ta’ l-Ghid”.  Hekku!  Li kieku Kristu ma qamx mill-imwiet fiergha l-fidi taghna.  Imma Kristu Qam tassew! Dan hu l-Misteru tal-fidi taghna.  Jekk  huwa tassew hekk allura l-Alleluia hija l-ghanja taghna li nemmnu.  U l-Alleluia hija espressjoni mhux biss tal-fidi taghna imma wkoll tal-Paci u l-armonija taghna m’Alla u ma’ dawk ta’ madwarna. Jalla nkomplu nkantaw l-Alleluia u nghixu fil-Paci mhux biss f’dan iz-zmien, imma tul hajjietna kollha.

 

Niftakar meta kont dhalt mal-patrijiet f’Marzu ta’ l-1978, soru kienet baghtitli card sabiha.  Fuq gewwa kienet kitbitli hekk: “I pray that Alleluia be the song of your life as a Franciscan”, u kompliet, “If ever your Alleluia song fades away, just stop... seek... pray till your heart is at peace and sing the Alleluia Song again”. 

 

Illum din is-soru qed tkanta l-Alleluia mal-qtajja tal-Angli u l-Qaddisin fil-Genna.  U jien qed nipprova nimxi fuq il-parir/talba taghha u nhalli l-Alleluia tkun l-ghajna ta’ hajti bhala Frangiskan. Jalla l-Alleluia tkun l-ghajna taghkom ukoll.  U jekk l-ghajna tigi nieqsa ejjew nieqfu... infittxu... nitlobu sakemm qalbna issib il-Paci u tkanta l-Alleluia mill-gdid.  Il-Paci maghkom.

 

Fr Thomas

 

 

Flok gimgha, gimghatejn

Meta kont ser niccaqlaq mit-Turkija f’Ottubru li ghadda kelli l-okkazjoni nghaddi Malta. Imma dak iz-zmien hassejt li mhux il-kaz minhabba li kont ghadni kemm kont Malta ftit tal-gimghat qabel.  Ghalhekk  gejt direttament Assisi.  Kelli appuntament biex ninzel Malta ghal bidu ta’ April biex inbierek zwieg, hsibt li jkun ahjar jekk nistenna.  Stennejt, iz-zmien tar u April wasal.  Kelli l-hsieb naghmel il-festi ta’ l-Gimgha Mqaddsa hawn u ninzel Malta l-ghada ta’ l-Ghid.  Meta mort biex nibbukkja l-biljett skoprejt li wara l-1 ta’ April il-prezz jinbidel u  jghola.

Irrangejt mas-Superjur tieghi hawn biex ninzel erba t’jiem qabel biex hekk nifrakaw 100Euro. Ftehimt li ninzel l-Erbgha tal-Gimgha Mqaddsa. Izda minn taht ir-rih inqala` li kien jonqosni nigbor xi dokumenti mill-Ambaxxata Taljana f’Malta ghaldaqstant kelli ninzel Malta ftit jiem ohra qabel.  Bla hsieb flok ghal gimgha nzilt Malta ghal gimghatejn.

 

Gimgha Mqaddsa

Wara il-mixja tar-Randan hawn f’Assisi bla hsieb qattajt il-Gimgha tal-Passjoni f’Malta.  Wasalt dak in-nhar tad-Duluri.  Ftit sieghat wara li wasalt kont fuq l-Altar tal-parrocca ta’ San Pawl il-Bahar inqaddes il-quddiesa tal-5.00pm. Sakemm saret il-Via Sagra qghad inqarar ftit u hadt sehem fil-purcissjoni devota tad-Duluri.  Lejliet Hadd il-Palm ccelebrajtu l-Qawra u f’Hadd il-Palm filghodu celebrajt id-Dahla ta’ Kristu f’Gerusalemm fil-Parrocca ta’ San Pawl.  F’Hamis ix-Xirka filghodu mort San Gwann il-Belt.  Hadt gost ghax b’gebla wahda ilqatt ghadd ta’ ghasafar.  Kelli l-okkazjoni niltaqa` ma’ ghadd ta’ sacerdoti, ma’ l-arcisqof Guseppi Mercieca, l-isqof Depasquale u n-Nunzju - dan kont nafu fit-Turkija.  F’din l-okkazjoni ergajt geddidt il-weghdiet li ghamilt fl-Ordinazzjoni Sacerdotali, u talb lil Alla biex ikompli jiskolpi fiha u jaghmel minni s-sacerdoti skond qalbU.Ghat-Tridu ta’ l-Ghid hsibt li nqassamhom.  Il-Hamis filghaxija kkoncelebrajt mal-komunita` ta’ San Pawl il-Bahar u bqajt ghall-Adorazzjoni hemm.  Nhar il-Gimgha l-Kbira ghaddejt il-jum mad-Daddy u morna flimkien ghall-funzjoni Rahal Gdid.  Bla hsieb hafna saru jafu li qieghed Malta ghax ic-celebrazzjoni kienet trasmessa diretta fuq t-television nazzjonali.  Il-Vgili ta’ l-Ghid ccelebrajtu  mal-komunita` tal-Qawra.  Hadd il-Ghid ccelebrajtu mal-komunita` ingliza tal-parrocca ta’ San Pawl il-Bahar. Kont ilni 7 snin ma nkun Malta ghall-Gimgha Mqaddsa.  Hasra li dak in-nhar tal-Gimgha l-Kbira raxxet ix-xita u sfrattat il-purcissjonijiet.  Ergajt ghext mill-gdid il-Liturgija ta’ dawn il-jiem bl-ilsien Malti.  Hadt gost inxomm mill-gdid ir-riha tal-borma bil-hwawar u l-balzmu.  Hadt gost fuq kollox niltaqa` ma’ ghadd ta’ nies, li hafna minnhom kont ilni zmien twil ma narahom. 

 

Tal-familja

Ma steghax jonqos li nqatta` ftit hin ma’ tal-familja.  Lanqas ilhaqt wasalt, l-ewwel li ghamilt mill-airport bqajt sejjer ta’ Saura r-Rabat biex nara d-Daddy.  Sibtu fuq ix-xkwiek jistennini.  Ma nafx kif dahhalha f’mohhu li kelli nasal aktar kmieni.  Imma l-ecitament li kellu fuqu malajr gheb hekk kif bdejna nitkellmu flimkien. Sibtu tajjeb Alla jbierek.  Matul il-waqfa tieghi f’Malta iltqajna u hrigna jew kellimna ‘l xulxin bit-telefon diversi drabi. Iltqajna wkoll flimkien kemm ghand ohti Josephine u kemm ghand hija Alfred. Fil-fatt fi tmiem il-gimgha d-Daddy jinzel bit-turn darba ghand hija u darba ghand ohti. Matul il-gimgha jghaddi hafna hin jimxi mir-Rabat ghal Buskett, ghal Had-Dingli u lura. Spiss jaqbad tal-linja u jmur il-Belt jew Rahal Gdid.  Jidher Kuntent.  Hekk nixtieqlu.  Lil huti u t-tfal sibthom tajbin  wkoll.  Kull darba li nkun maghhom inhossni tassew qieghed id-dar. U aktar ma tkun tghix ‘l boghod mid-dar aktar tkun tixtieq dawn il-mumenti.

 

L-ahwa flimkien 

Waqt li kont Malta inzerta kien hemm laqgha tal-Patrijiet tal-Provincja dwar il-formazzjoni permanenti. Ma xtaqtx nitlef din l-okkazjoni. Nghid id-dritt, mhux tant minhabba t-tema tal-laqgha, ghax hawn f’Assisi kont ghadni kemm ghamilt mhux laqgha wahda imma kors shih dwar il-formazzjoni permanenti.  Izda ghax din il-laqgha kienet ser taghtini l-okkazjoni li niltaqa mal-patrijiet kollha kemm huma. Dan huwa il-gost tieghi li nkun kemm jista` jkun mal-patrijiet.  Cert ma kellix hin inkellem fit-tul lil kull wiehed minnhom, izda xorta doqt tassew “kemm hu sabih u helu li l-ahwa jghammru flimkien” - kif jghid is-Salm.  Doqt ukoll il-benna ta’ l-ikel tal-mejda li qasmna flimkien dak in-nhar.

 

Ma’ huti l-bniet

Barra l-laqgha ma huti s-subien - il-patrijiet kelli wkoll laqgha ma’ huti l-bniet - s-sorijiet ta’ Santa Klara.  Meta mort il-Monasteru biex inzurhom u biex nohdilhom xi haga zghir li gibtilhom minn Assisi, Madre Rose Therese Ellis wriet ix-xewqa li mmur ikellem lis-sorijiet.  Kif nista` nghidhom le?!  Mort bil-qalb kollha l-Erbgha ta’ wara l-Ghid.  Qsamna flimkien il-Kelma tal-Mulej u l-Ferh tal-Misteru tal-fidi taghna.  Hassejt f’qalbi l-istess ferh li kien ihoss Frangisku  kull darba li kien jiltaqa` ma’   Klara u hutha l-Klarissi. Ma nafx infisser l-ispirtu ta’ ferh li hassejt jiena u naqsam maghhom dak li l-Mulej kien qed ipoggi fil-qalb tieghi dak il-hin. U hin bhal donnu tar, lanqas naf kif ghadda.  Naf li kelli nahrab bil-girja biex naghti l-karrozza lil Patri Marju li kellu bzonn juzaha.  L-appuntament mal-Klarissi huwa ghas-sena d-diehla jekk Alla jrid.  Dak in-nhar ikollna aktar hin.

 

L-Ambaxxata taljana

Fit-Turkija kont nahdem ma’ l-immigrati

llegati.  Hawn fl-Italja bla ma kont nafx sirt wiehed minnhom jiena wkoll.  F’hin minnhom waqt kont qed nistenna wiehed mill-patrijiet igibli d-dokumenti bil-permess biex inkun nista` nghix fl-Italja, imma sibt xi haga ohra.  Il-Patri gharrafni li kelli il-karti zballjati, li l-viza turistika ta’ tlett xhur kienet ghalqat. qalli   li kont qeghed l-Italja llegalment.  Kelli bilfors nohrog mill-Italja u nigbor dokumenti mill-Ambaxxata Taljana f’Malta.  Ghalhekk waqt li kont Malta mort nigbor d-dokumenti li kelli bzonn. Nirringrazzja lil Alla ma gewx b’hafna meraq kif sibt f’kazijiet bhal dawn meta kont il-Filippini u t-Turkija.  Wara ftit jiem li mort l-visa del culto” li kelli bzonn gietni.  Kif wasalt lura Assisi mort biex naghmel l-applikazzjoni mill-gdid biex inkun nista` noghqod hawn fl-Italja.  Ghandi nifhem li issa m’ghandux ikun hemm problemi.  Naraw!

 

Il-Hbieb tal-Pageant Group

Konna diga` miftehim li waqt li nkun Malta nippruvaw insibu serata biex inlaqqghu lill-ex-membri tal-Paola Pageant Group. Id-data giet iffissata ghal Gimgha 5 ta’ April fis-7.45pm fil-Youth Centre.  Gew ghadd ta’ membri mid-diversi generazzjonijiet mill-bidu tal-pageant fl-1968 sa meta sar l-ahhar darba xi tlett snin ilu.  Hadt gost immens! Uhud minnhom kont ilni ma narahom snin kbar. Issa kollha mizzewgin bit-tfal u xi whud saru nanniet ukoll. Din il-laqgha kienet mahsuba wkoll biex tkun Surpise Party lil Dun Vincens Deguara - li kien dak li zergha u kkoltiva il-PPG ghal kwazi tletin sena. Is-sigriet kien li dejjem halla l-inizjattiva f’idejn iz-zghazagh, li llum kollha qed jaqsmu l-esperjenza li kisbu fil-PPG f’diversi oqsma tal hajja.  Uhud mill-membri illum  saru tobba, avukati,politici,parlamentari,sacerdoti, teachers, haddiema fis-servizz pubbliku.  Meta nharsu lura inhossuna ilkoll obbligati lejn dan il-grupp li bla dubbju halli l-marka fil-karattru u fl-ghagna taghna lkoll, li xi darba jew ohra konna parti minnu.  U l-qalb wara dan kollu kien Dun Vincenz.  Fis-7 ta’ April d-Dun ghalaq 40 sena sacerdot. Ghalhekk xtaqna nkunu madwaru u nifirhu mieghu.  Ma setghax jonqos il-Cake u r-rigal ta’ l-okkazjoni. Bla dubbju kienet sorpriza li Dun Vincenz ha gost biha!  Il-qasma ta’ qalb hija li minhabba ragunijiet li ghandni s’issa ma nistax nifhimhom il-Pageant ma ghandux isir.  Hasra tassew!

 

Mariclare u Lee

Ir-raguni principali li kelli ninzel Malta kien l-appuntament li kelli ma’ Mariclare u Lee. Mariclare kienet qaltli li trid lili biex inbierek iz-zwieg taghha. Dak iz-zmien kienet ghadha izghar hafna.  Kienet ghadha tmur l-iskola u lil “princep ta’ hajjietha” kienet ghadha lanqas tafu, kienet forsi tohlom bih.  Imma z-zmien itir u l-holm isir realta`. Wara li kont berikt l-engagment taghhom meta kont fil-vaganzi f’Malta xi sentejn ilu, issa kien wasal il-jum tat-tieg u gejt biex inzomm il-weghda li nkun xhud u nbierek il-weghda li kienu ser jaghmlu lil xulxin ghal hajjiethom. Is-Sibt ta’ wara l-Ghid filghodu beriktilhom id-dar u filghaxija beriktilhom ic-crieket u tlabt lil Alla jwahhad il-qlub taghhom bil-kolla ta’ l-imhabba tieghU li ma tinhallx.

 

Bajda fuq il-Figolla

Matul iz-zmien li ghamilt Malta kont nuza il-karrozza tal-Kunvent tal-Qawra. Patri Marju kien jippreferi jmur bil-pass ta’ san Frangisk allura tani c-cwievet u qalli biex nuzaha jien. Kellu bzonnha biss xi drabi biss.  Nhar l-Ghid il-Kbir filghaxija kont bi hsiebi mmur Ghawdex. Billi Marju kellu bzonn il-karrozza irrangajt li nuza l-van ta’ San Pawl il-Bahar. Kif spiccajt il-quddiesa hrigt il-van mil-garage u kif wasalt quddiem il-knisja nisma`: “Father ghandek puncture!”. Dan kien jonqos nhar l-Ghid! Kienet qiesha l-bajda fuq il-figolla. B’xorti tajba sibt lil Oliver li gheni nbiddel it-tyre. Biex taghqad l-ispare wheel kellu toqba fil-genb. Ma rridx nissogra mmur Ghawdex  bla spare wheel u iehor b’toqba fih.  Ergajt tajt il-Van lura u mort mill-gdid ghac-cwievet tal-karrozza. Ma Patri Marju u mal-patrijiet irrangajt bhal dejjem.

 

Lura Assisi

Kollox jasal ghat-tmiem. Ukoll il-mawra tieghi. It-Tnejn 8 ta’ April fin-nofs siegha qbadt l-ajruplan ghar-Ruma.  Minn Ruma bqadt it-tren ghal Assisi.  Wasalt fil-kunvent xi 7.00pm. 

 

Fl-ahhar tal-mazzita, z-zbiba

Kif dhalt fil-kamra wara kwazi hmistax-il gurnata sibt iz-zbiba. Nhar Hamis ix-Xirka wara l-Funzjoni, waqt li l-patrijiet kienu ghac-cena, xi hallelin zaru is-sacro Convento.  Fi spazju qasir dahlu f’ghadd ta’ kmamar u serqu kull ma sabu jghodd ghalihom. Irnexxilhom jidhlu fil-kamra tieghi wkoll. Huduli envelope bi flus tedeski u francizi. Dawn il-flus lejliet li tqalt suppost tajthom lil Doris Zammit, maltija li mizzewga u taqghod Perugia, biex issarrafhom f’Perugia, u meta giet taghtini xi affarijiet biex naghtihom lil ommha, nsejt naghtihomlha. Ras hazina li ghandi!  Haduli wkoll folder b’ghadd gmielu ta’ flus tal-missjoni.  Sibt iz-zbiba malajr... u bla hsieb!

 

Fuq tlieta l-borma

Din kienet it-tielet darba li serquni. L-ewwel darba kif wasalt fil-Filippi, haduli somma flus li kont hadt mieghi ghall-missjoni.  It-tieni darba haduli kaxxa b’ghadd ta’ affarijiet meta wasalt it-Turkija. Issa hawn f’Assisi.  Fuq tlieta toqghod il-borma. San Frangisk wkoll kien attakkat mill-hallelin diversi drabi, bid-differenza li ma sabulu xejn x’jisirqulu.  Kemm ghandi ‘l boghod minn San Frangisk.

Sahha, barka u sliem.

 ◄◄|werrej|►►

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Niftakar

meta  dhalt

mal-patrijiet f’Marzu ta’

l-1978,

soru habiba tieghi

kienet baghtitli card sabiha. 

Fuq gewwa kienet kitbitli hekk:

 

“I pray

that Alleluia be the song

of your life

as a Franciscan”,

u kompliet,

“If ever your Alleluia song fades away, just stop... seek...

pray till your heart is

at peace

and sing

the Alleluia Song again”. 

 

Illum din

is-soru qed tkanta

l-Alleluia

mal-qtajja

tal-Angli

u l-Qaddisin

fil-Genna. 

U jien qed nipprova nimxi

fuq il-parir/talba taghha u nhalli

l-Alleluia

tkun l-ghajna

ta’ hajti

bhala Frangiskan.