il-pont - no 45                             Assisi  - Italja

 

Marzu  2002 no 45

 ◄◄|werrej|►►

Adagio

 

Il-Muizka kollha toghgobni.  Fil-kamra ghandi ghadd mhux hazin ta’ diski ta’ kull tip.  Ghandi kollezzjoni ta’ muzika klassika, lirika, operistika u sinfonika. Ghandi muzika sacra, gregorjana, korali, a cappella u liturgika. Ghandi wkoll muzika folk u tradizzjonali minn diversi pajjizi. Inhobb il-muzika gospel, blues, spiritual u country Ghandi ghazla ta’ muzika ta’ kananti bhal Battisti, Branduardi, Bocelli, Enya u ohrajn. Ghandi ftit diski b’muzika bil-beat tip ta’ Ricky Martin. Nista` nghid li ghandi ftit minn kollox.   Muzika ghal meta nkun qed nahdem; muzika ghal waqt li nkun qed nistudja jew naghmel xoghol ta’ koncentrazzjoni, muzika ghal waqt li nkun qed nistrieh; muzika ohra biex tghini ningabar u nitlob. Muzika xi ftit aktar  hajja ghal meta nkun qed innaddaf il-kamra. Muzika ghal kull mument.

 

Ikolli nistqarr, izda, li ghalkemm inhobb kull tip ta’ muzika l-aktar li toghgobni hija l-muzika Adagio bhal dak ta’ Albinoni, jew il-Canon ta’ Pachelbel u ohrajn bhalhom.  Musika  kalma li tghijni nerfa` mohhi u qalbi lejn Alla.

 

F’dawn il ftit xhur li ilni hawn Assisi, qed ninduna li l-Mulej qed idoqqli muzika differenti minn dik ta’ qabel.  Kemm ilni sacerdot il-muzika kienet differenti skond il-post u skond ix-xoghol li kelli.  Kien hemm zmien  fil-hajja tieghi meta l-muzika kienet fast, kwazi frenetika. Kont dejjem sejjer, minn haga ghall-ohra, minn attivita’ ghall-ohra.  Madanakollu kont nipprova nizfen mill-ahjar li nista`skond id-daqqa.  Kont nipprova dejjem nizfen bil-qalb, kemm meta kont naghmel xoghol ta’ hidma vokkazzjonali, kemm meta kelli xoghol pastorali u parrokkjali, kemm meta il-hdimt fil-kamp ta’ formazzjoni.  Ippruvajt nizfen skond id-daqqa missjunarja kemm fil-Filippini u kemm fit-Turkija.  Il-Muzika dejjem iggustajtha.  Issa f’Assisi l-muzika hija differenti.  Hija aktar slow.  Mhux mghaggla bhalma gieli kienet, imma hija aktar bil-mod - aktar adagio.  Ix-xoghol li ghandi huwa wiehed li jitlob aktar armonija u kwiet.  Huwa principalment dak fil-konfessjonarji u ta’ direzzjoni spiritwali.  Dan jitlob li noqghod attenti li nisma’ hafna u li nitkellem ftit biex nwassal l-Imhabba u t-Tbissima ta’ Alla li dwak li jibghat quddiemi.  Hija muzika li tghogobni tassew. Muzika li qed tghini nerfa` qalbi lejn Alla.  Aktar ma jghaddi zmien aktar qed nintebah kemm il-Mulej jaf jaghzel il-muzika adatta ghal kull wiehed minnha.  Nitlob li jkollna il-hila li nizfnu bil-grazzja kollha skond ir-ritmu tal-muzika.  Insellem lil kull wiehed u wahda bit-tbissima. Keep on dancing! Il-Mulej jaghtik is-Sliem. Sahha, Barka, talb u ghozza,

 

Fr Thomas

 

Decizjoni f’waqtha

Matul it-tmintax-il gurnata ta’ qabel il-migja tal-Papa f’Assisi nofs ta’ komunita` marret Rivotorto - hawn fl-inhawi ta’ Assisi - ghal kors ta’ formazzjoni permanenti. Dan il-kors huwa parti mill-programm ta’ l-erba` snin tal-Kustodja.  Kull patri kien imheggeg jiehu sehem f’wiehed miz-zewg korsijiet li kienu mhejjija.  Jien meta harget il-lista biex naghzlu liema wiehed nixtiequ nattendu ghazilt it-tieni kors - dak bejn l-25 ta’ Jannar u d-9 ta’ Frar.  Ir-raguni li ghazilt it-tieni kors kienet ghax xtqat insegwi mill-qrib it-thejjijiet li kienu qed isiru ghall-Laqgha ta’ Talb li kellha ssir fl-24 ta’ Jannar. Fil-fatt ma jiddispjecinix ghax stajt insewgi l-preparazzjonijiet kollha.  Terga` t-thejjija serviet biex tkabbar l-aspettattiva tieghi personali ghal dan l-avveniment hekk singulari.  Kienet decizjoni f’waqtha!  L-ghada ta’ l-Laqgha ta’ Talb ghal Paci l-komunita` taghna  tbattlet mill-gdid bin-nofs.It-tieni grupp inzilna Rivotorto biex nibdew il-kors.

 

Rivotorto

Ghal min ma jafx Rivotorto huwa post marbut mal-bidu ta’ esperjenza ta’ san Frangisk u l-ewwel frajiet li ingabbru madwaru. F’dawn l-inhawi ftit ‘l barra minn Assisi kien hemm sserrep xmajra ta’ ilma, li minnha l-post kiseb ismu (Rivo torto). Biswit ix-xmajra kien hemm gharix ckejken nofsu mwaqqa`.  Frangisk ingabar hemm wara li gie lura minghand il-Papa fl-1209.  Fil-kitba dwar il-Fqajjar ta’ Assisi insibu ghadd ta’ rakkonti marbuta ma’ dan il-post.  Wahda minnhom hija dik meta bidwi minn dawk in-nahat qabad u dahal bil-hmara li kellu f’dak il-post waqt li l-irhieb kienu qed jitolbu. Frangisk meta intebah li dak il-bidwi ried il-post ghalih u ghal-hmara li kelli mieghu dar fuq shabu u qalilhom: “L-Ahwa naf biz-zgur li Alla ma jsejhilniex biex naghtu pjacir lil hmir, imma biex nuru lil bnedmin it-triq tas-Sliem bit-thabbir tal-Vangelu.  Imxu nfittxu post iehor.” Il-waqfa taghhom f’dak il-post imtemmet hesrem!  Minn Rivotorto Frangisk u l-patrijiet ngabru fil-Porzjunkula qrib il-kappella ta’ San Marija ta’ l-Angli, in-naha l-isfel ta’ Assisi.

 

Il-Kors ta’ formazzjoni

F’Rivotorto qattajna sbatax il-gurnata.  Bhall-isalata kienu mhawrin tajjeb b’mumenti ta’ talb, taghlim u mistrieh.  Il-programm ma kienx imtaqqal b’ghadd ta’ attivitajiet, bil-maqlub ir-ritmu tal-gurnata kien kalm u seren bi spazji ghar-riflessjoni u xoghol personali.  Il-laqghat li kellna kienu fuq suggetti differenti u tmexxew min kelliema li gew apposta.  F’xi mumenti kellna hinijiet biex nitkellmu ahna u nghidu il-fehma taghna dwar is-suggett.  Kellna celebrazzjonijiet liturgici sbieh u ppartecipati. Fl-ispazji liberi wiehed seta` joqghod jaqra jew johrog jimxi.  U kien hemm fejn timxi qalb l-ghelieqi ta’ mad-dawra.  Jien kont nimxi u fit-tul. Xejn xejn kont nahraq l-ikel tajjeb li kienu jhejjulna. Dan il-kors tani l-lok li nsir naf aktar il-patrijiet u biex nohloq rapport aktar mill-qrib maghhom.  Cert li minn zmien ghal zmien huwa bzonn li nattendu dawk il-korsijiet. Hemm xi whud li donnhom ghandhom allergija ghal dawn il-korsijiet ta’ formazzjoni permanenti u jippruvaw isibu mitt skuza biex ma jiehdux sehem.  Ma jafux x’ikunu jitlifu! Nemmen li dawn huma mumenti ohra ta’ grazzja li jiswew kemm ghar-ruh u kemm ghal gisem. Meta nahseb kemm minn hutna jew hbiebna jixtiequ jkollhom l-opportunita jiehdu sehem f’xi haga bhal din u ma jistghux aktar inhossni li ghandi nirringrazzja lil Alla ghal grazzja li niehu sehem f’korsijiet bhal dawn!

 

l-Patrijiet fil-Ground ta’ Empoli

Gimgha qabel gie il-Papa f’Assisi kelli esperjenza sabiha ohra.  Il-patrijiet taghna ta’ Assisi gew mistiedna biex jilghabu loghba football b’solidarjieta` mat-tfal fqar fl-Afrika ta’ Isfel. Il-loghba kienet triangolari bejn team maghmul mill-Parlamentari taljana, team iehor maghmul minn diversi Artisti u t-team taghna il-Patrijiet ta’ Assisi.  Il-loghba saret f’Empoli fl-iStadio Comunale, fejn jilghabu l-Empoli fis-serie B.  Lili sejhuli biex naghmel parti bit-team tal-Patrijiet.  Iva ghamilt aktar hin  insahhan il-bank fil-genb, imma kelli l-okkazjoni nohrog nilghab ghal ftit jien wkoll.  Fil-fatt irbahna kemm lil Parlamentari (1-0) u kemm lil Artisit (5-2).  L-importanti aktar milli r-rebha kienet li hadt sehem f’xi haga sabiha u divertenti u fl-istess hin tajna sehem f’opra ta’ karita`.  Qaluli li dak in-nhar ingabru 27 milljun lira taljana jew ahjar 13,500 Euro. (Lm7.000).  Issa suppost it-team taghna ghandu jilghab mill-gdid, din id-darba kontra l-Pulizija Taljani.

 

Rajtha bil-fidi

La qed insemmi il-football nibqa fuq l-istess suggett.   Kif nghidu: tmur Ruma tara l-Papa.  Mindu gejt hawn ma’ tantx kelli hin biex immur Ruma biex nara il-Papa, imma l-Papa gie hu.  L-istess ma kellix hin immur Milan biex nara l-Inter jilghabu, imma gew l-Inter jilghabu hawn Perugia fil-qrib.  Sibt anglu li gabli biljett biex nara il-partita.  Gie ghalija u hadni il-ground bil-karrozza u gabni lura. Kollox gie tajjeb sahansitra l-Inter rebhu 2-0.  Izda, dak li mar zmerc kien it-temp.  Dak in-nhar kien jum bi cpar Filghodu qalbi ghamlet tik!  Ftit qabel hrigt mill-kunvent biex niltaqa` ma Massimo biex immur il-ground qalbi ghamlet mhux tik, imma ...tik tik!! Kont ghadni kemm smajt fuq ir-radio li wisq probabbli il-loghba Perugia-Inter kienet ser tithassar minhabba ic-cpar.  Kif thallna fil-ground ma kien jidher xejn, la l-lasta tan-naha ta’ fejn kont jien u lanqas l-ohra!  Imma donnu il-Bambin ried li ssir.  Haga ta’ l-iskantament xi hames minuti qabel l-ewwel tisfira tar-referee c-cpar gheb u l-loghba bdiet. Stajt insegwi l-loghoba tajjeb.  F’xi hinijiet, izda, c-cpar beda jigi u jmur, jonqos u jizdied - ghalkemm il-kesha ma naqset qatt kienet -3C il-hin kollu.  Ikolli  nistqarr imma li l-ewwel goal ta’ l-Inter bil-fidi rajtu ghax dak il-hin kien hemm aktar cpar u ma rajtux.  It-tieni goal rajtu tajjeb.  Din is-sena l-Inter sejrin tajjeb. Jalla jibqghu sejrin hekk.

 

Karnival

Issa saret normali: Karnival is-sena kollha.  Imma ghad baqa’ dak ufficcjali fl-ahhar jiem qabel ir-Randan.  Hawn fil-Belt ta’ Assisi ma kien hawn l-ebda maskarat jew arja ta’ Karnival.  Meta konna Rivotorto ghall-kors, izda, nsertajna Karnival lokali bi ftit karrijiet u bis-sehem ta’ numru ta’ tfal.  Kienet festa ta’ spettaklu u kuluri. Ma kien l-ebda esagerazzjoni, bil-maqlub kollox kien semplici, simpatiku u jaghti gost genwin. It-tfal kollha imlibbsa ta’ karattri differenti serqu s-sempatija ta’ kullhadd, fosthom taghna il-patrijiet. 

 

Randan

L-ghada tal-Karnival bdejna l-mixja tar-Randan Imqaddes. Fl-okkazjoni ta’ l-Erbgha ta’ l-Irmied kellna koncelebrazzjoni bis-sehem tista` tghid tal-Patrijiet kollha, hadu sehem ukoll il-kjerci, l-postulanti u attendew ghadd ta’ nies.  Waqt il-funzzjoni sar it-tqeghid ta’ l-irmied fuq i-ras ta’ dawk presenti. Kienet stedina ohra biex ingeddu u nsahhu l-konversjoni ta’ qalbna lejn Alla. Waqt li nissiebhu ma’ Kristu fil-mixja tieghu  fid-dezert naghmlu hilitna biex niksbu il-konversjoni mhux biss mill-hazin ghat-tajjeb,   imma wkoll mit-tajjeb ghall-ahjar.  Nixtieq lilkom - Buon Cammino Qauresimale - kif xtaqt li dawk li ltqajt maghhom dak in-nhar.

 

Corda Pia

Wahda mid-devozzjonijiet Frangiskana li ssir u ghadha hajja hawn f’Assisi hija dik tal-Corda Pia,b’tifkira tal-pjagi ta’ San Fragisk. Sa mill-bidunett tal-konversjoni tieghu San Frangisk kellu qima  kbira lejn Gesu` msallab u sakemm miet ma qata’ xejn milli jxandar id-devozzjoni lejn Kristu imsallab. Fl-1224, sentejn qabel miet waqt li kien fuq l-ghola ta’ LaVerna, Frangisku rcieva minghand Kristu il-pjagi ta’ Kristu Msallab, festa li ahna l-Frangiskani niccelebaraw kull sena fis-17 ta’ Settembru.  Matul il-gimghat tar-Randan hawn fil-Basilika naghmlu t-tifkira ta’ din il-grajja b’kant, qari, talb u riflessjoni fuq il-hames pjagi ta’ Kristu. Kollox bi spiritu ta’ gabra u penitenza.

 

Quaranta ore

Fl-ewwel gimgha  tar-Randan kellna il Quaranta Ore (Kwaranturi) -erbghin siegha ta’ adorazzjoni. Fil-verita` ma kienu erbghin siegha xejn.  Imma xorta wahda l-ghadd ta’ sieghat li saru kienu stedina biex inqattghu ftit hin  ghas-shana ta’ l-Imhabba ta’ Kristu espost ghalina fuq l-altar.

 

Via Crucis

Matul il-Hdud tar-Randan hawn f’Assisi hawn id-drawwa li ssir il-Via Sacra.  Tibda f’wahda mill-knejjes li hawn fil-belt, tohrog mat-toroq u tispicca fi knisja ohra. Hemm xi tlett’ darbiet tispicca fil-Basilka taghna. JIehdu sehem ghadd ta’ nies fosthom pellegrini. 

 

Il-Gimgha il-kbira

Il-mixja tar-Randan din is-sena x’aktarx li ser twassalni biex niccelebra l-Ghid f’Malta.  Ghadni mhux cert. Zgur li l-gimgha ta’ wara l-ghid ghandi nkun Malta. Ser nipprova nigi ftit qabel biex inkun hemm ghat-Tridu ta’ l-Ghid.  Ilni tmien snin ma nkun Malta fil-Gimgha il-Kbira.

 

Jien nixtieqilkom  l-Ghid it-Tajjeb xorta wahda.  Jekk niltaqghu Malta tant l-ahjar naghtikom ix-xewqat hemm ikunu aktar friski.  Il-Paci maghkom ilkoll.

 ◄◄|werrej|►►

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hawn Assisi, qed ninduna

li l-Mulej qed i

doqqli muzika differenti minn

dik ta’ qabel. 

Kemm ilni

sacerdot

il-muzika

kienet differenti skond

il-post

u skond

ix-xoghol

li kelli. 

 

Kien hemm

zmien 

fil-hajja tieghi

meta

l-muzika kienet f

ast,

kwazi frenetika.

Kont dejjem sejjer,

minn haga

ghall-ohra,

minn attivita’

ghall-ohra.  Madanakollu kont nipprova nizfen

mill-ahjar

li nista`

skond id-daqqa.  

Kont

nipprova dejjem

nizfen

bil-qalb,

kemm meta kont

naghmel xoghol

ta’ hidma vokkazzjonali,

kemm meta kelli xoghol pastorali

u parrokkjali,

kemm meta

hdimt

fil-kamp ta’ formazzjoni.  Ippruvajt nizfen skond id-daqqa missjunarja kemm

fil-Filippini

u kemm

fit-Turkija. 

Il-Muzika dejjem iggustajtha. 

 

Issa f’Assisi

l-muzika

hija differenti. 

Hija aktar slow. 

Mhux mghaggla bhalma gieli kienet,

imma hija aktar

bil-mod - aktar

adagio. 

 

Ix-xoghol

li ghandi huwa wiehed li jitlob

aktar armonija

u kwiet.  Huwa principalment dak

fil-konfessjonarji

u ta’ direzzjoni spiritwali. 

Dan jitlob

li noqghod attenti

li nisma’ hafna

u li nitkellem

ftit biex nwassal

l-Imhabba

u t-Tbissima

ta’ Alla

lil dwak

li jibghat quddiemi.

 

Hija muzika

li tghogobni

assew.

 

Fuq kollox

din il-Muzika

li qed tghini nerfa` qalbi lejn Alla