il-pont -  no 62                           Assisi  - Italja        

Settembru 2003 no 62

<<|werrej|>>

Ferh Perfett

 

Dawk kollha li kitbu dwar il-hajja ta' San Frangisk hallewlna ghadd ta' grajjiet helwin. Wiehed minn dawn l-episodji huwa bla dubbju dak dwar il-Ferh Perfett li nsibu fil-ktieb tal-Fjuretti.

 

Kienet ix-xitwa u Frangisku flimkien ma Fra Leone kienu mexjin minn Perugia lejn Santa Maria degli Angeli. Il-ksieh kien ixoqq il-ghadam. Fit-triq Frangisku beda jkellem lil Fra Leone fuq il-ferh perfett. “O fra Leone, li kieku xi hadd mill-patrijiet kellu jaghti d-dawl lill-ghomja, s-smiegh lit-torox u il-mixi liz-zopop, il-kelma lill-muti u haga aktar ta’ l-ghageb, iqajjem ghall-hajja mejtin li jkun ilhom erbat ijiem fil-qabar: Kun af li l-ferh perfett ma jinstabx f’dan”.

 

Frangisku kompla jsemmi ghadd ta' hwejjeg qaddisa, twajba u sbieh li setghu jaghmlu l-patrijiet u kull darba kien jispicca jghidlu: “O fra Leone, kun af li lanqas f’dan ma jinstab il-ferh perfett”. San Frangisk kompla u qalli li imqar jekk xi hadd mill-patrijiet kellu jkun jaf jippriedka tant tajjeb, hekk li jdawwar ghall-fidi ta’ Kristu lil dawk kollha li m’ghandhomx fidi fiH: kun af li lanqas f’dan ma hemm il-ferh perfett”.

 

Fra Leone, mghaggeb ghall-ahhar, staqsieh u qallu: “Missier, nitolbok f’gieh Alla, li tghidli fejn jinsab il-ferh perfett”.  U San Frangisk tah din it-twegiba:  “Meta naslu Santa Maria degli Angeli, mxarrbin ghasra bix-xita, ngazzati bil-kesha u mejtin bil-guh, immorru u nhabbtu fuq il-bieb tal-kunvent u l-purtinar kollu rabja jigi u jghidilna: "Min intom?" U ahna nghidulu: "Ahna tnejn minn hutkom" u hu jghidilna: "M’intomx tghidu l-verità, intom zewg brikkuni li dduru u tingannaw id-dinja, u tisirqu l-karità li jaqilghu l-foqra, itilqu minn hawn". U jibqa’ ma jifthilniex, u jhallina barra ghall-borra u l-ilma, u jkollna nghaddu l-lejl fil-kesha u bil-guh. Imbaghad, kemm-il darba ahna jirnexxilna nsofru bis-sabar dawn l-offizi u dik il-mohqrija u l-imgieba hazina minghajr ma nithawdu u minghajr ma noqghodu nilmintaw kontrih, u nahsbu bl-umiltà kollha li dak il-purtinar lilna gharafna sewwa min ahna, u li kien Alla li gieghlu jitkellem kontra taghna: O fra Leone, kun af li hawn jinsab il-ferh perfett.  U li kellna nibqghu inhabbtu u hu johrog barra u jkeccina bi kliem iebes u b'daqqiet ta’ bastun bhallikieku konna xi nies ta' qattani u jghidilna: "Itilqghu minn hawn, hallelin mill-aghar, ghax hawn la se tieklu u lanqas se torqdu",  li kellna nsofru dan kollu bis-sabar u bil-ferh u nibqghu bit-tbissima: o Fra Leone, kun af li hawn jinsab il-ferh perfett…!"

 

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nintebah li din l-istorja tirrepeti ruha spiss li hajja ta' kull wiehed u wahda minna kull jum. Dan specjalment meta l-affarijiet ma jsehhux kif nixtieqhuhom ahna jew meta haddiehor ma jigbix ruhu maghna kif inkunu nippretendu ahna. Kemm ikollna minn dawn il-mumenti?! Fid-dar ma' tal-familja jew mal-qraba, fuq ix-xoghol, mal-hbieb, fil-kunventi... Xi drabi lanqas nintebhu li ahna wkoll ikollna dawn l-okkazjonijiet tal-ferh Perfett.  Bl-aljenzazzjoni taghna mhux biss nitilfu dawn l-okkazjonijiet tal-Ferh kif mifhum minn Frangisku, imma nispiccaw niehduha bi kbira u ngergru bla waqfien ma' kull minn jaghtina ftit widen... u nispiccaw biex nitilfu ukoll il-ftit paci li jkollna fil-qalb taghna!

 

Dawn il-grajjiet ta' San Frangisk mhumiex fairy tales.  Huma grajjiet li ghexhom u garrabhom huwa stess, u jrid li nitghallmu nghixuhom ahna wkoll.  Huwa b'hekk li nikbru ahna wkoll fil-Ferh Perfett!

 

Nixtieqilkom minn qalbi dan it-tip ta' Ferh Perfett.  Jalla meta jkollna minn dawn l-okkazjonijiet ngharfu ngarrbuhom fil-ferh. Sliem u ghozza, lil kulhadd.

 

Fr Thomas.

 

Mahfra ta' Assisi

Fit-2 ta' Awissu Assisi kien mimli bin-nies! X'kien hawn? X'gara? Ghalfejn dawn in-nies kollha? Kienet il-Festa tal-Perdono ta' Assisi.  X'festa hi?  Il-bidu ta' din il-festa jmur lura lejn il-bidu ta' Lulju ta' l-1216, meta Frangisku kien jishar fit-talb qrib il-kappella ckejkna tal-Porzjunkula u f'daqqa u l-hin ra dawl jghammex hiereg minn dak il-post qaddis.  Frangisku resaq aktar qrib u ra x-xbiehat ta' Gesù u Ommu Marija.  Gesù kellem lil Frangisku u staqsih xi xtaqt bi grazzja.  Frangisku ghamel il-hila u wiegeb: "Nixtieq li kull min jidhol f'dan il-post qaddis jaqla' l-mahfra ta' dnubiet kollha!"  Gesù baghat lil Frangisku ghand il-Papa.   Bla telf ta' zmien Frangisku mar ghand il-Papa li dik il-habta kien qieghed f'Perugia biex jitolbu l-Indulgenza.  Il-Papa Onorju III tah l-Indulgenza li xtaqt.  Frangisku hareg minn quddiem il-papa se' jtir bil-ferh. Fit-2 ta' Awissu ta' dik is-sena ghall-ewwel darba Frangisku habbar din l-Indulgenza.  Fost il-gemgha kien hemm seba' Isqfijiet.  Waqt id-diskors tieghu Frangisku qal: "Irrid li nibghatkom ilkoll il-Genna!".   Din il-festa ghadha ssir sa llum.  Il-kundizzjonijiet biex tintrebah din l-Indulgenza huma li wiehed jzur il-kappella jew xi Knsija ohra, ghid il-Kredu u l-Missierna, jitlob skond il-fehma tal-Papa, u jersaq lejn il-Sagrament tal-Qrar u jitqarben.  Nista' inhallikom tahsbu kemm resqu nies ghal qrar f'dawk il-jiem.  Fit-tard wara l-ikel ta' filghaxija nzilt sal-Porzjunkula jiena wkoll ma' Padre Alfio Nucci u ghamilna zjara flimkien fil-Kappella ta' Santa Marija ta' l-Angli. Waqt li kont hemm tlabt ghal dawk kollha li dak in-nhar xtaqu jkunu f'dan il-post qaddis biex jiksbu huma wkoll il-Barka u l-Grazzja ta' din l-Indulgenza.  Tlabt ghalikom ukoll.

 

Santa Klara

Din is-sena kif tafu qed jigi ccelebrat is-750 sena mill-mewt ta' Santa Klara. Fil-11 ta' Awissu ta' l-1253 Klara ghalqet ghajneha fuq din l-art u fethithom b'mod glorjuz fil-Genna.  Dak il-nhar kelli l-impenji tal-qrar bhas-soltu, izda filghodu kmieni hrabt harba sal-Bazilka ta' Santa Klara u hadt sehem il-quddiesa konventwali li saret ghas-sorijiet Klarissi.  Kif spiccat il-Quddiesa nzilt fil-kripta fejn hemm il-gisem tal-Qaddisa u qaghadt ghal ftit hin nitlob fis-skiet hemmhekk.  Tlabt ukoll f'isem dawk kollha li xtaqu li jkunu hemm f'dak il-jum specjali.  Kif spiccajt mort nigri lejn il-Kunvent ghax fis-9.30am kelli nqaddes quddiesa bl-ingliz lil grupp ckejken li gew minn l-Ingilterra u dritt wara kelli il-qrar.  Filghaxija kien imissni mmexxi quddiesa ohra dik tal-hin fil-Bazilka nferjuri.  Hassejtni tassew xxurtjat li fl-okkazjoni ta' dan l-Anniversarju kelli c-cans li nzur il-Bazilka ta' Santa Klara u nqaddes u nippriedka fuq il-hajja ta' din il-Qaddisa, l-ewwel wahda fost in-nisa li halliet d-dar, il-familja u telqet kollox biex timxi wara Kristu fuq il-passi ta' Frangisku. Ma setghax jonqos li dak in-nhar nitlob ghall-Klarissi kollha mifruxa mad-dinja, b'mod partikulari ghall-hutna l-Klarissi f'San Giljan f'Malta.

 

Aktar zjajjar

Hafna tours minn Malta izuru Assisi matul is-sajf. Hafna minnhom huma ta' tip hit-and-run. Jaslu Assisi ghal habta ta' nofs in-nhar u fis-saghtejn ta' wara nofs in-nhar iridu jkunu mill-gdid fuq il-coach halli jitilqu.  Ftit ikollhom hin biex iduru u jaraw din il-Belt helwa!  Xi whud jasalu sal-Bazilka u jistaqsu ghalija.  Huwa l-gost tieghi niltaqa' ma' hbieb minn Malta.  Imma hasra li ma jkollhomx hin bizzejjed.  Fost dawk li zaru Assisi kien hemm Fr Arthur Cutajar u seba' postulanti frangiskani konventwali maltin.  Dawn ma gewx ma tour ghalhekk kellhom aktar hin biex iduru mal-Belt.  Filghodu marru jaraw Santa Maria degli Angeli, imbaghad gew u hadu sehem fil-Quddiesa tal-11.00am li kien imiss li nqaddes jien.  Wara il-quddiesa dorna mal-Bazilka ta' isfel u ta' fuq u tlabtna ftit fuq il-Qabar ta' San Frangisk.  Wara l-ikel morna nzuru l-Bazilka ta' Santa Klara, San Francesco Piccolino u xi postijiet ohra.  Merhba bil-maltin kollha li jigu!

 

Zjara tal-Muza

Matul dawn l-ahhar gimghat kelli zjara mhux tas-soltu.  Giet izzurni l-Muza tal-Poezija.  Hafna drabi waqt il-meditazzjoni li naghmlu wara it-talb ta' filghaxija fuq il-Qabar ta' San Frangisk ikolli ktieb u generalment noqghod bil-kwiet naqra u nirrifletti ftit.  Dan l-ahhar waqt li kont fis-skiet bdew gejjin f'mohhi qieshom vrus b'rima maghhom.  Hrigt lapis mill-but u bdejt nikteb dawn il-vrus fuq karta.  U fi zmien qasir waqt dawn iz-zjarat irnexxili nikteb xi erba' poeziji. Diga' sabu ruhhom mal-gabra ta' poeziji Frangiskani li hemm migbura fil-website.  Hemm tnejn minnhom huma riflessjoni quddiem il-qabar ta' San Frangisk.  Jekk tixtieq tarahom zur il-parti tal-Poezija Frangiskana.

 

Trasimeno

F'wahda mill-jiem off li qed qed ikolli mort inzur l-Ghadira Trasimeno flimkien ma' Fr Maurice Richard, patri Kanadiz.  F'nofs din il-ghadira hemm gzira ckejkna.  Darba minnhom San Frangisk ghadda r-Randan kollu fit-talb u s-sawm fuq id-din il-gzira.  Certament kif kont hemm mort inzur il-post fejn kien jitlob il-Qaddis Fqajjar ta' Assisi.  Fuq il-post kien hemm statwa tal-qaddis, li kienet ilha zmien ma taqla' tfarfira!  Ghalhekk Maurice u jien dahhalna idejna fil-but, hrigna l-imkatar li kellna u f'kemm ilni nghidlek tajna tfarfira kif imiss lill-istatwa.  Sthajjilt lil Frangisku jitgharrax u jitbissem jien u farfarlu taht abtu mill-ghanqbut li kellu mdendel mieghu. San Frangisk ha r-ruh mill-gdid u cert li deher aktar nadif!  Wara nofs in-nhar ergajna lura s-Sacro Convento.

 

Ghad-dell tal-Koppla tal-Vatikan

Kont ilni minn minndu wasalt Assisi nipprova nsib gurnata biex immur Ruma. Nghid id-dritt mhux tant biex nara l-Papa - ghax dan gie Assisi is-sena li ghaddiet, izda biex inzur lil Patri Albert Sammut.  Fl-ahhar b'rihet id-day off li qed ikolli gietni l-okkazjoni u hadtha.  Cempiltlu l-lejl ta' qabel biex nara jekk kienx ser ikun hemm.  Qalli li kien ser ikun hemm u ftehmna biex niltaqghu fil-11.00am.  Qbadt it-tren kmieni u ghad-9.00am kont digà Ruma.  Kelli hin bizzejjed ghalhekk mill-istazzjon hadtha bil-mixi lejn il-Vatikan.  Kif wasalt mort inghid talba fuq il-Qabar ta' San Pietru. Zort ukoll il-qabar tal-Papa Pawlu VI, dak in-nhar kien ezatt il-25 sena mill-mewt tieghu. U fil-hdax bom kont wara il-bieb tal-Penitenzieria fil-Vatikan.  Lil Patri Albert sibtu jistennini bl-ghozza bhal dejjem.  Gieb xi haga friska x'nixorbu u qghadna nitkellmu sakemm sar il-hin ta' l-ikel.  Wara l-ikel mort fil-kamra tieghu nfittxu xi poeziji bil-malti dwar San Frangisk.  Sibna qabda gmielha!  Ghamilli fotokopja taghhom biex ikun nista' nohodhom mieghi.  Xi t-3.00pm tlaqna flimkien lejn ic-Cimiterju ta' Ruma. Zorna l-qabar fejn hemm midfuna l-Patrijiet ta' l-Ordni taghna, fosthom Patri Filippu Zahra, li serva ghal hafna snin bhala missjunarju f'Zambia fl-Afrika. Zorna xi oqbra ohrajn u ghaddejna minn hdejn dawk ta' l-atturi Vittorio Gazman u Alberto Sordi. Ghedna Requiem aeternam ghar-ruhhom.  Kif spiccajna id-dawra tlaqna bil-pass lejn l-istazzjon tat-tren, sellimna lil xulxin u nfirdna. Patri Albert qabad il-karozza ghall-Vatikan u jien it-tren lura lejn Assisi.  Kienet gurnata sabiha fil-kumpanija ta' habib tassew.

 

Fuq il-Muntanji

Matul dawn l-ahhar gimghat l-patrijiet tas-Sacro Convento wiehed wara l-iehor bdew jiehdu ftit jiem ta' btala.  Kien imiss lili wkoll. L-ghada ta' Santa Marija qbadt it-tren u mort gimgha ghand Franco u Elena Vallanzasca, hbieb tieghi minn Milan, f'rahal ckejken jismu Casasco fuq il-muntanji qrib il-Lago di Como.  Kienet l-ewwel darba li qattajt il-vaganzi fuq il-muntanji.  Kienet esperjenza gdida u sabiha.  Kelli hin biex norqod ftit aktar mis-soltu, nistrieh, naqra, nimxi u biex nitlob aktar.  Gesù kien spiss jinqata' ghalih wahdu u jitla fuq xi muntanja. Hemm fuq il-muntanja hassejtni eqreb lejn Alla.  Kemm ilni Assisi Franco u Elena gew jarawni darbtejn. Weghethom li l-ewwel okkazjoni li jkolli mmur nzurhom jien.  U l-okkazjoni giet u mort. Franco u Elena daru bija bhalikieku kont wiehed tal-familja. Hasra li l-gimgha ghaddiet tigri malajr wisq! Ergajt lura Assisi mgedded!

 

Tmiem in-Novizzjat

Kull bidu mitmum.  Hekk is-sena tan-Novizzjat ta' Pietru, David u Mario n-novizzi maltin. Nhar il-Gimgha 29 ta' Awissu f'Osimo saret il-professjoni ta' l-Ewwel Voti tal-kumpanji taghhom: Marco, Massimo, Davide, Fiore u Luciano. Jien xtaqt immur biex niehu sehem fic-celebrazzjoni u xejn xejn insellem lill-ahwa maltin qabel jitilqghu, imma dak in-nhar stess filghaxija kien imissni nqaddes il-Quddiesa fil-Bazilka hawn f'Assisi. Però cempiltilhom u wassaltilhom ix-xewqat tieghi xorta wahda. L-ghada s-Sibt filghodu kmieni it-tlett novizzi Maltin hallew Osimo u qabdu it-tren ghal Ruma minn fejn kellhom jaqbdu l-ajruplan biex jirritornaw Malta.  It-tnax-il xahar tan-novizzjat ghaddew.  Issa jmiss lil dawn hutna li jaghmlu huma wkoll l-Ewwel Voti taghhom  bhala Frangiskani Konventwali.  Jalla il-Mulej jkompli jsahhah il-passi taghhom fit-triq li qabdu.

 

Aktar pagni

Matul dawn l-ahhar gimghat fil-hin liberu li kien ikolli komplejt nahdem u nzid pagni godda ghall-web-site dwar San Frangisk - www.sanfrangisk.com. L-ghadd ta' poeziji zdied ghal sitt tuzani.  Zidt pagni godda fil-parti specjali dwar Santa Klara, fost dawn l-Messagg tal-Papa fl-okkazjoni tac-Centinarju tal-mewt tal-Qaddisa. Dan il-messagg jidher bil-Malti.  Komplew jaslu wkoll ittri bi kliem ta' nkuraggament minn diversi hbieb u persuni li lanqas biss nafuhom.  Kollox ghal Glorja tal-Mulej.

 

Jalla il-Paci tal-Mulej li Frangisku ta' Assisi ghex f'qalbu u xtaqt lil kull bniedem li ltaqa' mieghu tkun maghkom ilkoll.  Sahha u Barka.

 

<<|werrej|>>

  

L-episodju tal-Ferh Perfett hu

l-aktar

wiehed maghruf

fost

il-Fjuretti.

Huwa certament

dak li l-aktar

jesprimi

l-esperjenza evangelika

ta’ Frangisku, centrata

fuq wiehed

mill-aktar

aspetti karatteristici

ta’ hajtu:

il-ferh

minkejja

n-nuqqes

ta’ komprensjoni

u

t-tribulazz-jonijiet

li kellu jiltaqa` maghhom,

ghall-imhabba

ta’ Kristu.

 

Kienu hafna dawk li b'xi mod jew iehor wasluli l-awguri u talbu ghalija fl-okkazjoni ta' gheluq snini.  Minn qalbi nroddilhom hajr u jalla jgawdu huma ukoll mill-istess talb u barkiet li talbu ghalija.