L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Sorijiet Klarissi


 kitba ta' Sr. Marija Immakulata Bellizzi OSC


Klara: Dawl u Sebh

 

It-tieni Ordni Frangiskan, imsejjah Ordni ta' Santa Klara, twieled fil-knisja ta' Santa Maria degli Angeli tal-Porziunkola, fil-lejl ta' Hadd il-Palm,, 28 ta' Marzu 1211, meta Santa Klara, f'idejn San Frangisk ikkonsagrat ruhha lil Alla (1). lzda l-Ordlni kien ga twieled fil-qalb ta’ San Frangisk meta dan, ftit wara l-konverzjoni tieghu, kien qieghed jibni l-knisja ta' San Damjan, fejn kien sama' l-lehen tal-Kurcifss jghidlu: "Mur, Frangisku, ibni l-Knisja tieghi ghax, kif tara, qed tig­garraf." F'hin wiehed, mimli bi xrara profetika, waqt li kien qed isewwi s-saqaf, huwa ghajjat lil xi nies ta' l-imkejjen u qalilhom bil-Franfiz ta' Provenza, li kien juzah meta kien ikun ferhan: "Ejjew ghinuni nibni l-knisja u l-monasterju ta' San Damjan, ghax hawn ghad jigu jghammru nisa li bil-hajja qaddisa taghhom isebbhu lil Alla fil-Knisja kollha."

 

Klara aktarx twieldet f'Assisi fis-16 ta' Lulju 1194. Giet imgham­mda, bhal San Frangisk, fil-katidral ta' San Rufino, Hemm qaddis iehor li tghammed hemm, u li fil-maghmudija tawh l-isem ta' Francesco; dan hu San Gabrijel ta' l-Addolorata, Missierha kien il-kavallier Favarane d'Offreduccio (2) li minnu wirtet dik il-qawwa ta' temperament fil-mumenti difficcli ta' hajjitha; minghand ommha hadet l­it-tjubija u l-imhabba I'ejn il-fqar. Kienet l-ewwel wahda fost tliet ahwa bniet. Ftit qabel it-twelid taghha, ommha, Ortolana, inxhehtet gharkubbtejha quddiem Kurcifiss u talbet hlas tajjeb. U lefhen mill-Kurcifiss ighidilha: "Tibzax, Ortolana, ghax inti se ggib tarbija li ghad tkun dawl li jdawwal id-dinja". Mimlija bil-ferh, kif twieled din it-tarbija, ommha tatha isem li jfisser dawl u sebh: "Klara”. Hadd' ma kien igfhid hlief gid fiha matul is-snin ta' tfulitha u zghozitha. Kienet tfajla l-gmiel taghha, b'ghajnejn zoroq bhas-sema ta’ l-Umbrija u xaghar zbul tad-deheb li ghadu jinzamm bil-ghozza go reliwarju sal-lum. Ommha u missierha kienu jriduha taccetta xi kavallier tal-kondizzjoni taghha; izda hija ma riedet lil hadd. Klara kienet iggennet ghall-isbah Wiehed fost ulied il-bnedmin, u dak li kien jigbidha l-izjed, kien l-istat ta' faqar li Huwa ghazel. Kienet thobbu, u riedet issir bhalu, ghax l-imhabba trid taqsam. Imma ma kienitx taf x'kellha taghmel; ghalhekk talbet u stenniet.

 

Harba mid-dar

 

Is-siegha ta' Alla daqqet x'hin Frangisku kellu l-permess mill-isqof ­Gwido ta' Assisi biex jippriedka r-Randan fil-kattidral, Klara hatfet din l-okkazjoni, u marret tkellmu flimkien ma' habiba tal­i-familja li fethet qalbha maghha, Bona de Guelfuccio. Il-Qaddis hajjarha biex tissahhah fil-fehma taghha li  taghti ruhha lil Gesù Kla­ra kienet taf tajjeb li dawk tal-familja taghha, tant kburin bin-nisel nobbli taghhom, ma jhalluha qatt tmur timxi fuq il-passi ta' Frangisku kienu jikkonsidrawh bhala wiehed baxx. Ghalhekk, hija hadet decizjoni kbira. Iddecidiet li tahrab. F'Hadd il-Palm, liebsa bl-isbah ilbies taghha, Hadet sehem fic-cerimonja mqaddsa fil-katidral ta' Assisi u, filwaqt li kulhadd tala' ha jircievi l-palm mbierka, Klara ' baqghet f'postha. L-Isqof nizel it-tarag ta' l-artal u mar gieghed hu stess il-palma f'idejha, Aktarx li dak kien sinjal miftiehem minn qabel !i bih ried juri li dak li kienet sejra taghmel kien imbierek minnu. Bil-lejl, x'hin kulhadd kien rieqed, Klara harget inkiss inkiss u, kien mal-habiba taghha Pacifika de Guelfuccio, oht Bona, erhiet lejn Santa Maria degli Angeli fejn San Frangisk u shabu kienu qed jistennewha. Hemm, f'dik il-knisja ghaziza, quddiem l-artal tal-Madonna Klara tenniet il-weghdiet taghha. Dak ix-xaghar sabih waqa' taht l-imgass ta' San Frangisk, u flok il-bellus libset l-abitu Frangiskan. Ghall-ewwel San Frangisk hadhom it-tnejn (ghax Pacifika baqghet ma’ Klara, ghexet maghha u mietet hafna warajha) ghand is-Sorijiet Benedittini. Il-familja ma dametx ma kixfet fejn qieghda, u marru ghaliha biex, bis-sewwa jew bid-dnewwa, jehduha lura. Izda Klara bla biza' tat xhieda ta' dak il-kuragg taghha x'hin b'id wahda qabdet ma' l-artal, sinjal li jfisser li ghandha d-dritt tas-santwarju, u b'idha l-ohra nehhiet il-velu u wriethom xagharha maqtugh; haga li ghal dak iz-zmien kienet tfisser hafna: mhux bhat-tfajliet ta' daz-zmien li jaqtghu xagharhom kif iridu. B'daghdiegha kbira fuqhom hallewha ghax raw li ma setghu jaghmlu xejn.

 

Xi hmistax-il jum wara, ohtha Anjeze marret taparsi taraha, kisret gherusija li kellha u baqghet ma' ohtha. Din id-darba l-kum­battiment kien ahrax wisq. Lil dik it-tfajla kaxkruha 'l barra minn xagharha. Klara b'ghajnejha kollha dmugh bdiet titlob ghal ohtha. F'daqqa wahda Anjeze saret tqila daqs ic-comb u dawk l-irgiel armati ma felhuhiex. Iz-ziju Manaldo refa' idu biex jaghtiha daqqa ta' stallett. Drieghu ibbies! Hemm waslet Klara, canfrithom ghal dik il­hruxija, u telqu.

 

Ix-xitla li kellha tikber

 

Fis-sajf ta' dik is-sena, San Frangisk lesta x-xoghol ta' San Damjan u Klara u shabha marru jogoghdu hemm. F'Settembru dahlet ohra maghhom u n-numru baqa' jizdied sakemm lahaq Hamsin.

 

Sa mill-bidu, Klara u shabha weghdu obbedjenza lil San Frangisk. Kienet issejjah lilha nfisha: "ix-Xilta ckejkna tal-Missier Qaddis Frangisku". Huwa kien il-gardinar. Mad-daqqa ta' ghajn, l-Ordni l-gdid tan-nisa kien jidher bhalma kaienet Eva' ghal Adam:-ghajnuna li tixbah lilu: ghanuna ghall-Ewwel Ordni tal-Minuri: minn lahmu u minn ghadmu. L-ewwel u t-Tieni Ordni inkarnaw l-idejal ta' hajja attiiva uhajja kontemplattiva li kienet theggeg bhal vappa fil- qalb ta' San Frangisk (3). L-Ordni kiber malajr, fl-1227, go l-Italja kien hemm mill-inqas 26 monasterju, u biz-zimien komplew zdiedu. L-Ordni dahal go Franza, wasal sa dik li qabel kienet ic-Cekoslovakja (Praga), dagal fil-Germanja u l-Belgju u baqa' jixxerred mad-dinja.

 

Il-Hajja tal-Klarissi

 

Skond statistiki li saru dan l-ahhar jinsabu madwar 900 monsaterju ta' Klarissi fid-dinja li fihom madwar 19,500 sorijiet; li ghalkemm ghandhom Kostituzzjonijiet differenti ilkoll jghixu l-istess Regola ta’ Santa Klara.

 

L-idejal ta' Klara u shabha kien li jghixu l-hajja mohbija ta' Gesu u Marija f'semplicità evangelika, fejn il-Badessa tkun l-omm li tahseb ghall-gis ta' l-ohrajn u taqdi l-familja taghha, fl-ubbidjenza, fis-safa u l-klawsura, fit-talb u l-liturgija, fl-attivita tax-xoghol u l-bzulija, u fil-faqar li San Frangisk tant habbu u li ghalih Klara ikkumbattiet sa l-ahhar.  Kienet Klara li talbet lill-Papa l-Privilegg tal-Faqar imqaddes billi bih hadd ma kien jista' jisfurzaha taccetta renti.

 

Il-hajja qaddisa ta' Klara kienet tiddi bil-glorja tal-mirakli. F’mument ta' ghaks, hija kattet il-hobz, fejqet xi morda, anki San Frangisk baghtilha l-morda biex tfejjaqhom. Hija kellha l-hena li tircievi fl-Ordni mhux biss lil ohtha z-zghira Beatrice, izda wkoll lil ommhom Otolana li wara l-mewt tar-ragel taghha dahlet soru f'San Damjan u b'fama ta' qdusija. Ic-centru tal-hajja ta' Santa Klara kien Gesù Ewkaristija. Meta s-Saracini assedjaw il-belt ta' Assisi, u gew ihebbu ghal San Damjan, Santa Klara daret lejn Gesu fis-Sagrament. U t-talba taghha helset il-monasterju u l-belt (4). Il-qaddisa taghna mietet fil-11 ta' Awissu 1253. L-ahhar kelmiet taghha kienu jixirqu lill-bint primogenita tal-Patrijarka li hallielna il-maghruf "Kantiku lill-Hlejjaq":- Mulej, niringrazzjak li hlaqtna! Dawn kienu l-ahhar kliem ta' dik li l-bijografu taghha Tumas minn Celano jghidilna li kienet saret xbieha l-aktar perfetta tal-Madonna.

 

Il-Klarissi f'Malta

 

Meta San Pawl kien sejjer Ruma, ma kellu ebda hsieb jigi Malta, kienet il-Providenza ta' Alla li xehtitu hawn. L-istess nistghu nghidu ghal ulied Santa Klara: il-Klarissi. Dawn ma kellhom l-ebda hsieb jigu jaghmlu fondazzjoni go Malta, izda kienet l-id ta' Alla li gabithom hawn. Meta faqqghet l-Ewwel Gwerra Kbira, ir-religjuzi Francizi tal-Palestina, fosthom il-Klarissi ta' Gerusalem u Nazaret, kellhom­ jitilqu minn hemm, Huma qatghu l-passagg ghal Lixandra. X'hin kienu fil-part ta' Lixandra, tela' abbord il-konslu Franciz u qal lill-passiggieri li kien hemm bastiment iehor lest biex jiehu lil dawk li riedu jmorru band'ohra: Il-Vigarju ta' Nazaret, Suor Marie-Joseph, li kienet ilha zmien twil thoss gibda f'qalbha biex tixhet go Malta zerriegha tax-"Xitla Ckejkna ta' San Frangisk", dak il-mument rat sinjal tal-Pravidenza. Qalet kelmtejn lill-Madre Badessa u f'kemm ili nghidlek il-Klarissi ta' Nazaret nizlu mill-vapur fejn kienu u telghu f'iehor waqt li l-Klarissi ta' Gerusalem baqghu Lixandra. Flim­kien maghhom telghu fuq il-vapur is-Sorijiet ta' San Guzepp.

 

Kien l-10 ta' Dicembru 1914 meta waslu Malta. Billi l-Klarissi ma kellhomx fejn imorru, is-Sorijiet ta' San Guzepp haduhom ghandhom. Imma dak il-kunvent zghir ta' Triq Zakkarija ma setax jasa' dawk is-Sorijiet kollha. il-Vigarju tas-Sorijiet hadham il-palazz ta' l-arcisqof fejn ghaddew il-lejl. L-ghada gew ghalihom is-Sorijiet tal-Karita ta' Hal Tarxien fejn ghaddew ghaxart ijiem. Sadattant I-Isqof Portelli sabilhom dar tas-Sorijiet Frangiskani ta' l-Egittu go Haz-Zabbar fejn marru lejliet il-Milied u hemm ghaddew l-ewwel Milied taghhom f'Malta. “Qatt ma doqna daqs hekk il-faqar ta' Betlem u ta' Greccio bhal il-lejl tal-Milied," tghid il-kronista, "f'dak il-post f'nofs il-ghelieqi, konna ferhanin ghax nassejna li Alla kien qieghed jiehu hsiebha."

 

Haz-Zabbar damu hames snin. Fl-1919, l-Arcisqof Mawru Caruana ta l-permess ghall-fondazzjoni. Baqghu erba' Sorijiet hawn Malta, fosthom il-Madre Marie-Joseph li saret Badessa; l-ohrajn regghu lura lejn Nazaret. Gew zewg Sorijiet Inglizi, giet wahda minn Lixandra, ohra minn Assisi u dahlu tnejn Maltin. Dik is-sena gew joqoghdu go dar kbira San Giljan. ll-vokazzjo­nijiet zdiedu, u fit-12 ta' Awissu 1933 tqieghdet l-ewwel gebla ta' l-monasterju dedikat lil Gesù Bambin Re (ta' Praga). Fil-25 ta' Marzu 1935 is-Sorijiet dahlu fil-monasterju l-gdid. FI-1947 Mons Arcisqof Mikiel Gonzi, f'cerimonja sabiha, ikkonsagra l-kappella.

 

Il-Hajja kontemplattiva klawstrali

 

Il-hajja kontemplativa klawstrali tiltaqa' ma' hafna attakki: Ghalfejn? Ghaliex? Ghax ma johorgux jaghmlu xi haga, ghall-gid? X'joqoghdu jaghmlu hemm? Il-Koncilju Vatikan II iwiegeb billi jghid li dawk li huma. msejhin ghal din il-forma ta' hajja jaghtu glorja kbira lil Alla, ixerrdu dawl ta' qdusija fuq il-poplu ta' Alla, jigbdu lill-fidili bl-ezempju taghhom u jkabbru l-Knisja minn gewwa u bil-mohbi (PC. 7). Fil-gisem taghna, il-membri ghandhom xoghol differen­ti; hekk ukoll fil-Gisem Mistiku li hu l-Knisja. Hemm organi ta' barra u ohrajn ta' gewwa, izda kollha huma mehtiega. Santa Terezina qalet: "Fil-Gisem ta' Kristu, jiena l-qalb".  Dan hu x-xoghol ta' dawn l-istituti ta' hajja kontemplattiva; huma l-qalb tal-Gisem Mistiku, u minghajr il-qalb ir-ras ma tahdimx u kollox jieqaf.

 

Kull forma ta' hajja religjuza ghandha turi u tkompli xi aspett mill-hajja ta' Kristu. Huwa l-istess Gesù li xabba’ hamest elef ragel (bla ma nafu kemm kien hemm tfal li zgur kienu d-doppju!... u n-nisa,) u baghathom lura meta riedu jaghmluh sultan waqt li tala' wahdu fuq muntanja fejn ghadda l-lejl f'talba intima mal-Missier. L-istess Gesù li wara li fejjaq omm il-mara ta' San Pietru, u n-nies kollha ta' Kafarnawm ingabru wara l-bieb jitolbu l-fejqan, l-ghada mas-sebh harab minn hemm. Hekk kull forma ta' hajja religjuza ghandha turi lil Kristu fl-attivitajiet tieghu mal-poplu, u fil-hemda u s-skiet tal-hajja tieghu. Xorta wahda u kullimkien Huwa jahdem ghas-salvazzjani tal-­bnedmin. Id-dinja ghandha bzonn tifhem li s-saltna ta' Alla mhix ta' hawn. U kif huma wisq mehtiega religjuzi li jghallmu t-tfal, li jiehdu hsieb il-morda u x-xjuh u jahdmu f'kull qasam socjali, jehtiegu wkoll religjuzi li bil-hajja taghhom jilhqu appostolat biex jghinu lill-fidili jeghelbu t-tentazzjoni kbira ta' zminijietna: l-atejiimu u ta’ l-allat foloz. Religjuzi ta' hajja kontemplativa klawstrali  jistqarru quddiem id-dinja, bla kliem u bla storbju, bis-skiet tal-hajja taghhom kollha moghtija lil Alla, kollha ferhana, li Alla huwa kollox, kif kien jghid San Frangisk, u minghajru l-hajja li jghixu tkun impossibbli Huma juru bil-hajja taghhom li Alla li hu Mhabba, u li jixraqlu jkun mahbub ghalih in-nifsu. Il-hajja taghhom hija milja ta' prezenza divina , u juruh lid-dinja tal-lum  "Intom l-ilma li jsaqqi d-dielja tal-Mulej", qal il-Papa Piju XII lis-sorijiet klawstrali. Mad-daqqa t'ghajn l-ilma ­jkun mormi fl-art, imma bla tisqija l-gheruq ma jkollhomx hajja u s-sigra ma taghtix il-frott. Fid-digriet "Ad Gentes", l-lsqfijiet fil-Kon­cilju jaghmlu enfasi biex fil-missjonijiet tidhol il-hajja kontemplattiva ghax "din hija sinjal ta' l-izvilupp shih tal-Knisja." (AG 18).

 

Noti:

1. Id-data tradizzjonali ta' Hadd-il Palm, 18 ta' Marzu, 1212, giet imhollija wara li nstab it-test tal-profess tal-kanonizzazjoni ta' Santa Klara, Skond. it-test ix-xhieda jghidu li l-Qaddisa ghexet bejn 42 u 43 sena f'San Damjan.

 

2. Fuq il-familja ta' Santa Klara nafu li kienet mill-aktar nobbli u kbar ta' Assisi. Kien zball ta' certi bijografi li taw lil Klara in-nisel ta' Scefi. Minn dakumenti mportanti li nsabu fl-arkivji tal-Katidral ta' Assisi, nafu l-ismijiet tal-membri tal-familja. In-nannu kien Offreduccio di Offredo, u uliedu Manaldo, Ugolino, Paolo, Scipione, (missier Frate Rufino), u Favarone (missier Klara, Anjeze u Beatrice). Ugolino kien missier Martino di Corano; dan kellu zewg tfajliet, Balbina u Amata, li dahlu t-tnejn ma' Klara f'San Damjan.

 

3. Bhala Regola, Santa Klara u shabha kellhom biss fil-bidu "forma vitae" miktuba fi ftit kliem minn San Frangisk. Ghalkemm qasira u semplicii din kienet bizzejjed ghal "Pianticella" tal-Missier Serafiku, li xorbot-l-ideal tieghu u li kienet l-aktar fidala lejh.  Innocenz III fl-1216 u Girgor IX fl-1228, taw lill-monasterju ta' San Damjan il-privilegg l-'Altissima poverta". L-Ordni tal-"Povere Dame", kif kien ihobb isejhilhom San Frangisk, zdied bis-shih sa mill-bidu. Klara, biex thares l-ideal tal-Fundatur kitbet hija stess Regola, mehuda mir-Regola tal-Minuri tal-1223, bhala maqsuma fi tnax-il kap. F'din ir-Regola Klara hadet dak li kien jghodd ghas-Sarijiet u ziedet dak li jehtieg ghall-Ordni taghha. Bil-Bulla "Solet Annuere" tad-9 ta' Awwissu 1253; il­-Papa Innocenz IV wettaqhielha. Il-qaddisa kienet gieghda tmut. Hija rceviet ir-Regola bullata fil-festa ta' San Lawrenz, bisitha hafna drabi u mietet l-ghada, 11 ta' Awissu fi nzul ix-xemx. Fil-funeral taghha, il-Papa Innocenz iccelebra l-quddiesa flimkien mal-Kardinali u ried jiddikjaraha qaddisa dak il-hin billi jqaddes quddiesa tal-Vergni. Il-Kardinal Rinaldo wissieh li ahjar jimxi skond il-protokol, Xaghrejn wara l-mewt taghha, f'Novembru 1253, infetah il-process tal-kanon­izzazzjoni u sentejn wara, fil-festa ta' Santa Marija Assunta, 1255, il-Papa Alessandru IV (l-istess Kardinal Rinaldo) bil-Bullu "Clara claris" tellaghha fil-glorja tal-altar.  Il-Beata Isabella ta' Franza, oht ir-Re Luigi IX, kitbet Regola ohra bazata fuq dik ta' Santa Klara, li giet approvata mill-Papa Alessandro IV u mbaghad mill-Papa Urbano IV. Din ir-Regola giet imsejha it-Tieni Regola jew tal-Urbanisti. Ftit kienu l-manasterji li adottawha. Issa wara l-Kancilju, saru Kostituzzjonijiet godda li jorbtu lill-Klarissi kollha.

 

4. Fis-16 ta' Frar 1958, bid-dokument "Clarius explendescit" il-Papa Piju XII hatar lil Santa Klara Patruna tat-TV. Hija taqsam ma' l-Arkanglu San Gabriel l-unur tal-patrocinju tal-mezzi ta' komunikazzjoni socjali. Ghaliex il-Papa ghogbu jaghti don il-gieh lil qaddisa li ghexet fit-tlettax-il seklu? Ghax il-Mulej jdewwaq lilha l-ewwel frotta tat-TV miraklu li jirrakkantah Celano. Fl-ahhar Milied ta' qabel il-mewt taghha, fl-1252; wahedha fuq is-sodda fqira taghha, mohhha u qalbha mimlija bil-misterju tal-Verb Inkarnat, hija talbet hekk: "Mulej Alla tieghi, jien ninsab wahdi hawn!" F'daqqa wahda bdiet tisma' l-muzika li kienet qed issr fil-Knisja ta' San Frangisk. Bdiet tisma' l-orgni u l-Patrijiet ikantaw. Dik il-Knisja mhix qrib daqs hekk li tista' tisma' kant; bilfors li Alla jew b'xi mod tal-ghageb wassal ic-cerimonja sa ghandha, jew kabbar is-smiegh ta' widnejha. lzda aktar mill-miraklu tas-smiegh, hemm haga izjed tal-ghageb: hija rat ukoll il-maxtura ta' Gesù Bambin. Meta fil-ghodu gew jarawha s-Sorijiet, Santa Klara qaltil­hom: "Imbierek il-Mulej li ma hallinix wahdi. Bil-grazzja tieghu jien assistejt ghac-cerimonja kollha li saret fil-knisja ta' San Frangisk" (Celano. Leg. Santa Chiara. 29). Hawn min irid ifisser b'mod simboliku don il-fatt. Ahna nippreferu nehduh fis-semplcità li biha Celano jir­rakkontah. Ta' min jinnota li l-knisja ta' San Frangisk tinsab madwar nofs mil il-bogfiod minn San Damjan. Tista' isma' d-daqq tal-qniepen izda' ma tistax tisma' kant li qed isir gewwa, u wisq inqas ma tista' tara. Dan il-fatt, uniku fl-istorja tal-qaddisin, ghandu bhala oggett cerimonia li kienet qed issir dak il-hin stess f'post preciz, u mhux xi` estasi li biha l-qaddisa rat u-semghet xi haga tal-Genna.

◄◄|werrej|►►


Taghrif migbur minn Sr. Marija Immakulata Bellizzi OSC. f’Kittieba Diversi, L-Ordni Frangiskan fid-dinja u f’Malta, Religjon u Hajja, Storja 6,  Malta 1976.

Assisi 6.4.2003


Santa Klara

ta' Assisi

fundatrici flimkien

ma' San Frangisk

tas-Sorijiet Klarissi