|
L-Ordni Frangiskan f'Malta |
|
|
Frangiskani Kapuccini (OFMCap) Kitba ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv
Moviment ta' Tigdid Il-Kapuccini kellhom il-bidu taghhom fl-1525 bhala moviment ta' tigdid fi hdan l-Ordni Frangiskan. Hargu mill-Ordni tal-Minuri Osservanti. Imma dawn ghamlu minn kollox biex igeghluhom jergghu lura. Minkejja dan, il-bolla Religionis Zelus tal-Papa Klement VII, li harget fit-3 ta' Lulju 1528, tathom ezistenza guridika. Malli kellhom l-ezistenza guridika, hafna kienu l-Osservanti li marru maghhom. Fra Ludovik minn Fossombrone gie maghzul minnhom biex imexxihom. Ghall-ewwel, il-Kapuccini fittxew il-hajja eremitika. Ghalhekk, l-ewwel isem ufficjali li twieldet bih din ir-riforma kien dak ta' Frati Minuri ta' Hajja Eremitika. Imbaghad, intefghu fuq hajja u hidma pastorali fost il-gnus sahansitra f'artijiet ta' missjoni. Fi zminijiet difficli u ta' krizi, huma sabu l-harsien tal-Frangiskani Konventwali; imma mxew 'il quddiem bi tmexxija awtonoma. Il-Frangiskani Konventwali baqghu jghinuhom sakemm, wara qrib il-mitt sena, huma setghu jaghzlu l-ministru general taghhom. Sa l-1619, huma tmexxew minn vigarji provincjali u generali, waqt li l-general taghhom kien dak tal-Konventwali.
Fil-bidu, huma kellhom regolamenti ta' riforma iebsa hafna. Fosthom insibu: 1) li jghaddu hin twil fit-talb; 2) li waqt l-ikel, ma jkollhomx hlief platt wiehed; 3) li f'xi hinijiet, josservaw silenzju rigoruz; 4j li jkunu hafjin, billi s-sandli ma jintlibisx hlief mill-morda; 5) li jxiddu fuqham coqqa semplici, li tixbah lil dik tal-bidu ta' l-Ordni Minoritiku; 6) li l-kunventi jinbnew 'il barra mill-ibliet; 7) li l-knejjes ikunu xhieda ta' faqar u ta' semplicità; 8) li tinghata importanza kbira lill-appostolat tal-predikazzjoni.
Jidher li l-ewwel kapuccin li kellu kuntatt ma' Malta kien Patri Robertu minn Eboli. Dan kien gie f'din il-gzira fi zmien l-Assedju l-Kbir. Aktar tard, dan ghadda ghal ma' l-Osservanti.
Wara zmien qasir ta' krizi minhabba xi whud, lilhom narawhom bhala difensuri tal-Fidi f'Ewropa maqsuma bl-ideat eretikali ta' Luteru u Kalvinu. Fosthom kien hemm missjunarji kbar li kemm-il darba taw hajjithom ghal Kristu f'artijiet ta' missjoni. Il-bidu tas-seklu sbatax kien ghalihom zmien tad-deheb. Fost il-qaddisin, insibu lil San Serafin minn Montegranaro (fratell religjuz), San Guzepp ta' Leonessa (missjunarju), San Lawrenz ta' Brindisi (duttur tal-Knisja u mexxej ghaqli ta' l-Ordni), u San Fidiel ta' Sigmaringen (il-protomartri ta' l-Ordni). Il-Kapuccini kibru hafna u, f'kull zmien, kellhom qaddisin popo-lari, bhalma huma San Felic ta' Kantalice u San Piju ta' Pietrelcina. Fost il-knejjes importanti li ghandhom f'idejhom, insibu l-eremitaggi ta' Renacavata u Montecasale, id-dar qaddisa tas-Sagra Familja f'Loreto, il-bazilika patrijarkali ta' San Lorenzo fuori le Mura f'Ruma, u llum, bhala l-aqwa centru tal-pellegrinaggi, insibu s-santwarju ta' San Giovanni Rotondo fejn hemm il-qabar ta' San Piju ta' Pietrelcina.
L-Ghajnuna tal-Gran Mastru Verdalle Kienu ghaddew madwar hamsin sena mill-origini ta' din ir-riforma Frangiskana. Ftit wara li bdew johorgu mill-Italja, il-Gran Mastru Hugues Loubenx de Vardalle (wiehed miz-zewg kardinali li kellhom il-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Gwann), dahhal fostna l-Kapuccini bejn l-1588 u 1589. Lilhom il-Gran Mastru bnielhom kunvent ihares fuq il-Port il-Kbir; 'il barra mill-belt Valletta, il-kapitali l-gdida ta' Malta. Il-post hu l-Furjana tal-lum. Verdalle hasbilhom ukoll ghall-mezzi tal-ghajxien. Il-kunvent sar wiehed tal-provincja ta' Sirakuza. F'dak iz-zmien, l-Ordni kien digà qed igawdi isem tajjeb hafna. Kien fi zmien meta kienu ghadhom hajjin San Felic ta' Kantalice u ohrajn li kellhom wara jigu ddikjarati qaddisin. Kienu digà waslu ghal madwar hmistax-il elf religjuz. Il-Gran Mastru Verdalle xtaq li jintbaghtu f'Malta xi whud mill-ahjar patrijiet ta' l-Ordni. Il-Kapuccini dehru providenzjali biex imexxu 'l quddiem it-tigdid imfassal fuq id-digrieti tal-Koncilju ta' Trento.
Xi Maltin kienu dahlu fost il-Kapuccini fl-Italja. Dawn kienu l-ahjar biex jintbaghtu lura f'Malta. Fost il-Maltin ta' l-ewwel zmien li gew mill-Italja, kien hemm Patri Rafel Camilleri minn Hal Tartarni. L-Isqof Tumas Gargallo, fl-1590, f'relazzjoni li baghat Ruma, kiteb: "Il-Gran Mastru waqqaf il-kunvent tal-patrijiet Kapuccini, li qed jinbena b'konsolazzjoni kbira ghall-gzira kollha kemm hi: Il-Gran Mastru Verdalle, waqt il-mewt tieghu fl-1595, ried li jigi assistit mill-Kapuccini. Fil-31 ta' Mejju 1614, l-Isgof Gargallo offra lill-Kapuccini l-kunvent u l-knisja ta' San Damasu, fuq il-gholja ta' Santa Margerita, 'il barra mis-swar tal-Birgu. Huma laqghu l-offerta; imma qatt ma dahlu f' dak il-kunvent. Billi kienu fi stat hazin,il-knisja u l-kunvent inhattu u bil-gebel taghhom inbena l-kunvent tat-Terezjani ta' Bormla, li dahlu fih ftit snin wara. Fl-1619, il-Kapuccini bdew jitmexxew minn ministru general maghzul minn fosthom.
Il-Kalkara u Ghawdex Biz-zmien, il-Kapuccini bnew zewg kunventi ohra. Wiehed inbena 'l barra mis-swar tal-Birgu, fil-Kalkara tal-lum. Dan ghandu mieghu l-knisja ta' Santa Barbara, imma hu maghruf bl-isem ta' Santa Liberata. Fil-festa ta' din il-qaddisa fl-imghoddi kienu jsiru t-tigrijiet tad-dghajjes. Kunvent iehor, fl-1736, inbena taht is-swar tac-Cittadella ta' Ghawdex, magenb knisja ckejkna ddedikata lill-Madonna tal-Grazzja. Il-kwadru ta' dik il-knisja fl-1952 gie inkurunat.
It-tliet kunventi ta' Malta u Ghawdex kienu ghadhom jiddependu mill-provincja kapuccina ta' Sirakuza. Izda, mal-ftuh tat-tielet kunvent, il-ministru general ta' l-Ordni, b'digriet ta' l-1740, waqqafhom f'kustodja ghal rashom, u ghalhekk gew maqtughin minn dik il-provincja. F'dak iz-zmien, kien hemm madwar hamsin kapuccin Malti. Fost l-Ordnijiet il-qodma ta' Malta, il-Kapuccini kienu l-ewwel li kellhom rajhom f'idejhom. Ghajnuna giet moghtija lilhom mill-Gran Mastru Anton Manoel de Vilhena u Ramon Despuig. Ghenhom ukoll l-Isqof ta' Malta Pawlu Alpheran de Bussan. Patri Innocenzo Marcino, minn Caltagirone, wiehed mill-Kapuccini li kienu Malta f'dak iz-zmien, lahaq ministru general ta' l-Ordni, u tieghu bdiet il-kawza tal-beatifikazzjoni.
L-Ordni ta' San Gwann kemm-il darba sejjah Kapuccini Taljani biex jippritkaw lill-kavallieri fil-knisja ta' San Gwann tal-Belt. Kapuccini ohrajn gew maghzula bhala konfessuri tal-kavallieri Francizi, u anki ta' l-istess Gran Mastru De Rohan.
Opri Socjali L-isem tajjeb tal-Kapuccini kiber meta l-kittieb Alessandro Manzoni dahhal fil-maghruf rumanz storiku tieghu (I Promessi Sposi) lil Padre Cristoforo, kapuccin li ghen persuni fil-bzonn, u assista b'generozità lill-morda waqt il-flagell tal-pesta ta' Milan. Imma din l-assistenza tawha wkoll il-Kapuccini Maltin fid-diversi drabi li l-flagelli tal-pesta jew kolera laqtu lil Malta. Huma kienu jissejhu biex jassistu l-morda fl-isptarijiet, u anki f'lazzarett fejn kien hemm migburin dawk li ntlaqtu mill-mard li jittiehed.
Il-Kapuccini hadmu hafna anki fost l-ilsiera. F'Malta, wiehed minnhom issuggerixxa li jinghata bidu ghal Monte di Redenzione degli Schiavi biex, bil-flus li jingabru, jinfdew il-Maltin ilsiera f'idejn il-Misilmin. Il-patri gwardjan tal-komunità tal-Furjana kien ikun fil-kummissjoni li tiehu hsieb il-gbir tal-flus ghal dak il-ghan. Minn grajjiet l-inkwizizzjoni ta' Malta sirna nafu bl-ghanuna li taw il-Kapuccini halli xi lsir Malti jigi riskattat. F'Malta, huma ghallmu wkoll it-taghlim nisrani lil dawk l-ilsiera misilmin li wara ghaddew ghan-fidi taghna. Sa minn zmien il-kavallieri, il-Kapuccini assistew spiritwalment lil dawk li l-gustizzja tad-dinja kienet ikkundannathom ghal-mewt. Ghajnuna kbira ghadha tinghata minnhom sal-lum fil-habsijiet u fost id-drogati.
Fi Zmien il-Francizi l-Kapuccini wkoll sofrew fi zmien l-imblokk tal-Francizi (1798-1800). Huma kellhom jitilqu mill-kunventi tal-Kalkara u ta' Ghawdex, u jingabru kollha fil-kunvent tal-Furjana. Imma, xorta wahda, ghalkemm b'diffikultà, baqghu jahdmu fl-irhula u 'l barra mill-hitan tal-Belt u tat-tlett ibliet tal-Kottonera.
F'dak iz-zmien wiehed minnhom, Patri Guzepp minn Haz-Zabbar, wassal fl-Imdina l-messagg ta' l-Isqof Labini li xtaq li l-Maltin jaslu ghal ftehim ta' paci mal-Francizi. Kienet missjoni li falliet, u l-Kapuccin ma thalliex johrog mill-Imdina. Fi zmien il-Francizi, xi kapuccini ghexu 'l barra mill-kunvent taghhom. Fil-fatt, il-kunvent tal-Furjana kien f'tigrib li jintlaqat waqt l-attakki fuq il-Belt, li l-Maltin kienu qed jaghmlu mill-Blata l-Bajda. Xi Kapuccini stkennew fil-kunvent tal-Frangiskani Konventwali tal-Belt.
Zmien l-Inglizi Malli l-Francizi cedew, il-Kapuccini hadu lura l-kunventi taghhom. Huma baqghu jahdmu biex itaffu t-tbatija tal-poplu Malti. Fl-1813. mal-bidu tal-kolonjalizmu Ingliz, il-guh u l-faqar wasslu ghall-pesta, u mbaghad ghall-kolera ta' l-1839. Il-Kapuccini gew imfahhrin ghall-hidma taghhom qalb dawk li ntlaqtu minn dawk il-flagelli. Fil-pesta ta' l-1813, erba' Kapuccini ccappsu bil-mard u mietu. L-Inglizi wrew l-apprezzament taghhom billi ghazlu lill-Kapuccini biex jassistu fl-isptarijiet u l-orfanatrofji.
Mill-1861, il-Kapuccini narawhom. fil-manikomju li llum hu l-Mount Carmel, f'H'Attard. Mill-1865, bdew hidma fil-lazzarett tal-gzira Manoel, fost mard li jittiehed. Mill-1868, dahlu fl-Isptar Centrali tal-Furjana, minflok il-qassisin djocesani; u meta mbaghad fl-1938 inbena l-Isptar San Luqa fi Gwardamanga, nibdew narawhom hemm ukoll fejn ghadhom sal-lum. Mill-1869, bdew jiehdu hsieb ic-cimiterju ta' l-Addolorata f'Hal Tarxien (illum Rahal Gdid). Mill-1901, nibdew narawhom ma' l-anzjani fl-Ingieret (illum St Vincent de Paul) fil-limiti ta' Hal Luqa.
Hidma Missjunarja Minn zmien ghal iehor, hafna Kapuccini Maltin hadmu f'artijiet tal-missjoni specjalment fil-Brazil (fl-Amerka t'Isfel) u f'Angola u l-Kongo (fl-Afrika). Hadmu wkoll f'Aleppo (fis-Sirja) u f'Istanbul u Efesu (fit-Turkija). Fl-1840, fit-Tunizija, id-disa' parrocci fejn kien hemm il-Maltin gew fdati kollha f'idejn il-Kapuccini. Fl-artijiet tal-missjoni, huma kienu ta' hafna ghajnuna anki ghall-Maltin. Minhabba l-fagar li kien hakem fuq Malta tul is-seklu dsatax, hafna Maltin bdew jemigraw lejn il-Grecja u t-Tunizija. Kienet emigrazzjoni li ma rnexxietx. L-awtoritajiet ta' Malta bdew iheggu l-Kapuccini biex imorru fost l-emigranti billi jghinuhom fil-bzonnijiet tar-ruh u tal-gisem.
Fis-sena 1840, it-tliet kunventi ta' Malta gew iddikjarati provincja. Patri Pietru Pawl mis-Siggiewi kien l-ewwel provincjal; gie maghzul ukoll bhala prefett appostoliku tat-Tunizija. Wara izjed minn hamsin sena, il-Kapuccini kellhom ihallu mit-Tunizija. Imma l-hidma missjunarja ma qatghetx ghax narawhom fl-Eritrea, l-Abissinja, u l-Kolombja. Kapuccin li kien hadem fil-grib tal-Kardinal Lavigerie gie propost ghall-episkopat. Dan kien Patri Anton Buhagiar. Kien l-ewwel kapuccin tal-provincja Maltija li gie maghzul bhala Isqof. Kien isqof titulari ta' Ruspe. Buhagiar twieled f'Cefalonja, gzira tal-Grecja, minn genituri Maltin. Probabilment hass is-sejha li jidhol fost il-Kapuccini ghax kellu kuntatti maghhom meta dawn marru minn Malta biex jghinu l-emigranti. Ghal erba' snin (1885-1888), l-isqof Buhagiar kien amministratur appostoliku tad-djocsi ta' Malta. Imbaghad, hu ntbaghat bhala delegat appostoliku f'San Domingo, Haiti, u l-Venezwela. Hu miet ta' 44 sena biss, fl-1891.
Fis-seklu ghoxrin, il-Kapuccini Maltin hadmu fl-Indja, fid-djocesi ta' Jhansi a f'Arcidjocesi ta' Bhopal. Fl-1946, Fatri Frangisku Saverju Fenech gie maghzul l-ewwel prefett appostoliku ta' Jhansi, u fl-1955, hu sar l-ewwel Isqof ta' Jhansi. Hu waqqaf kongregazzjoni bl-isem ta' Franciscan Brothers of the Blessed Sacrament, li ghadha tezisti. Papa Pawlu VI, fl-1967, accetta r-rizenja tieghu, u sar isqof titulari ta' Musuka. Hu miet fl-Indja fit-13 ta' Mejju 1969. Il-kapuccini Maltin hadmu bhala missjunarji fiz-zona ta' Jhansi u Bhopal bejn l-1923 u l-1979. Il-Maltin, insibuhom fl-Etjopja, f'Asmara u Addis Abeba (1947-1977), fil-Kolombja (1963-1968), u, mill-1974, fil-Kenja, fejn ghadhom sallum. Ghal darba ohra, kapuccin Malti minn Haz-Zabbar, fl-1984, gie maghzul isqof ta' djocesi gdida. Dan hu Mons. Pawlu Darmanin, l-ewwel Isqof ta' Garissa zona kbira hafna fil-Kenja, imma wkoll ta' faqar kbir. Hu ghandu mieghu hafna Kapuccini Maltin li qed irawmu ghal dik il-missjoni lil bosta zghazagh Kenjani li dahlu fl-Ordni Kapuccin. Il-hidma missjunarja taghhom inkitbet f'zewg volumi, bl-isem L'Apostolato Maltese, mill-kapuccin Patri Ang Mizzi. Dawn il-volumi ta' l-1937 u l-1938 jigbru fihom il-hidmiet ta' hafna missjunarji Maltin ohrajn, kemm patrijiet kif ukoll qassisin.
Knejjes u Parrocci tas-Seklu Ghoxrin Sal-bidu tas-seklu ghoxrin, il-Kapuccini baqghu jahdmu dejjem fi knejjes imfittxin hafna mill-poplu. Ma kinux ftit dawk fosthom li gibdu fuqhom l-ammirazzjoni tal-poplu, mhux biss ghad-dedikazzjoni taghhom, imma wkoll ghall-hajja qaddisa li ghexu. Dawn ma kinux sacerdoti biss, imma wkoll fratelli lajci. Fost dawk ta' hajja qaddisa, ma nistghux ma nsemmux lil Fra Krispin Zammit u lil Fra Baskal Farrugia, li tieghu nfethet il-kawza tal-beatifikazzjoni.
L-esigenzi pastorali tad-djocesi ta' Malta tefghu l-Kapuccini fil-qalba ta' centri godda li kienu bdew jizviluppaw mal-bidu tas-seklu ghoxrin. Ghalhekk, il-kunventi taghhom bdew jinbnew fic-centru ta' xi zona gdida. Huma sabu benefatturi kbar, fost l-ohrajn in-negozjant Lorenzo Balbi u martu Marija Karmena. Dawn fl-1909 bdew jibnu ghall-Kapuccini l-kunvent u l-knisja tal-Marsa, li giet iddedikata lit-Trinità Qaddisa. L-Isgof Pietru Pace, fl-1913, ghamilha parrocca.
Mill-1935, il-Kapuccini nsibuhom fix-Xemxija, fil-limiti ta' San Pawl il-Bahar, fejn bnew knisja f'gieh San Guzepp Haddiem, li minhabba problemi ta' staticità kellha tinhatt, u mbaghad terga' tinbena f'ghamla ohra.
Fl-1938, huma dahlu wkoll fl-Imsierah jew San Gwann tal-Gharghar. Il-post, mill1968, hu maghruf semplicement bl-isem ta' San Gwann. Il-Kapuccini lestew il-kunvent fl-1958; fl-1959, bdiet tintuza l-knisja. Din giet iddedikata lill-Madonna ta' Lourdes. Fit-12 ta' Settembru 1965, il-knisja giet iddikjarata parrocca.
Mill-1953, il-Kapuccini nsibuhom f'Ghajn Dwieli, b'kunvent u knisja ddedikata lil Sant'Antnin ta' Padova. Fiz-zona taghhom tal-Marsa, bnew knisja ohra, li ssemmiet l-ewwel ghall-Madonna tad-Dmugh, u mbaghad ghal Marija Regina. Din ukoll, fl-1965, giet iddikjarata parrocca.
Sehem fil-Kultura Nisranija Sa minn mijiet ta' snin, kapuccini Maltin taw is-sehem taghhom bil-kitba kemm fil-qasam teologiku, kif ukoll f'dak filosofiku. Xi whud baqghu msemmijin ghas-sehem taghhom f'kitba letterarja u poetika. Hu bizzejjed li, bhala poeta, insemmu lil Patri Mattew Sultana. Ohrajn taw sehemhom f'pubblikazzjoni ta' L-Immakulata, li baqghet sejra sa l-1968. Bejn l-1968 u l-1973, huma mexxew ir-rivista Dawl Gdid, flimkien ma' l-Ordnijiet Frangiskani l-ohrajn. Imma, mill-1981, ir-rivista hi kompletament f'idejhom. Din ir-rivista twassal l-attivitajiet spiritwali u kulturali taghhom, u turf hafna l-hidma ghalenija taghhom favur il-missjonijiet.
Fil-qasam bibliku, Patri Donat Spiteri ta kontribut kbir kemm bil-kotba Kliem il-Hajja, kif ukoll b'ghadd ta' pubblikazzjonijiet. Bi Kliem il-Haiia, bil-ghajnuna ta' hafna lajci, tixtered l-ispiritwalità biblika.
L-Appostolat tal-Lum Wagt li nfirxu sewwa fil-gzejjer taghna, il-Kapuccini ghadhom mitfughin fuq bosta hidmiet pastorali f'hafna parrocci bil-qrar u l-predikazzjoni. Minbarra li jiehdu sehem attiv f'missjonijiet popolari, insibuhom fl-isptarijiet. fil-habs, u fic-cimiterju.
Il-Kapuccini jharsu b'kuragg fejn il-gejjieni. L-ezempju ta' hidmiethom fl-imghoddi hu mudell u garanzija ghall-gejjieni. Aktar minn mitt Kapuccin Malti jahdmu f'Malta, u ma' erbghin ohra huma f'artijiet ohrajn. Illum, ghadna nsibuhom f'missjoniiiet fil-Kenja, it-Tanzanija, u l-Etjopja (fl-Afrika). Jahdmu wkoll fit-Turkija, l-Awstralja, l-Istati Uniti ta' l-Amerka, u l-Kanada. F'Malta, il-prezenza taghhom ghadna narawha a) il-Furjana u l-Kalkara fejn ghandhom ukoll Dar ta' Formazzjoni, b) il-Marsa u San Gwann fejn imexxu parrocci, c) ix-Xemxija f'San Pawl il-Bahar. Kien ghal xi zmien f'San Martin, limiti ta' San Pawl il-Bahar, fejn kellhom Dar ta' Talb, f'ghamla ta' eremitagg Frangiskan.
Il-prezenza taghhom ghadha tinhass hafna qalb il-morda u l-anzjani: fl-Isptar San Luqa fi G'Manga, f'Mount Carmel f'H'Attard, fl-Isptar Sir Paul Boffa, il-Furjana, u fl-Isptar Zammit Clapp f'San Giljan. Insibuhom ukoll qrib l-anzjani fir-residenzi ta' Saint Vincent de Paul u Ruzar Briffa ta' Hal Luqa, f'Haz-Zmien (l-Imtarfa) u Tal-Ferha (Hal Gharghur). Ghadna nsibuhom fic-Cimiterju ta' l-Addolorata u l-habs ta' Kordin.
Jaghmlu wkoll hafna gid spiritwali bil-Gruppi ta' Talb "Patri Piju", li l-Knisja f'Gunju 2002 ghollietu ghall-gieh ta' Qaddis. L-ispiritwalità Frangiskana tixtered ukoll bl-Ordni Frangiskan Sekulari u bil-Gifra ghaz-Zghazagh flimkien mal-Minuri u l-Konventwali. Ghadha tinhass hafna l-prezenza tal-Kapuccini bil-predikazzjoni, il-qrar, u t-tqarbin tal-morda. Kull wiehed minnhom ihaddem it-talenti tieghu biex ixerred il-Messagg Frangiskan ta' Paci u Gid.
◄◄|werrej|►► Taghrif migbur minn Alexander Bonnici, L-Istituti ta' Hajja Kkonsagrata, Kullana Kulturali,11, Pin, Malta 2000, pp.63-70 Assisi 19.4.2003 |
L-Ewwel Frangiskani Kapuccini waslu Malta bejn 1588-1589
L-Isqof Anton Buhagiar Kapuccin li kien Amministratur Apoostoliku ghal Malta 1885-1888
Mons Frangisku Saverju Fenech. Kapuccini Malti isqof fl-Indja
Fra Krispin Zammit, ajk Kapuccin meqjum minn kulhadd
|
|