L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija


kitba ta' Sr Dolores Muscat FMM


Hélène de Chapotin:

Haga wahda mal-Papa

 

"Twelidt Frangiskana" - kienet thobb ittenni Hélène de Chapotin fl-ahhar snin ta' hajjitha, donnha biex iggedded il-ferh tas-sehem shih taghha fil-familja kotrana tal-Qaddis t'Assisi. Dan, mhux ghax sabet dirghajn miftuha li lagghuha fil-bidu ta' l-Istitut, izda ghaliex l-ewwel l­imhabba li xeghlet fiha, kienet l-istess ta' Klara, imsahhra wara l-Fqajjar li kanta l-Imhabba, u bkieha ghax mhix mahbuba!

 

"Frangisku mur sewwi l-Knisja tieghi". Fid-19 ta' Jannar 1861, postulanta mal-Klarissi ta' Nantes, Hélène nizlet fil-kor biex titlob, meta hija wkoll semghet lehen: "Trid tissallab int, minflok il-Papa?'' Alla huwa haj; jghix dejjem f'ILLUM prezenti juza mezzi li jkun t'attwalità u li jistghu jwasslu l-messagg taghhom fl-ISSA u skond il-htiega tal-waqt. Fiz-zmien li qed insemmu; il-Papa Piju IX kien prigunier. L-"IVA" li Hélène lissnet ma kinetx inqas spontanja mill-imgieba klassika ta' Frangisku li mar malajr isewwi l-hitan immermra ta' San Damjan. Din il-karatteristika ghadha fl-Istitut bhala sigill li kull Soru tiehu fugha f'jum il-professjoni taghha meta toffri ruhha ghall-Knisja, jigifieri ghall-Papa u ghas-Sacerdoti b'mod specjali. "Kull jum titolbu ghall-Papa?", kien staqsa Piju XII lil Madre Marguerite du Sacrè Coeur, ir-raba' Superjura Generali taghna. "lzjed minn darba kull jum!...": zguratu din. Meta mietet il-Generali ta' qabilha, Piju XI kien gabar kollox meta qal fugha: "Kienet bint vera tal-Knisja". Bhal Frangisk ighid Papa Pawlu VI, l-Istitut "ihoss mal-Knisja, mhux biss ghax jinteressa ruhu fiha, iida ghax jghix bl-istess tahbit tal-qalb taghha ".

 

Tissallab ifisser tbati u tbati hafna. Mill-genna ta' l-art tal-Klarissi, Hélène kellha terga' lura d-dar minhabba sahhitha. Meta regghet giet f'taghha hassitha tajba mill-gdid biex thaddan il-hajja religjuza. "Ma nafx x'se jsir minnek," qalilha waqt li kien iberikha I-Isgaf ta' Nantes, "naf biss li se ssofri hafna". U newlilha l-Kurcifiss biex tbusu. Ghal dan ukoll Hélène tenniet "IVA", lesta bhal Marija, biex tirfed il-gejjieni mistur bid-dawl ta' l-ubbidjenza. Dejjem obdiet. Din id­-darba qaghdet fuq il-kelma tal-Giiwita Padre Petit, li ndirizzaha lil M. Marie de Jésus, fundatrici tas-Sorijiet Riparatrici.

 

Moghtija ghall-Adorazzjoni

u ghal xoghol fil-missjoni

 

L-Adorazzjoni quddiem Gesu Espost kienet l-ghaxqa taghha. L-inginokkjatur kien il-kumplament ta' l-Altar li minn fuqu kienet kontinwament toffri lilha nfisha: Ostja ckejkna ma' l-Ostja I-Kbira: ghall-Papa, ghall-Knisja, u ghall-bnedmin kollha. Li Kristu Mhabba, jigi maghruf, mahbub: din kienet l-akbar xewqa taghha, fi maz-zmien saret bzonn ghaliha.

 

F'Hélène, M. Marie de Jesus, il-mara qalbiena li qrat ukoll is-sinjali taz-zmien, rat il-persuna adatta ghal xaghol li sa dak iz-zmien, hadd fost l-ghagdiet religjuzi nisa ma kien ghad kellu l-kuragg li jhaddan: il-Missjonijiet. Quddiem l-ubbidjenza Hélène kienet tinfetah bhal blanzun ghad-dawl tax-xemx. "IVA, LESTA", u araha f'Ootacamund fl-Indja, thabrek, flimkien ma' shabha, u tqawwi l-galb tax-xebbiet tal-post, tant Ii f'qasir zmien il-missjoni ffjorixxiet gmielha. Ta' 29 sena hi digà kienet provincjali. II-fiducja li kellhom fiha is-Superjuri u l-Isqfijiet dejjem kibret u tat il-frott sakemm waslet l-ewwel prova, li hdejha, il-mard, in-nuqqas ta' rqad, ix-xoghol, il-klima li thallik bla sahha ma kienu xejn. II-hazen zera' l-firda. Burraxka ta' kalunnji faqqghu fuq il-provincjali zaghzugha. Fis-16 ta' Frar 1876 waslitilha l-ittra tad-deposizjoni. Hélène sofriet l-umiljazzjoni b'silenzju u karità ta' bniedma qaddisa li kienet. Min jista' jifhem il-hsibijiet t'Alla? Kien f'din it-tbatija li twieled l-Istitut. Hi u s-Sorijiet ta' Ootacamund sabu ruhhom f'dilemma: jew jaccettaw certi kundizzjonijiet li ghali­hom kienu kontra l-kuxjenza, jew ihallu l-Kongregazzjoni ta' Marija Riparatrici. Fil-25 ta' Novembru, M. Marija tal-Passjoni - ghax hekk kien jisimha fir-Religjon, flimkien ma' dsatax ohra, halliet Madras u waslet Ruma lejliet il'-Milied.

 

F'riglejn il-Papa "taghha", Piju IX, Hélène talbet li tibqa' izomm il-Voti Religjuzi u li tghix flimkien mas-Sorijiet li gew maghha mill-­Indja. Qabel ma tkellmet, allavolja mitlufa qalb il-grupp, il-Papa gieghed idejh it-tnejn fuq rasha: "Inbierku lil din" qal, "sabiex tagh­mel ix-xoghol li Alla jrid minnha."

 

Dhul fit-Terz Ordni Frangiskan

 

F'Ruma il-Providenza laqqeghtha ma' Patri Rafel tal-Patrijiet Minuri, kien jaf sewwa bil-franciz. Il-fjamma frangiskana regghet xeghlet b’dawl gdid u qawwi. S'issa kienu maghrufa bhala l-Missjunarji ta' Marija> bl-approvazzjoni ta' Papa Piju IX, fs-6 ta' Jannar 1887, lzda kienet l-Enciklika "Auspicato" tal-Papa Ljun XIII, tas-17 ta' Settembru 1882, biex nghidu hekk, l-aktar stedina mill-qrib tal-Fgajjar t'Assisi. Fl-4 t'Ottubru ta' l-istess sena Patri Rafel OFM, f'isem il-General ta' l-Ordni, il-Venerabbli Bernardin ta' Portogruaro, rcieva lil M. tal­.Passjani fit-Terz Ordni Frangiskan: Wara talba lill-Papa Ljuni, li kien Terzjarju, din l-istess xorti messet lill-Missjunarji ta' Marija, fit-8 ta' Dicembru 1882.

 

Frangiskani Missjunarji ta' Marija

 

L-Istitut xtered u tkattar. Fid-dar ta' Via Giusti f'Ruma, kien hemm dik li minnha Alla seta' jiehu kollox. Taht it-tmexxija Frangiskana, sabet il-milja ta' dak kollu li Alla halaqha ghalih. Bhala Fragiskana, hi ghaddiet lil ta' warajha imhabba shiha lejn il-Knisja, hajja msiehba ma' dik ta' Marija, "Il-Vera Superjura ta' I-Istitut", l-Adorazzjoni ta' Gesu fl-Ewkaristija u x-xoghol missjunarju f'kull qasam u kull fejn il-Knisja ghandha bzonn.

 

Hi kienet tghid: "Kieku dan kien opra tieghi, l-Istitut imut mieghi". Hélène de Chapotin mietet f'Sanremo fil-15 ta' Novembru 1904. Anki lilha bhal S. Frangisk messitha x-xorti li tircievi l-ahbar tal-martirju ta' seba' minn uliedha f'Tai-yuan-fu, Shansi, erba' snin qabel ma mietet; dawn gew beatifikati fl-24 ta' Novembru 1946. Tmien snin wara, fis-7 ta' Novembru 1954, l-istess Papa, Piju XII, iddikjara Beata lil Swor Assunta Pallotta, il-Frangiskana Missjunarja ta' Marija li ghexet fil-milja kollha tagfiha l'-"IVA" li titlob minnha s­-sejha taghha. Mietet f'Tong-el-keu, Shansi, fis-7 ta’ April 1905.

 

Illum l-Istitut hu mxerred mad-dinja kollha. L-ghan ta' l-Istitut hija l-Vokazzjoni Ewkaristika, Marjana u Frangiskana, flimkien mad-disponibilità, ma' l-IVA ghal kull hidma missjunarja u ghal kull fejn tinhass il-htiega.

 

Is-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija waslu Malta fl-1911 wara il-persekuzzjoni li kellhom fil-Portugal.  Ghal disa’ snin ghexu f’diversi djar u fl-1920 marru f’Hal Balzan. L-edukazzjoni u Vokazzjoni Missjunarja kienu fort il-prijoritajiet taghhom.  Illum wara aktar minn 90 sena ghandhom djar f’Hal Balzan, fil-Manikata, fil-Marsa u f’Hal Mula.  Barra il-hidma taghhom f’Malta hemm ghadd ta’ Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija maltin li qed jaghtu l-hidma u s-servizz pastorali u missjunarju taghhom barra mix-xutt Maltin. Fost il-postijiet fejn jahdmu hemm: l-Afrika t’Isfel, l-Algerija, l-Etjopja, il-Kenja, il-Marokk, it-Tunezija, Izrael, il-Pakistan, l-Awstralja, l-Kanada, l-Gzejjer Faroe, l-Ingilterra, l-Irlanda, Skozja u  l-Italja.

◄◄|werrej|►►


Taghrif migbur minn Marie Dolores Muscat FMM. f’Kittieba Diversi, L-Ordni Frangiskan fid-dinja u f’Malta, Religjon u Hajja, Storja 6,  Malta 1976.

Assisi 6.4.2003


Madre

Hélène de Chapotin

Fundatrici

tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija