L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Sorijiet Frangiskani Missjunarji

tal-Qalb bla Tebgha ta’ Marija


Kitba ta' Sr M. Alfonsina Rapa


Snin Bikrin ta' Niket

 

Il-Beata Madre Marija Katerina Troiani ta' Santa  Roza ta’ Viterbo, twieldet f'Guliano ta' Ruma, provincja ta' Frosinone fid-19 ta' Jannar 1813 minn Tumas Troiani u Tereza Panici Cantone, genituri tassew ghonja. Il-pajjiz dak iz-zmien kien jifforma parti mill-istati tal-Papa.

 

It-tifla giet mghammda fl-istess jum tat-twelid fil-parrocca ta' Santa Maria Maggiore u giet moghtija l-ismijiet ta' Kostanza Duminka u Antonja.

 

Il-livell gholi tal-familja ta' Kostanza. kien jippermetti hajja komda u ferrieha ghal binthom. Izda dan il-ferh ma kellux ghomor  twil. Kellu jsehh biss ghal ftit snin ghaliex in-niket u s-sofferenzi kellhom ikunu l-hobza ta' kull jum biex jifformaw sa mic-cokon il-karattru sod ta' dik li kellha tkun Missjunarja.

 

Meta Kostanza kellha sitt snin, tilfet 'l ommha fi tragedja. Telfa kbira bhal din swiet biex skolpiet ruhha fil-fond tal-qalb ta’ Kostanza u stampat fiha dak id-distakk komplet mid-dinja. li ma ghandhiex u li qatt ma tista' toffri l-veru hena tal-qalb.

 

Iz-zija, oht ommha, bi ftehim ma' l-isqof, gabret it-tifla abbandunata u fdatha lis-Sorijiet Ghalliema tal-Monasteru ta' Santa Kjara tal-Karità ta' Ferentino li kienu ddedikati ghat-taghlim u l-edukazzjoni tal-bniet. Dawn is-Sorijiet rabbew b'tant herga u ghozza lit-tifla fdata lilhom, u b'hekk Kostanza kibret twajba, minghajr dwejjaq u kienet thoss gibda qawwija u gratitudni lejn dawk is-Sorijiet. Tassew ta' min jinnota illi dawn is-Sorjiet edukaw il-qalb ta' Kostanza. It­talenti li bihom Alla, ghogbu jzejjen lil din it-tfajla gew mahduma b'tali mod li t-tifla wriet sa mill-bidunett l-intelligenza formidabbli u t-tjubja specjali li kienu jzejnu l-mohh u l-qalb taghha.

 

Din t-tifla, li sa mic-cokon giet ippruvata bin-niket, kienet ta' sikwit issib is-serhan tal-qalb taghha f'riglejn l-Altar. Hemmhekk kienet titkellem ma' Gesù bhala l-uniku habib li kien jifhem il-htigijiet u l-hsibijiet taghha. Hekk sa mill-bidu hija wriet spirtu ta' cahda li kienet turih sahansitra waqt il-loghob mat-tfal shabha. Kienet tkun dejjem pronta u minn ta' l-ewwel ghas-sagrificcju u fix-xoghol. Don­nha kienet qieghda thejji ruhha minn dak il-hin ghax-xoghol kbir ta' l-erwieh li ghalih kienet thossha tant migbuda u li kien qed jisten­ha.

 

Il-Vokazzjoni Religjuza

It-tamiet sbieh li l-Ghalliema ta' Ferentino kellhom f’Kostanza ma naqsux. Meta Kostanza kibret, ta' sikwit, niesha kienu jghidulha biex thalli l-Monasteru u tiehu l-post taghha fil-hajja tad-dinja. Malli kellha hmistax-il sena hija ddecidiet li ssir soru fil-Kunvent fejn kienet trabbiet sa minn ckunitha.

 

Fit-8 ta' Dicembru 1829, festa ta' l-Immakulata, l-isqof ta' Feren­tino taha l-libsa Religjuza u l-isem ta' Suor Marija Katarina ta' Santa Roza.

 

Ghaddiet is-sena tan-Navizzjat b-fervur kbir u malajr waslet ghall-Professjoni u fit-18 ta' Dicembru 1830 Marija Katerina li kienet ghadha ma ghalqetx it-18 il-sena, weghdet 'l Alla d-dedikazzjoni tal­-hajja taghha permezz tal-weghdiet tas-Safa, Ubbidjenza u Faqar, ghall-gid ta' l-erwieh.

 

L-Isqof ta' Ferentino, Monsinjur Guzeppi Lais, kien ghazilha ghalliema tat-tfal u ta' 18-il sena giet mahtura konsultrici, segretarja, arkivista, ekonoma tal-kunvent, kif ukoll Direttrici ta' dawk li kienu fil-formazzjoni. Hawnhekk ghexet ta' Soru Klarissa f'ambjent tassew fqir. Kienet titlob ta' kull jum quddiem it-Tabernaklu u minn hemm hija kienet tiehu

l-forza u l-ghajnuna ghax-xoghol li Alla kien irid minnha. Ta' kuljum kienet tixghel gewwa qalbha dik il-fjamma tax-xoghol appostoliku f'dawk l-inhawi fejn il-kelma ta' Kristu ma kenitx maghrufa.

 

Suor Marija Katarina ghexet fil-Kunvent ta' Santa Kjara sakemm kellha 46 sena. Ghalkemm kienet ferhana gewwa dan il-Kunvent, hija kienet sabet ruhha f'ambjent ta' attività ristretta. Fil-qalb taghha kienet tghammar ix-xewqa ta' xoghol missjunarju f'pajjizi mbeghda, qalb il-pagani biex tgharraf id-dawl tal-Vangelu.

 

Biex izzid max-xewqa ta' l-idejal taghha ta' sikwit kienu jaslu l-ittri tal-kugin taghha Mansinjur Guzeppi Bavieri li kien internunzju fl-Isvizzra. Kien huwa li ntroducieha ma' dik it-ruh kbira ta' Pawlina dei Marchesi Nicolai, li darba minnhom marret izzur lil Suor Katerina fil-Kunvent ta' Ferentino u qaltilha dawn il-kelmiet: "Se nsiefer Gerusalemm. Sejra nlestilek it-triq. Ftakar li l-post tas-Soru Frangiskana huwa hdejn il-Kalvarju. Qabel ma tmut inti tara dar taghkom f'Gerusalemm.” U maz-zmien din il-profezija sehhet.

 

Il-Beata Katerina kellha tara dik il-profezija ssehh meta fl-1885 il-Patrijiet Minuri fdaw f'idejn is-Sorijiet ta' l-Egittu l-orfanatrofju tal-bniet ta' l-Art Imqaddsa.

 

FI-1851 il-Konfessur tas-Sorijiet ta' Santa Kjara tal-Karità ta’ Ferentino, Patri Guiepp Modena minn Sanremo, oratur famuz, tal-Patrijiet Frangiskani Minuri, mar jippriedka f'Lixandra gewwa l-Egittu. Waqt il-priedki tieghu kellu okkazjoni li jiltaqa' iktar minn darba mad-Delegat Appostolku, Monsinjur Perpetuo Guasco. Dan kien ilmenta fuq in-nuqqas ta' Sorijiet f"Lixandra u fil-Kajr, li kellhom ikunu moghtija ghall-edukazzjani taz-zghazagh, specjalment dawk tal-Kolonja Taljana. Patri Guzepp tkellem fuq is-Sorijiet ta' Ferentino, dwar ix-xoghol bnin taghhom mat-tfajliet u ssuggerixxa lid-Delegat biex jibghat ghal grupp minnhom.

 

Ir-rebha fuq id-diffikultajiet

L-lsqof malajr laqa' l-proposta; imma dlonk ipprezenta d-diffikultajiet bla ghadd li maghhom kellhom jiltagghu biex jirnexxu skond il-hsibijiet tieghu. "Jehtieg it-talb. Nitolbu nitolbu", zied jghid id-Delegat. Hekk Patri Guzepp, meta rega' lura lejn Ferentino, kien bil-hsieb li jkellem lis-Sorijiet. Wasal fl-1852, kellem is-Sorijiet kollha izda l-proposta ma gietx milqugha b'entuzjazmu mis-Sorijiet kollha. lzda Suor Katerina laqghet l-istedina minghajr kondizzjonijiet u minnufih. Il-holma ta' hafna snin fil-hajja Missjunarja kienet se tigi realizzata. Il-Missjunarja l-gdida riedet titlaq lejn l-Egittu mill-aktar fis; izda d-Delegat Appostolku xtaq li l-idejal Missjunarju jigi milqugh mill­-bicca l-kbira tas-Sorijiet. Ghalhekk kien izomm korrispondenza mal­Kunvent u jhajjar lis-Sorijiet biex jilqghu l-istedina, billi jippreparaw ruhhom ghal din is-sejha waqt li jzommu shih u bla mittiefes l-Ispirtu Frangiskan.

 

Madre Katarina kellha Fidi straordinarja li mlietha b’kull ghajnuna mehtiega; izda, is-siegha ta' Alla kienet ghadha ma waslitx> u kellhom jghaddu seba' snin twal ta' preparazzjoni qabel ma setghet taqta' xewqa taghha.  

 

Malli qalghet il-permessi mehtiega mill-Isqof ta' Ferentino, mid­Delegat Appostolku ta' l-Egittu, mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri, u mill-Kustodja ta' l-Art Imqaddsa, flimkien ma' l-awtorizzazzjoni tat-Tixrid tal-Fidi, Suor Marija Katarina ta' Santa Roza organizzat il-vjagg u flimkien ma' erba' Sorijiet ohra, fil-25 ta' Awissui 1859, hallew Ferentino. Huma marru Ruma u minn hemm telqu ghal Civitavecchia biex siefru lejn l-Egittu ghall-Missjoni tant mixtieqa.

 

Id-distakk mill-belt taghha, mill-Kunvent li kien raha tifla ckejkna fejn halliet tant tifkiriet u tant erwieh mahbuba, kien tassew okkazjoni ta' sofferenza ghaliha. B'dana kollu hija kellha kuragg kbir u bi kliemha helu u perswasiv irnexxielha tnissel fil-qalb tal-geni­turi tas-Sorijiet shabha, tama u ferh.

 

Clot Bey: L-ewwel Dar 

Il-vjagg lejn l-Egittu kien tajjeb u kalm sa meta waslu Malta. U hawnhekk bhal sajjetta fil-bnazzi kienet waslet l-ahbar tal-mewt ta' Monsinjur Guasco: dak li kien baghat ghas-Sorijiet biex imorru l-Missjoni fl-Egittu; hu miet fl-istess jum li s-Sorijiet kienu hallew il-Kunvent taghhom ta' Ferentino.

 

Kienet din l-okkazjoni li xehtet fidi kbira fil-qalb ta' Madre Katarina. Soda fil-principji taghha, emmnet li aktar ma tonqos l-ghajnuna tal-bniedem, iktar qrib hemm Alla. Ghalhekk flimkien ma' Patri Guzepp bdiet timla bil-kuragg lis-Sorijiet l-ohra u hekk il-vjagg intemm bl-istess fervur u entuzjazmu kif kien inbeda. Hija ziedet tghid: "Alla sejhilna permezz tal-Monsinjur li mis-sema sejjer jiehu hsiebna u hemm ikollu qawwa iktar kbira milli seta' kellu fuq l-art."

 

Madre Katarina flimkien mas-Sorijiet l-ohra nizlu f'Lixandra ta' l-Egittu fil-11 ta' Settembnu 1859 u fl-14 ta' l-istess xahar dahlu l-Kajr. Gew milqughin bhala strumenti mibghuta mill-Provvidenza. Il-Patrijiet Frangiskani wassluhom sal-Knisja. Wara talb ta' Ringrazzjament lil Alla, huma hadu lis-Sorijiet fil-kwartier fqir ta' Clot-Bey u mbaghad tawhom id-dar li kienet mixtrija ghalihom minn Patri Guzepp Modena.

 

Opra Kbira mat-Tfal

Malli xterdet l-ahbar li kien sejjer jinfetah pensjonat u skola b'xejn ghall-bniet ta' kull gens, is-Sinjura Govannina Walmassi u huha Felic marru ghand is-Sarijiet ta' Clot-Bey u qalulhom: "Se ngibu tifla zghira li adottajna. Hija musulmana, izda nixtiequ nafdawha lilkom biex tedukawha fit-twemmin Kattolku."

 

Minn xi zmien Giovanni Battista Olivieri u Biagio Verri, sacerdoti zelanti hafna kienu ddedikaw ruhhom ghar-riskatt  tat-tfal ilsiera. Imbaghad, huma kienu jedukawhom fir-Religjon Kattolka u jghammduhom. Biex izidu man-numru ta' dawn l-erwieh ta' sikwit dawn is-sacerdoti kienu jmorru fl-Ewropa biex jigbru flus ghar-riskatt taghhom.

 

Dan Biagio Verri offra dan ix-xoghol lil Madre Katarina illi flimkien mal-Badessa u s-Sorijiet l-ohra laqghu bil-ferh dan ix-xoghol ta' Appostolat.

 

Id-dar ta' Clot-Bey malajr saret ic-centru ta' l-opra tat-tfal Madre Katarina u s-Sorijiet urew tant imhabba u delikatezza lejn dawn it-tfal abbandunati.  Kienu ta' sikwit imorru huma stess ifittxu t-trabi mormijin mill-genituri taghhom. Kienu jghammduhom malajr meta ma kienux jistghu jsalvawhom. L-ohrajn kienu jghallmuhom u meta ma kienx ikun possibbli li jsibulhom xoghol decenti fil-pajjiz, huma kienu jehduhom fl-Ewropa f'Istituti differenti.

 

Madre Katarina kellha mhabba tenera lejn dawn it-tfal zghar abbandunati. Kienet isservihom hija stess. Kellha ssofri hafna ghall-manteniment taghhom. Ta' sikwit kienet tahrog fit-toroq ghalihom. U meta l-ghaks beda jinhass fil-Komunità hija kienet dejjem issib soluzzjoni ghal din il-problema. Kienet tghid sikwit: "San Guzepp jipprovdi". B'din it-tama f'qalbha kienet tghid: "San Guzepp, hu hsieb: M'ghandi xejn x'naghti lis-Sorijiet u lit-tfal." U l-affarijiet mehtiega kienu jaslulhom bil-bosta aktar milli kellhom bzonn. Wara hafna talb lis-Sagra Familja Madre Katarina ddecidiet li tmur quddiem il-Vicirè ta'

l-Egittu u titolbu biex itiha l-hobz ghal dawk it-tfal. Hekk, fit-3 ta' Lulju 1863, kellha udjenza mal-Kedive Ismail Pascià. Dan, wara li ha d-dettalji tax-xoghol tas-Sorijiet fl-Egittu staqsiehom:  "X'titolbuni?" "Eccellenza" wiegbet Madre Katerina, "Ahna nehtiegu saqaf u hobz". "Dan tridu intom?" issokta jsaqsi l-Pascià.  "Iva Eccellenza", wiegbet.

U l-Kedive qal: "Mil-lum 'il quddiem jien inkun il-missier taghkom".

 

U wara xahrejn il-Kedive ta bicca art kbira lil Madre Katerina u kwantità ta' gamh kull sena.

 

Harsien ta' San Guzepp

U San Guzepp kien u ghadu l-Protettur tal-Kongregazzjoni. jinghad li meta Madre Katerina irnexxielha tibni Knisja fil-Kunvent Clot-Bey, it-titular ma setax ikun iehor jekk mhux San Guzepp. U hawnhekk ikollna nirrakkontaw fatt li huwa tassew misterjuz. Madre Katerina kienet tixtieq hafna kwadru ta' San Guiepp, biex tkun tista' tqieghdu fuq l-altar, biex tnissel devozzjoni kbira. Izda d-distanza mill-Egittu ghall-Italja, u l-finanzi ma kienu qatt jipper­mettu. Bhas-soltu, bit-talb taghha, hi ghelbet kull ostaklu. Talbet u qaghet. Fejn il-bieb tal-Kunvent, is-Sorijiet sabu kaxxa kbira tal-mer­kanzija; fuqha kien hemm miktub: "Is-Sorijiet ta' Clot-Bey". Hadd ma kien ghamel l-ordni, u hadd ma kien kiteb lis-Sorijiet fuq dan kwadru. X'se jaghmlu? Indirizz zbaljat? Wara hafna tfittix, is-Sorijiet fethu l-kaxxa u dak li kien hemm gewwa fiha, kien ghalihom ta' sorpriza tal-ghageb. Kien hemm kwadru sabih ta' San Guzepp, fuq it­-tila, li kien juri il-mewt ta' San Guzepp. Ghadda z-zmien, u hadd ma mar jirreklama dan l-inkwatru meraviljuz. Hekk qeghduh fuq l-altar fejn sal-lum huwa oggett ta' venerazzjani u devozzjoni.

 

Twelid tal-Frangiskani ta` l-Egittu 

U t-tama ta' Madre Katerina ma tiqafx hawn, il-fidi taghha fil­Patrocinju ta' San Guzepp kienet rabbiet eghruq profondi u x-xoghol taghha kompla jikber. Fi Clot-Bey in-numru tat-tfal issokta jizdied; u zdiedet ukoll in-necessità li wiehed jipprovdi ghall-iltiema ta' bnadi ohra u li tiehu l-inizjativa li tghin fix-xoghol ta'

l-Appostolat. Beda jigri illi dawk is-Sorijiet li kienu nqatghu mill-Klawsura Taljana saru mdahhla fiz-zmien, u ma kienux iktar bizzejjed biex ilahhqu max-xoghol li kien sejjer jitkattar u jinfirex ma' hafna bnadi. Minn din is-sitwazzjani, inholoq il-hsieb li jitwaqqaf Istitut gdid b'fisjonomija u skopijiet propri. Ingabru tfajliet mill-Italja, mill-Egittu u mill-Palestina. Il-Vokazzjonijiet kotru minnufih; hekk f'qasir zmien twaq­qfet il-Kongregazzjoni gdida bl-awtonomija taghha; b'regola u Kos­tituzzjonijiet aktar adatti ghax-xoghol li kien inholoq. Biex thaffef il-permessi u d-dokumenti, Madre Katerina marret Ruma fl-1868; u rnexxielha f'qasir zmien. Fl-istess sena l-Istitut gie mwaqqaf kanoni­kament taht i-isem tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta' l-Egittu.

 

B’hekk Madre Katerna setghet tilqa' kull inizjattiva ghall-gid ghaliex kienet konvinta li l-firxa kienet tizgura xoghol ghal zmien twil. U hekk, b'kuragg u fidi soda, bdiet tiftah orfanatrofji, dispensarji, skejjel, postijiet ta' taghlim tal-Katekizmu u kull ghajnuna missju­narja: u mhux biss fil-Kajr u fl-Egittu. Illum is-Sorijiet Frangiskani jin­stabu fl-Afrika, fl-Asja, fl-Ewropa, fl-Amerka ta' fuq u t'Isfel, fl-Art Imqaddsa u f’ Malta.

 

Hija talbet u qalghet udjenza minghand il-Papa Piju IX. Mixtieqa li jkollha dar f'Ruma hija kellmet il-Papa dwar ix-xoghol taghha fl-Egittu u tat relazzjoni dettaljata dwar l-attività gewwa l-Kajr. Fit- tmiern tad-diskors il-Papa li kien sema' kollox b'tant attenzjoni ma tax lill-Istitut dar f'Ruma izda minn dak il-hin huwa weghedha ghaxar skudi fix-xahar biex thallas il-kera. Ma nistghux niddeskrivu l-ferh tas-Serva ta' Alla. Wiehed jista' jghid li x-xoghol ta' Madre Katerina kien espressjoni tal-fjamma ta' mhabba li kienet tixghel fil-qalb taghha u li kienet timla b'tant kuragg kull azzjoni tal-jiem taghha.

 

Sa mill-ewwel snin tal-hajja religjuza, hi kienet thobb hafna l-hajja nterjuri, f'talb kontinwu u unjoni ntima ma' Alla, Riedet u xtaqet li wliedha wkoll jidraw jaghmlu tezor minn kull sekonda li jkollhom ghad-disposizzjoni taghhom, u jibqghu dejjem fidili lejn Alla.

 

Il-Mewt ta' Omm il-Fqar

Madre Katerina issa kienet xjiehet u dahlet fiz-zmien; ghalhekk kienet thoss hafna n-nuqqas ta' forzi.

 

FI-24 ta’ Marzu 1887, lejliet il-Lunzjata, Madre Katerina kienet gravi hafna. FI-10 ta' April ta' l-istess sena hi rat kif ghamlet biex tmur ghall-Quddiesa mas-sorijiet, izda filghaxija irtirat ghal dejjem. Ghal xejn ma swew ir-rimedji ta' tobba bravi; il-mard kien dahal 'il gewwa u s-siegha tal-firda u l-premju kienu tassew waslu.

 

Fis-6 ta' Mejju 1887, Madre Katerina rceviet b'herqa u devozzjani l-ahhar Vjatku. Damet migbura hafna fit-talb u fil-hdax ta' filghodu, wara li kienet tat daqqa t'ghajn fuq kull soru li kien hemm prezenti, ir-ruh taghha taret lejn Alla.

 

"Mietet Omm il-fqar"; inghad fuq il-gazzetta ta' l-Egittu waqt li funeral twil wassal lil Madre Katerina mill-Kunvent ghac-Cimiterju. Fil-kortew kien hemm

ir-rapprezentanti tal-Gvern Egizzjan u l-Konsli ta' hafna nazzjonijet. Ix-Xizmatici wkoll thalltu mal-folla li dehret li kienet thassha mbuttata minn forza misterjuza biex tqim soru tant helwa u twajba li kienet ghexet biex taghmel il-gid ma' kulhadd. "Qatt ma nibku bizzejjed lill-Madre Katerina.L-Omm tal-fqar mhux hawn izjed". Hekk temmet il-gazzetta.

 

lzda haga iktar intima turina wkoll il-mewt ta’ Madre Katerina. Ghal jum shih kienet esposta ghall-poplu li kien jimbotta u jross biex imur ibusha ghall-ahhar darba. It-tfal ta' l-iskejjel u t-tfal iltiema kienu kemm. Kulhadd kien bid-dmughi f'ghajnejh.

 

F'qabar semplici, nizel il-gisem ta' Madre Katerina. Dawn huma il-kelmiet li gew miktuba:

 

"Hawn jistrieh l-ghadam ta'

Suor Marija Katerina ta' Santa Roza ta' Viterbo

Twieldet f'Guliano ta’ Ruma fl-1813

Mietet fil-Kajr fis-6 ta' Mejju fl-1887.

Superjura Generali u Fundatrici

tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta' l-Egittu."

 

Kliem semplici li jfakkar isem u dati. Izda jghidu kollox: is- sbuhija bla tebgha ta' ruh umli li gharfet tghix biss ghal Gesù u ghat-tixrid tar-renju Tieghu. Nhar l-14 ta’ April 1985 il-Papa Gwann Pawlu II nizzel l-isem ta’ Madre Katerina fil-lista tal-Beati.

 

F'Malta

Id-dar tal-Birgu f'Malta kienet l-ahhar dar li waqqfet Madre Katerina. Is-Sorijiet ta' l-Egittu kienu ilhom maghrufa f'Malta, Suor Ludovika, Suor Carmela, u Suor Ewgenja kienu hallew 'ix-xtut Maltin biex jinghaqdu mas-Sorijiet l-ohra fi Clot-Bey. Sadattant, is-Sorijiet l-ohrajn kienu ta' sikwit jinzlu hawn biex jitolbu ghajnuna ghall-Opra b’risq it-tfal orfni. Hekk inholqot l-atmosfera adatta biex tinfetah dar f'dan il­post. L-Arcisqof baghat telegramm 'il Madre Katerina u talabha biex tiftah dar f'Malta. Xewqa bhal din dehret wisq popolari qalb il-Maltin ta' dak iz-zmien, U fi ftit xhur id-dar tal-Birgu giet miftuha.

 

Il-bidu kien tassew iebes. Ghall-ewwel is-Sorijiet kienu jghallmu il-muzika, id-disinn, il-kant u r-rakkmu. Maz-zmien dahlu l-lingwi u mbaghad sal-lum hemm l-edukazzjoni tat-tfal.

 

FI-1931 is-Sorijiet fethu d-dar ohra fil-Hamrun. Din kienet haga provizorja. lzda sitt snin wara infetah Kunvent u Skola mghammra b'hafna tfal li jigu minn kull rokna ta' Malta.


 

Fis-sena 1950, is-Sorijiet Frangiskani ta' l-Egittu hadu isem gdid li hu izjed universali, u bla ebda rabta partikulari ma' pajjiz wiehed. Huma bdew jissejhu "Frangiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgha ta' Marija". 

 

Dawn id-djar tal-Birgu u tal-Hamrun kienu centri ta' vokazzjoni­jiet Frangiskani. U llum dawk li, sa ftit zmien ilu, kienu studenti fil-klassijiet saru huma Missjunarji qalbiena u qed jahdmu iebes u fis-sod fil-Qasam tal-Mulej imxerrdin u mifruxin fl-erbat irjieh tad-dinja.  F’dawn l-ahhar snin id-dar tal-Birgu nghalqet izda s-sorijiet fethu ohra f’Bahar ic-caghaq.

 

Barra il-hidma taghhom f’Malta il-Frangiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgha ta' Marija ghandhom ghadd ta’ sorijiet li qed jaghti is-sevizz missjunarju taghhom barra minn Malta: fl-Egittu, fil-Ghana, fil-Gordanja, fl-Iraq, f’Izrael, fl-Italja u fl-Amerka.

 

◄◄|werrej|►►


Taghrif migbur minn M. Alfonsina Rapa. f’Kittieba Diversi, L-Ordni Frangiskan fid-dinja u f’Malta, Religjon u Hajja, Storja 6,  Malta 1976.

Assisi 6.4.2003


Il-Beata Madre Marija Katerina Troiani

fundatrici

tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji

tal-Qalb bla Tebgha ta’ Marija-

Waslu fil-Birgu

Malta

fl-1886