![]() |
il-pont - no 63 Assisi - Italja |
![]() |
Ottubru 2003 no 63 Nies Hielsa
Aktar ma jghaddi z-zmien fil-ministeru li ghandi hawn f'Assisi aktar qed nintebah kemm hawn nies li minghajr ma jafu qed jghixu bhala prugunieri. U dan hafna drabi minghajr ma jintebhu.
Hafna jispicca f'habs maghmul minnhom stess u jghixu hajjithom imdejqa u marbuta bi ktajjen li ma jidhrux. Il-katina principali, aktar iva milli le, hija dik ta' l-aspettattivi taghhom dwar l-imgieba ta' l-ohrajn. Dawn "l-ohrajn" jistghu ikun il-membri tal-familja li jghixu taht l-istess saqaf, il-membri ta' l-istess komunità u ta' xi ghaqda, nies li nahdmu maghhom, hbieb, girien... Hafna jsiru prugunieri ta' l-imgieba ta' dawn "l-ohrajn".
Kemm hawn min hu mdejjaq ghax l-ohrajn ma jsellmulhomx jew kellmuhom? Kemm hawn min hu rritat ghax l-ohrajn ma jigbux ruhom kif ikun jixtiequ huma? Kemm ugiegh tal-qalb u ta' stonku minhabba l-inkwiet u problemi ta' l-ohrajn li nghixu maghhom? Kemm nies bla ma jintebhu jispiccaw prigunieri ta' dawn id-dwejjaq, irritazzjoni u ugiegh li gej kollu mill-istennija li l-ohrajn igibu ruhhom kif nixtiequ huma?
Bil-mod il-mod qed nitghallem u nghin lill-haddiehor jifhem li l-Mulej iridna nghixu bhala nies hliesa. Irid johrogna mill-habsijiet li noholqu ahna stess. Tajjeb kieku ghandna l-hila li nibdlu lil ohrajn! Imma hadd minna mghandu din il-hila. Ahna ma nistghu nibdlu lil hadd. Li nista' biss hu, li nibdel lili nnifsi. U hija biss bl-ghajnuna ta' Alla li nista' naghmel dan. Hija biss bil-grazzja tal-Mulej jien nista' nibdel l-attegjament tieghi lejn l-ohrajn. Din il-grazzja hi li taghmillni hieles tassew.
Aktar ma jghaddi iz-zmien aktar qed nifhem li thobb lil ohrajn ifisser li thallilhom l-ispazju biex jaghmlu, jghidu u jgibu ruhhom kif jafu u kif iridu u mhux kif nixtieq jien, wkoll jekk dak li nixtieq jien huwa sewwa, qaddis u perfett quddiem Alla. Aktar ma nistenna li jgibu ruhom kif nixtieq jien aktar ser niddizzapunta ruhi u aktar insir prugunier ta' l-aspettattivi tieghi.
Is-soluzzjoni hija li jien irid nitghallem naghmel dak li jmiss lili naghmel u naghmlu bil-qalb u bl-imhabba u b'sens ta' qadi kif irid Alla u nhalli lill-ohrajn jaghmlu dak li jafu. Aktar ma qed nipprova naghmel dan aktar qed inhossni hieles, seren u fil-paci. Dan l-attegament qed jahdem u qed ihalli l-frott kemm fil-hajja tieghi u kemm fil-hajja ta' dawk li bl-ghajnuna ta' Alla qed jiehdu dan atteggament.
San Frangisk kien bniedem ta' paci, hieles u seren ghax tghallem jikkoncentra u jaghmel b'qalbu kollha dak biss li ried Alla minnu.
Nixtieqilkom minn qalbi dan it-tip ta' paci, serenità u helsien. Jalla ahna ukoll nikkoncentraw fuq dak li jrid Alla minna u nhalli lil ohrajn jaghmel dak li jafu. Cert li ma nibqghux prugunieri u nghixu aktar hielsa.
Sliem u ghozza, lil kulhadd.
Fr Thomas.
Maghmudija ta' Emre
Meta kont
ghadni t-Turkija kont berikt iz-zwieg tal-hbieb Paolo u Sevcan. Ftit wara li
jien spiccajt mit-Turkija jif'Ottubru 2001,
Don u Siobhán
Fil-Bidu
ta' Settembru rcevejt telefonata. Kien il-kappilan ta' Valfabbrica,
rahal mhux wisq 'l boghod minn Assisi. Xtaq isib sacerdot li
jitkellem bl-ingliz biex ibierek iz-zwieg ta' koppja, ir-ragel Ingliz u
l-mara Irlandiza. Staqsieni jekk jien hux disponibbli. Cert li
jien! Mort bil-qalb kollha. Qabel mort gew Don u Siobhán
(tinqara: Xivan) hawn fis-Sacro Convento u tkellimna ftit u rajna
l-qari u r-rit taz-Zwieg flimkien. L-ghada
Zjara tal-President
Kont
qieghed inqarar u gie patri jhabbatli mal-konfessjunarju u qalli: "Ejja
malajr ghax hawn il-President ta' Malta!". B'xorti tajba kont ghadni
kemm tajt l-assuluzzjoni u spiccajt minn mal-penitent li kelli, hrigt u
mort bla telf ta' zmien hdejn il-bieb tal-kunvent. Hemm sibt lil Dr Guido u s-Sinjura
de
Cascia u Norcia
B'rihet id-day off li qed
ikolli qed ikolli chance inzur xi postijiet li dejjem kelli ix-xewqa
li nzurhom. Fil-bidu ta' Settembru kelli l-okkazjoni nzur Cascia u
Norcia. Skoprejt li hawn coach titlaq
Novizz Gdid
Pietru,
David u Mario, n-novizzi Maltin li kienu Osimo temmew in-novizzajt u nizlu
Malta biex jaghmlu l-professjoni ta' l-Ewwel Voti bhala Religjuzi
Frangiskani. Issa Osimo tela' Joshua Mercieca, zaghzugh Malti iehor
biex jibda s-sena ta' novizzjat. Irrangajt u sibt minn iqarar minfloki
biex inkun nista' immur ghal vestizzjoni. Irnexxili mmur biex inkun
vicin Joshua fil-bidu tal-mixja tieghu fuq il-passi ta' San Frangisk.
Ghall-okkazjoni kien hemm wkoll il-Provincjal Patri Alfred Calleja li
gie minn Malta apposta. Waqt ic-cerimonja semplici l-provincjal qalli
biex inkun jien li nlibbes
Hagar Qim f'Assisi
Matul
il-jiem ta' Settembru il-pjazza ta' quddiem il-Bazilka
Kapitlu Provincjali
Bejn it-22
u s-26 ta' Settembru il-Provincjal taghna tal-Patrijiet Frangiskani
Konventwali ccelebrat il-Kapitlu Provincjali. Matul din l-ewwel patri
tal-Kapitlu il-patrijiet kollha jingabru biex jaghzlu lil dawk li l-Mulej
irid biex imexxi l-provincja. Jien kif kien id-dmir tieghi inzilt
Malta biex naghti l-vot tieghi wkoll. L-Erbgha, 24 tax-xahar, wara li saret quddiesa
votiva ta' l-Ispirtu s-Santu fil-Knisja taghna ta' B'Kara, il-patrijiet
kollha ngabru fic-Centru gdid tac-CAK
Aktar pagni Matul dawn l-ahhar gimghat il-pagni tal-web-site - www.sanfrangisk.com baqghu jizdiedu. Komplejt nahdem u nzid aktar pagni. Meta kont Malta ghall-Kapitlu ltaqjt ma' diversi persuni li fahhru l-isforzi li qed naghmel. Niehu gost nisma' li qed johrog il-gid permezz ta' dan is-site. Fost il-pagni l-aktar popolari, u l-aktar fost it-tfal, kienu dawk "inpingu ta' San Frangisk". Zidt ghadd ta' Artikli dwar San Frangisk, kif ukoll ghadd ta' Poeziji.
Xoghol duppju Dan il-pont qed jasal ftit tard. Malli gejt lura minn Malta qabadt nahdem fuqu biex ikun lest u jasal ghandkom bla dewmien. Hekk ghamilt. L-ghada li wasalt kien lest. Izda kif lestejtu kollu gara dak li ma xtaqtx! Ix-xitan deffes denbu. Ghafast buttuna bi zball u il-pont li kont hejjejt f'teptipa t'ghajn gheb minn fuq l-iscreen tal-computer. Pacenzja! Ghaldaqstant kelli nerga' nibda kollox mill-bidu u naghmlu kollox mill-gdid.
Jalla il-Mulej jimla l-qalb taghkom ilkoll bil-ferh u il-paci li Frangisku ta' Assisi ghex hu u qasam ma' hutu l-bnedmin. Sahha u Barka.
|
Wara li saret quddiesa votiva ta' l-Ispirtu s-Santu fil-Knisja taghna ta' B'Kara, il-patrijiet kollha ngabru fic-Centru gdid tac-CAK u hemm saret il-votazzjoni. Gie maghzul ghal darb'ohra Patri Alfred Calleja.
Il-President ta' Malta Dr Guido de Marco jiffirma il-Ktieb tal-Vizitaturi. waqt iz-zjara fis-Sacro Convento
|
|
![]() |