![]() |
il-pont - no 64 Valletta - Malta | |
Novembru 2003 no 64 Hajjitna Musical
Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nintebah kemm il-Mulej huwa tassew DJ (= disc-jockey) li hadd ma jhabbatha mieghu. Jaf jaghzel l-muzika ghal kull wiehed u wahda minnha. U l-muzika tieghu hija dejjem gdida. U jaghzel il-muzika b'mod li tkun l-aktar addata ghalina. Kemm-il draba nippruvaw nizfnu f'sintonija mal-muzika li jdoqqilna hU, cert li bhala konsegwenza aktar nhossuna f'armonija mieghU u maghna nnifusna.
Meta kont zghazugh bhal ghadd ta' zghazagh ohra kont immur fejn il-jukebox u kont naghzel jien il-muzika li toghgob lili u kont nizfen dik li muzika. Meta sirt religjuz fi hdan l-Ordni Frangiskan fost affarijiet ohra ghazilt li nghix il-Vangelu fl-ubbidjenza. Dan b'mod semplici jfisser li bil-vot ta' l-ubbidjenza li ghamilt irrid nizfen mhux tant il-muzika li naghzel jien imma il-muzika li jdoqqli l-Mulej permezz tas-Superjuri tieghi. Tul dawn is-snin il-hajja tieghi kienet qiesha Musical. Il-muzika kienet varjata mhux hazin! Dejjem ghamilt hilti biex bl-ghajnuna ta' Alla nizfen mill-ahjar li nista' kull tip ta' muzika li ndaqqitli.
Tul dawn l-ahhar tmien snin mill-kapitlu Provincjali ta' l-1995 sa llum il-muzika kienet differenti mhux. Wara il-muzika li kont qed nizfen f'San Pawl il-Bahar, il-Mulej donnu kien ser idoqqli muzika Indjana u f'daqqa wahda nbidlet u minflok daqqli muzika Filippina, mbaghad muzika Torka, u wara muzika ta' Assisi... Kuljum ta' DJ Tajjeb li hu, kien jaddattili l-muzika skond l-istil ta' zfin li xtaqni nizfen.
Issa il-Muzika regghet inbidlet. Waqt l-ahhar Kapitlu Provincjali li sar f'Malta matul Settembru u Ottubru il-Mulej daqqli muzika gdida. Permezz tal-Provincjal ikkonfermali li kien wasal iz-zmien li nibdel il-passi u r-ritmu biex nizfen muzika ohra. Din id-darba hija mill-gdid muzika Maltija.
Kif dejjem ghamilt ghazilt li naddatta ruhi u nizfen bl-ghajnuna ta' Alla mill-ahjar li nista' din il-muzika gdida. Issa id-dancing floor ser ikun il-Kunvent ta' San Frangisk maghruf bhala ta' Putirjal, il-Belt Valletta.
Il-Hajja ta' kull wiehed u kull wahda minna hija musical b'xeni differenti. Jalla nitghallmu nizfnu dejjem aktar f'sintonija mal-muzika li l-Mulej jdoqqilna ta' DJ Tajjeb li hU.
F'dan in-numru ser nirrakkonta ftit l-ahhar jiem tieghi fil-Belt ta' Assisi. Nixtieq minn qalbi Sliem lilkom ilkoll. Inkomplu il-pont tat-talb.
Fr Thomas.
L-ahhar jiem f'Assisi Festa ta' San Frangisk Ergajt lura mill-ewwel parti tal-Kapitlu provincjali fit-2 ta' Ottubru fil-hin biex niccelebra l-festa ta' San Frangisk hawn f'Assisi. Hadt gost li kelli l-okkazjoni ghal darb'ohra niccelebra din il-Festa fl-ambjent naturali taghha. Minhabba l-orarju tal-Qrar ma stajt nikkoncelebra fl-ebda quddiesa hlief dik tas-6.30 ta' filghodu fuq il-Qabar. Ghalkemm kien ghadu kmieni l-Kripta kienet imballata bin-nies li giet biex tibda il-jum ta' festa vicin il-qaddis. Wara li spiccat il-Quddiesa ghaddejt ftit hin migbur fis-skiet quddiem il-Qabar ta' Frangisku. Dak il-mument ftakart u talb ghal ghadd ta' persuni - fosthom ghalik ukoll. Wara li hadt ftit kafè mort fil-kamra biex inhejji messagg bl-email ghall-okkazjoni u bghattu lill qraba, patrijiet u hbieb. Il-Kumplament tal-Festa ghalija ma tantx kienet varjata. Ghaddejt tista' tghid il-gurnata kollha fil-konfessjunarju. Imqar wara nofs in-nhar fil-ftit hin li suppost kelli ghal mistrieh cempilli l-vigarju biex naghmillu karità u ninzel inqarar ghax kien hemm hafna nies. B'kollox ghamilt xi sitt sighat u nofs fi spazju ta' inqas minn metru u nofs kwadru. Ma nghoddx kemm habibt nies mill-gdid m'Alla. Waqt li kont qed inqarar kienet qed isiru diversi quddis. Fosthom dik fl-10.00 ta' filghodu fil-Bazilka ta' Fuq li kienet trasmessa diretta fuq ir-Rai Uno. Din is-sena kien imiss ir-regjun ta' Sqallija li joffri z-zejt ghal-lampa votiva li tinxghel matul is-sena quddiem il-qabar ta' san Frangisk. Gew ghadd ta' isqfijiet, sindki, awtoritajiet u nies minn Sqallija. Kien hemm ukoll il-Ministri Generali tal-familja Frangiskana u ghadd ta' sacerdoti Frangiskani mill-tlett familji jikkoncelebraw. Il-Knisja kienet mimlija bin-nies li biex jidhlu kelllhom bzonn il-pass. Dawk li ma kellhomx pass setghu isegwu il-funzjoni minn fuq Maxi Screens li thejjew fil-Bazilka ta' isfel u fil-Pjazza. Ghall-ikel fir-refettorju kien hemm madwar 300 ruh. Jien inzilt niekol flimkien ma xi ftit patrijiet ohra qabel biex inkun nista' nistrieh ftit. Imma ma tantx irnexxili nistrieh wisq ghax kelli mill-gdid nilbes it-tonka u ninzel fil-Bazilka nqarar. Bejn sessjoni u ohra tal-qrar, wara nofs in-nhar irnexxili niehu sehem fil-korteo u niehu il-Barka specjali li tinghata minn fuq il-logga tal-Bazilka ta' Fuq. Tlabt lill-Mulej jaghtini l-ghajnuna halli nwettaq bil-qalb dak li kellu merfugh ghalija. Ix-xemx nizlet 'l hinn wara l-gholjiet. Kienet ghaddiet Festa ohra ta' San Frangisk... l-ahhar wahda tieghi f'Assisi.
Spettaklu
Dak
in-nhar stess li wasalt Assisi, ftit sieghat wara bhala parti
mic-celebrazzjonijiet tal-Festa ta' San Frangiskar spettaklu fil-Pjazza
Nferjuri bl-isem ta' "Palermo/Assisi - due città per la pace". Kien
kuncert offrut mill-Comune ta' Palermo lil Belt ta' Assisi, lit-turisti u
lill-pellegrini li gew ghall-festa ta' Qaddis.
Mother Teresa in Musical
Treno contro il Pregiudizio
Marcia della Pace
Madre Tereza Beata
Il-Gurnata
Missjunarja ta' din is-sena nibqa' niftakara zgur. Ghal dan il-jum specjali kont Ruma
biex nassisti ghac-Celebrazzjoni tassew specjali - dik tal-Beatifikazzjoni
ta' Madre Tereza tal-Calcuta. Tlabt lis-superjur tieghi f'Assisi biex
ihallini liberu mill-qrar u mort is-Sibt filghaxija halli nisbah Ruma. Mort
fil-Kunvent ta' San Giacomo. mhux wisq 'l boghod mill-Vatikan. F'dan
il-kunvent kont
nghix meta kont nistudja Ruma. Malli wasalt il-kunvent sibt jistennini
l-biljett biex inkun nista' nidhol fil-pjazza ta' San Pietru. Dan
il-biljett hallihuli hemm l-habib tieghi Mario Cappello, li ghamel
minn kollox biex jakwistali wiehed. Is-Sibt filghaxija kif wasalt Ruma
tghidx kemm bdiet nizla xita. Qabel irqad tlabt talba biex l-ghada
johrog il-bnazzi halli c-cerimonja ma tithassarx. Il-Hadd sebah jum
sabih. Ix-xemx harget titbissem fuq il-pjazza ta' San Pietru, li
kienet mahnuqa bin-nies li gew minn kull rokna tad-dinja. Fil-bidu
sibt post fil-genb tal-pjazza. Kont qiesni sardina
Mario u David Mario Sant u David Borg, li sa l-ahhar ta' Awissu kienu Osimo ghan-novizzjat issa li ghamlu l-ewwel voti gew Assisi biex ikomplu l-istudji tat-teologija. Digà jidhru li qabdu l-gheruq f'dan l-ambjent Frangiskan. Izd'issa huma dispjecuti. Issa li gew Assisi huma kont ser nitlaq jien. Hekk il-hajja bhal-lanec fil-port fiz-zmien l-antik: wahda gejja u ohra sejra. Qabel tlaqt minn Assisi gew jaraw Donald Bellizzi u Gorg Buttigieg, iz-zewg Kjerci taghna li qed jistudjaw Ruma. Gew flimkien ma l-istudenti kollha li hemm fis-Seraphicum, il-Kullegg tal-patrijiet taghna f'Ruma ghax kellhom Quddiesa u xi laqghat hawn fis-Sacro Convento.
Boxing Day qabel il-waqt Kont ilni minnu gejt lura Malta wara l-ewwel parti tal-kapitlu li bdejt infittx il-kaxxi halli nibda nippakkja fl-affarijiet li kelli fil-kamra. Kien affarijiet li ngabbru tul it-tmien snin li kont nghix barra minn Malta. Bil-mod il-mod kollox beda jsib postu fil-kaxxi. Meta kont Malta sibt lid-ditta Attrans minn Haz-Zebbug li offritli li tiehu hsieb iggibli l-kaxxi hija. U hekk kien. Malli ircevejt il-konferma tat-tieni parti tal-Kapitlu li jien ghal Malta bejt naghlaq il-kaxxi. Malli mbaghad cempilli l-Provincjal u qalli li kelli wkoll il-Konferma ta' l-Arcisqof cempilt lir-Rappresentanti tad-Ditta Attrans f'Milan u l-ghada stess gew ghall-kaxxi li kelli. Ghext il-boxing day qabel iz-zmien. Anzi aktar minn jum wiehed. Kont ilni aktar minn hmistax nghix mdawwar bil-kaxxi. Meta gew jiehdu il-Kaxxi bejni u bejn ruhu ghedt min jaf nergax narahom u niftahom kollha. Digà kelli esperjenza qarsa meta bghatt il-kaxxi mill-Filippini ghat-Turkija. Wahda baqghet ma waslet qatt.
L-ahhar qatra Fis-sentejn li domt nghix Assisi ppruvajt nixrob kemm nista' mill-Ispirtu ta' San Frangisk. Meta wasalt Assisi ezattament fit-23 ta' Ottubru 2001 hassejt xi haga go fija tghidli li ma kontx ser indum hemm ghal zmien twil. Hassejtni kont hemm in transit. Ghaldaqstant ippruvajt li sakemm indum hemm ghad-dell tal-Qabar ta' San Frangisk infittex u nqalleb kotba u naqra kemm nista' biex insir naf aktar u nmtela' aktar bl-ispirtu tal-Fqajjar ta' Assisi. Terga' biex stajt naghmel il-web-site kelli naqra hafna materjal dwar il-Qaddis. Aktar ma wiehed jaqra fuq xi hadd aktar isir jafu u aktar isir jhobbu. Hekk gara lili. Aktar ma kont naqra fuq San Frangisk aktar bdejt insir nafu u m'hemmx ghalfejn nghid aktar sirt inhobbu. Cert issa kien wasal iz-zmien li nhalli il-Qabar ta' San Frangisk. Hassejtni seren. Kont naf li, iva, l-ghadam tal-Qaddis ser jibqa hemm, imma kont konvint li mieghi u f'qalbi ser ingorr l-ispirtu tieghu. Il-Gimgha 24 ta' Ottubru proprju fl-ahhar gurnata qabel ma tlaqt hawwalta f'mohhi li nkompli nixrob sa l-ahhar qatra mill-Ispirtu ta' San Frangisk. X'ghamilt? Fil-ghodu fis-7.00 inzilt u qaddist l-ahhar quddiesa fuq il-Qabar. Din l-ahhar quddiesa kienet esperjenza ntima u sabiha hafna. Wara nofs in-nhar imbaghad hadt il-karrozza tal-kunvent u ghamilt l-ahhar pellegrinagg lis-santwarji ta' Assisi. L-ewwel mort il-Kappella ckejkna tal-Porzjunkola, ghedt l-ewwel posta tar-Ruzarju u qaghad nitlob fis-skiet f'dak il-post ghaziz ghal Frangisku. Minn hemm mort Rivotorto, fejn San Frangisk ghex fil-bidu ma' l-ewwel patrijiet tieghu u ghedt it-tieni posta. It-tielet posta ghedtha f'San Damjan, il-post fejn il-Kurcifiss kellem lil Frangisku u qallu biex imur isewwi il-knisja tieghu. Sadanit-tant bdiet nizla ix-xita u hadt tixriba kbira. Xita hija forma ohra ta' Barka! Minn hemm ergajt dhalt fil-belt minn naha ta' fuq u mort inzur lil Santa Klara fil-Bazilka taghha u ghedt ir-raba posta tar-Ruzarju. Ghall-ahhar posta rritornajt mill-gdid fis-Sacro Convento poggejt il-karrozza f'postha u bqajt sejjer dritt fuq il-Qabar ta' San Frangisk u qaghad ghal ftit hin migbur hemm fis-skiet nixrob l-ahhar qatra mill-ispirtu ta' dan il-Qaddis. Filghaxija ergajt ingbart fuq il-Qabar flimkien mal-Patrijiet ghar-recita tal-Vespri. Xtaqt li dan l-ahhar jum nghaddih qrib tassew ta' san Frangisk. U hekk kien.
Tmiem esperjenza rikka L-ghada fil-25 ta' Ottubru fil-sitta nieqes ghaxra ta' filghodu kif fethet il-Bazilka mort inzur ghall-ahhar darba il-Qabar biex insellem lil Frangisku qabel nitlaq u nitlob il-Barka tieghu. U fis-6.00am tlaqt mis-Sacro Convento lejn l-istazzjon tat-tren u qbadt il-ferrovia lejn l-airport ta' Ruma biex naqbad l-ajruplan lura lejn Malta. Hekk temmejt esperjenza tassew rikka ta' tmien snin ta' qadi barra mix-xtut ta' Gziritna.
Il-Website ikompli
Hafna kif
semghu li kont ser nhalli Assisi biex nirritorna Malta
Inzomm il-pont wkoll
|
Madre Tereza Missjunarja tal-Karità, Mara, li kif ghamel San Frangisk 800 ilu, ghexet il-Vangelu u b'hajjitha ghallmet lid-dinja li Gesù ghadu haj fil-fqar ta' zmienna wkoll. |
|
![]() |