![]() |
il-pont - no 65 Valletta - Malta | ||
Il-Milied - l-istorja taghna lkoll
Ix-xahar ta' Dicembru jgib mieghu l-Festa tal-Milied, li San Frangisk kien isejhilha "Il-Festa tal-festi!"
Kull Milied ghandu storja. Cert li l-storja tal-Milied tintrabat l-ewwelnett ma' l-Istorja tal-Fidwa. F'din il-Festa infakkru, kif nafu lkoll, li meta waslet il-milja taz-zmien Alla bghatt lil Ibnu Gesù fostna biex jehles il-poplu tieghu minn dnubiethom. Hija l-istorja tal-poplu li kien fid-dlam u li issa bid-dawl ta' Kristu li twieled fil-grotta ta' Betlehem idda dawl kbir fuqu. Dan id-Dawl ghen biex il-bniedem jiftah ghajnejh, jbiddel ir-rotta, jhalli id-dlam li kien fih u jibda miexi fid-dawl.
Jekk taqblu li dan li ghedt huwa minnu - wara kollox huwa dak li nsibu fil-Kotba Mqaddsa - allura l-istorja tal-Milied hija l-istorja taghna ilkoll, wiehed wiehed u wahda wahda.
U kull Milied li jasal irid ifakkarna fl-istorja taghna. Min minna xi darba jew ohra ma kienx miexi fid-dlam? Min hu dak jew dik li xi darba jew ohra ma kienx jew kienetx fit-triq zbaljata - it-triq tad-dlam? Mhux ilkoll kemm ahna parti minn dan il-Poplu li kien mixi fid-dlam?!
Id-dawl ta' Gesù Bambin irid jiddi fuqna kif idda fuq in-nies ta' zmienu. Bid-dawl tieghu irid igib fix-xejn dan id-dlam. Irid li ahna ukoll nifthu ghajnejna, nintebhu bid-dlam li nkunu fih, nbiddlu r-rotta u nibdew nimxu fid-dawl.
L-istorja ta' dan il-Milied 2003 hija okkazjoni jew ahjar hija grazzja ghalina ilkoll biex inhallu d-Dawl ta' Kristu jiddi fuq id-dlam ta' hajjitna. Hija grazzja li biha naraw x'inhu u minn hu tassew dan id-Dawl biex naghzlu li nimxu wara fid-Dawl.
Kull laqgha taghna ma' Gesù hija Milied. Hija laqgha mad-Dawl. Hija stedina biex nibdlu r-rotta ta' hajjitna.
Nixtieq lil kull wiehed u wahda minnkom Milied mimli Dawl. Jalla wara li niskopru fi Kristu Gesù il-veru Triq u l-veru Dawl inkomplu mixjin f'din it-Triq tad-Dawl tul is-sena il-gdida.
Il-Milied it-Tajjeb.
Fr Thomas.
Prespju tal-kartun fil-Filippini fl-1996-1999
Tmien snin
ilu, fl-1996 iccelebrajt il-Milied ghall-ewwel darba bhala missjunarju
gewwa l-Filippini. Dak iz-zmien kont qed iservi bhala Surmast
tan-Novizzi fid-Dar ta' Formazzjoni taghna f'Tagaytay City. Minn zmien qabel il-Milied flimkien mal-grupp
ta' novizzi li kelli
bdejna ihejju ghall-festi tal-Milied. Fl-orarju tal-gurnata sibna hin
- wara l-ikel ta' filghaxija - u ddedikajnih biex nahdmu flimkien fuq l-armar u
d-dekorazzjonijiet tal-Milied. Min ha hsieb haga u min ohra.
Jien ukoll xammart u tajt is-sehem tieghi. X'ghamilt? Gieni f'mohhi li
naghmel Presepju Frangiskan semplici. Sibt ftit kaxxi
tal-kartun ohxon. Hazzejt bil-lapes il-figuri, qtajthom
b'xafra u
tajthom il-kulur. Gew helwin hafna.
Fis-sena 2000 il-Prespju baqa' mgezwer Meta gej biex nitlaq mill-Filippini biex immur it-Turkija bdejt naghti hafna mill-affarijiet li kelli. X'hin gejt ghall-Presepju tal-kartun hassejt ghafsa ta' qalb. Billi kien hafif ddecidejt li niehdu mieghi t-Turkija. Ghalhekk bghattu f'wahda mill-kaxxex li bghatt. Imn'alla ma nzertax fil-kaxxa li kienu serquli, ghax kieku Alla m'ghamlu! B'xorti tajba il-presepju wasal Istanbul qawwi u shih. Kelli il-hsieb li narmah ghal Milied tal-Gublew fis-sena 2000 - li ghalija kellu jkun l-ewwel Milied fit-Turkija. Xtaqt kieku npoggih f'xi rokna fil-Bazilka taghna fit-triq principali ta' Istanbul. Izda gara li ftit qabel il-Milied kienu tajru lid-Daddy tieghi bil-karrozza waqt li kien qed jaqsam it-triq u gejt Malta bla hsieb u qattajt il-jiem tal-Milied qrib is-sodda ta' missier fl-isptar ta' San Luqa. Mill-Milied Tork ma kien hemm xejn. U il-presepju tal-kartun f'dik is-sena tal-Gublew baqa' mgezwer u merfugh fil-kaxxa li kont hejjejt ghalih.
Fis-snin 2001-2002 l-istess Presepju fil-Belt tal-Fqajjar ta' Assisi
Fil-Milied 2001 kont digà tlaqt mit-Turkija ftit qabel ghal Assisi. Kien l-ewwel Milied gewwa il-Belt ta' San Frangisk. Kien bix-xieraq li narma il-Presepju Frangiskan fil-belt tal-Qaddis li holoq ghall-ewwel darba ix-xena tal-Milied fi Greccio fis-sena 1223. Ghalhekk hadt hsieb nohrog il-kaxxa u narma l-Presepju. Kien hemm xi patrijiet li xaquni naghmlu fil-kurutur tal-Kunvent. Izda armajt u zammejtu fil-kamra tieghi stess, l-istess ghamilt fil-Milied ta' wara dak 2002 (ara r-ritratt). Il-Presepju tieghi ssokkta jzid l-ghadd ta' presepju armati fil-Belt tal-Fqajjar ta' Assisi.
Sena 2003 il-Presepju din id-darba fil-Belt ta' La Valette
Ghal bidu ta' Novembru waslu
l-kaxxi bl-affarijiet li bghatt minn Assisi qabel ma tlaqt ghal Malta. F'wahda
minn dawn il-Kaxxi kien hemm il-presepju tal-kartun li kont ghamilt
fil-Filippini tmien snin ilu. Kont qieghed nitkellem ma' Patri William
Bartolo, il-Gwardjan tieghi u x'hin ghedtlu bil-presepju Frangiskan
tal-kartun xtaqni li narmah fin-nicca ckejkna li hemm fid-dahal
tal-kurutur tal-kunvent taghna tal-Belt.
Wirja ta’ kartolini Fin-notice board tax-xellug li hemm fid-dahal tal-Kunvent qrib fejn hemm il-presepju Frangiskan hejjejt wkoll wirja ta’ kartolini tal-Milied bix-xbieha ta’ San Frangisk jew b’tema Frangiskana. Dawn huma ghadd ta' Kartolini li gbart matul dawn l-ahhar snin kemm domt barra. Interessanti li huma kollha b'tema frangiskana. Min ikun Triq ir-Repubblika l-Belt jista jghaddi u jaghti titwila biex jara kemm il-presepju u kemm dawn il-Kartolini.
Rakkont ta' San Frangisk u l-Ewwel Presepju Greccio – 1223 San Frangisk kien ihobb il-Milied aktar mill-festi l-ohra kollha. L-imhabba ta’ Frangisku lejn Gesù Tarbija baqghet marbuta mac-celebrazzjoni tal-Milied fi Greccio fis-sena 1223.
Qrib ir-rahal ta’ Greccio kien hemm ghar qalb il-blat u hawn Frangisk ried jghix mill-gdid il-grajja ta’ Betlehem. Xtaq jara b’ghajnejh kif hesu’ Bambin kien mimdud fil-maxtura fuq it-tiben bejn il-baqra u l-hmara. Ganni Velita, habib devot ta’ Frangisku minn dawk imhawi mar mimli hegga biex ihejji dak li kien mehtieg skond ix-xewqat tal-Fqajjar ta’ Assisi. Ghall-okkazjoni gew hafna patrijiet u ghadd ta’ nies mill-irziezet ta’ dawk l-inhawi, igorru xemghat u fjakkli biex idawlu dak il-lejl tal-Milied. Fl-ahhar wasal Frangisku, ra li kollox kien imhejji kif xtaq u deher kollu ferhan. Hu resaq jirranga l-maxtura, qieghed it-tiben u dahhal il-baqra u l-hmara. F’dik ix-xena li tqanqal dehret tiddi s-semplicita’ u l-faqar u tal-Vangelu, u dehret tassew l-umilta’ ta’ Gesù. Greccio kien sar Betlehem gdid.
Il-patrijiet bdew ikantaw tifhir lill-Mulej. Il-kwiekeb dak il-lejl dehru jiddu aktar mis-soltu. Frangisku kien qisu mitluf f’estasi quddiem il-presepju. L-ispirtu tieghu kien imqanqal bil-hlewwa, b’hena u ferh li ma jitfissirx. Is-sacerdot beda l-Quddiesa b’mod solenni fuq il-maxtura. Frangisku, liebes ilbies ta’ Djaknu, b’lehen hlejju beda jkanta il-Vangelu Mqaddes. Dak il-lehen qawwi u helu, car u kollu hlewwa ta’ melodija, ghaxxaq u kebbes f’kulhadd ix-xewqa tas-sema. Imbaghad beda jfisser il-grajja tat-twelid tat-Tarbija lin-nies. Bi kliem l-aktar helu gabilhom mill-gdid quddiem ghajnejhom it-twelid tas-Sultan fqir u l-belt ckejkna ta’ Betlehem. Kull meta kien isemmi l-isem ta’ Gesù kien isejjahlu: “it-Tfajjel ta’ Betlehem”. U l-isem ta’ “Betlehem” kien ilissnu bhallikieku kien hoss tal-karba ta’ naghga. Kull darba li kien jghid “it-Tfajjel ta’ Betlehem” jew “Gesù” Frangisku kien jilghaq xufftejh b’ilsienu, kwazi biex iduq il-hlewwa u l-benna ta’ dawk il-kelmiet.
Wiehed minn dawk li kienu prezenti, ragel ta’ virtu’, kellu vizjoni tal-ghageb. Deherlu li t-tfajjel ckejken kien mimdud fil-maxtura. Frangisku resaq lejh u donnu qajmu minn naghsa profonda. Fra Tumas ta’ Celano, li halla bil-miktub il-grajja, jghid li din il-vizjoni tal-ghageb ma kinitx f’nuqqas ta’ qbil mal-fatt, ghaliex ghall-merti tal-qaddis Frangisku, it-tfajjel Gesù rega’ ha l-hajja fil-qlub ta’ hafna, li kienu nsewh u t-tifkira tieghu baqghet stampata fil-mohh taghhom.
Wara li ntemmet dik il-velja solenni, kulhadd rega’ lejn daru mimli b’ferh li ma jitfissirx. Dan kien l-ewwel presepju ta’ Frangisku.
Nota dwar il-pont Mis-sena 2004 il-pont mhux ser ikompli jithejja kull xahar, kif kien isir tul dawn l-ahhar snin. Minflok ser jithejja f'xi okkazjoni specjali. Grazzi mill-qalb tas-support u tal-kuragg li dejjem urejtuni tul dawn l-ahhar tmien snin. |
hwejjgi minn Xewqat ta' Paci u Ferh Frangiskani ghal dawn il-Jiem ta' Festi. Jalla thoss il-Paci u l-Ferh ta' Gesù Bambin kif hassu San Frangisk fil-lejl tal-Milied gewwa Greccio fl-1223.
Il-Milied it-Tajjeb lilek u lill-gheziez tieghek! |
||
![]() |