il-pont - no 35 Istanbul - Turkija |
|
|
Jannar 2001 no 35 Alla eqreb mis-soltu
Wara waqfa kemm xejn twil u bla mistennija f’Malta ergajt lura t-Turkija. Inzilt Malta ghax skaditli il-viza wara t-tieni tlett xhur tieghi f’Istanbul. Kif kont Malta ghamilt Check-up mediku generali, li ha fit-tul aktar milli stennejt. Meta t-tabib qalli li nista’ mmur lura b’mohhi mistrieh ghamilt il-biljett biex nigi lura. Kmieni mas-sebh ta’ lejliet li kelli nitlaq minn Malta cemplitli ohti biex tghidli li kienu tajru lid-Daddy b’karrozza waqt li kien gej lura mic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid. Ma kellix ghazla ohra ghajr li nhassar il-flight. Il-missjoni tieghi fil-mument kienet li nibqa Malta biex indur b’missieri.
Mill-Milied Tork ma doqt xejn. Il-Milied u l-Ewwel tas-Sena qattajthom qrib is-sodda tad-Daddy fl-isptar. Kienu Milied u Bidu tas-Sena b’differenza u specjali. Mhux tant ghax kont qrib nies li kienu qed jifirhu daqskemm ghax kont qrib nies li kienu qed ibaghtu. Il-Quddies li ccelebrajt fis-sala ta’ l-isptar specjalment dak in-nhar tal-Milied hassejt lil Alla eqreb mis-soltu. Alla li sar Bniedem bhalna kien tassew qrib ta’ dawk li jsofru. Gesu` Bambin li twieled ghalina proprju kien hemm fostna biex jitghabba bil-mard ta’ l-gheziez tieghU. Kienet celebrazzjoni specjali!
F’dak il-mument sthajjiltu qed nholoq Presepju uniku. Presepju fejn Gesu` ma kienx imdawwar bir-rghajja jew bil-magi bhas-soltu. Izda kien imdawwar bil-morda, li bil-kemm kienu jifilhu jicaqalqu u bl-infermiera li jiehdu hsiebhom. Ma kellhomx hrief, lanqas deheb jew incens x’joffru. Il-pazjenti kellhom il-mirra tal-mard u l-ugigh taghhom x’joffru u l-infermiera min-naha taghhom offrew s-servizz d-dedikazzjoni u l-kura taghhom.
Kien l-aktar presepju haj u b’tifsira li qatt rajt u li ghext! Kien prespju li ma kienx ghal wiri bhal ghadd ta’ ohrajn. Ma rebah l-ebda premju. Hadd ma nduna bih. Imma Gesu` kien tassew presenti, mhux tax-xemgha jew tal-gibs, imma veru u haj. Sahhiet.
Fr Thomas.
Intilef ir-rizultatDARB’OHRA niftakar kien intilifli rezultat. Kien wara li qaddist meta baghtuni nkompli l-istudji Ruma. Mort naghmel l-ezamijiet ta’ l-ahhar tas-sena. Stennejt biex johorgu r-rizultati halli nkun nista` nirritorna Malta ghax-xhur tas-sajf. Ir-rizultati hargu, izda wiehed minnhom ma giex. Kien holoqli ftit tal-giri. Mort fis-segreterija u qaluli li l-professur ma kienx tahom il-marka. Mort infittex il-professur u kien diga` telaq minn Ruma. Talbuni kopja ta’ l-istudju li kont ppresentajt, ma kellix wahda ghax kont diga` baghatha Malta. Fejn bsart x’ser jigri! Insomma domt kwazi erba` xhur sakemm instab ir-rizultat. Fl-ahhar mill-ahhar f’hajjet Alla kien rizultat tajjeb hafna. Waqt li kont qed naghmel it-testijiet medici f’Malta ntilef wiehed mir-rizultati tat-testijiet li ghamilt. Minhabba fih kelli nipposponi l-vjagg lura ghat-tieni darba. L-ewwel darba pposponejtu minhabba li t-tabib li kien qed jghamilli t-testijiet talabni nirrepeti test li kont diga` ghamilt. Qalli biex jkunu jista` jibghatni lura b’mohhi mistrieh. Sa dan it-tant ghosfor ir-rizultat ta’ l-ultrasound. Cempilt u mort kemm-il darba l-isptar biex nara sabux dan l-imbierek rizultat. Kont fuq ix-xwiek biex nirritorna lejn Istanbul allura aktar kelli premura li jfittex jinstab r-rizultat. U r-rizultat ma setgha jinstab imkien. Darba minnhom qomt bit-tir li mmur St Luke’s infittex ir-rizultat mitluf. Wara li qaddist tlaqt dritt lejn l-isptar. Bdejt mis-sala fejn ghamilt it-test u bdew jibghatuni minn ufficcju ghall-iehor qiesni min ghand Anna ghal ghand Kajfa u minghand Pilatu ghal ghand Erodi. Ma nghidx kemm tlabt lil Sant’Antnin biex isibuli! Fl-ahhar spiccajt f’ufficcju ta’ tabib minnhom. Qalli “Father naf bir-rizultat tieghek izda mhux qieghed hawn” U beda jqalleb il-files quddiemi. Wara li dam ifittex qata` qalbu qalli: “Jiddispjecini mhux hawn” Dak il-hin Sant’Antnin ried li t-tabib jdur fuq ix-xellug u qalb il-files jilmah ir-rizultat tieghi fil-wicc! Kien instab!. F’hajjet Alla kien rezultat tajjeb wkoll. Wara li rah it-tabib tieghi qalli li nista` mmur naghmel il-biljett u mmur lura it-Turkija b’mohhi mistrieh.
Mit-Torcatal-Hadd 17 ta’ Dicembru 2000VINCE CALLEJA, anzjan ta’ 74 sena minn Rahal Gdid, sofra griehi ta’ natura hafifa meta kmieni il-bierah fil-ghodu ntalqat minn vettura waqt li kien qed jaqsam it-triq. L-accident sehh ftit wara l-5.30a.m. fi Pjazza Rahal Gdid,quddiem ic-Centru tas-Sahha. Fil-fatt l-anzjan kien ghadu kif hareg mill-istess Centru. Kif kien qed jaqsam it-triq, ftit metri ‘l fuq minn fejn hemm it-traffic lights, mid-direzzjoni tal-pjazza kien gej Louis Cutajar ta’ 34 sena mill-Fgura, fi Skoda. Jidher li Cutajar ma setghax jara lil Calleja minhabba li kien ghadu qed jisbah, b’konsegwenza li l-anzjan intlaqat. Minnufih l-anzjan ittiehed fic-Centru tas-Sahha izda wara li nghata l-ewwel kura ntbaghat l-Isptar San Luqa fejn kompla jinghata l-ghajnuna medika.
Indur b’missieriBEJN is-16 ta’ Dicembru u l-4 ta’ Jannar qattajt il-hinijiet twal fil-Ward MS2 ta’ l-isptar qrib is-sodda tad-Daddy. Jorqod kien jonqosni hemm. Ohti Josephine kienet qed tieghu hsieb lil Mummy. Hija Alfred irid min idur bih. Jien li stajt inkun l-aktar qrib u ndur b’missieri. Ma ddejjaqtx. Anzi hadt tassew gost li stajt inpatti ftit ghal kull ma ghamel missieri mieghi u mal-familja. Hadt gost wkoll ghax kelli chance nitkellem mieghu fit-tul. Hadt gost nisimghu jirrakkonta dwar tfulitu u z-zoghzija tieghu,dwar meta dahal fl-AirForce mas-servizz u dwar il-familja. Barra hekk kien fih mitt gost. Kieku kont tisimghu igerger bl-ugiegh. Anzi kien il-hin kollu jiccajta. “Iddubajt xi haga din is-sena ghal Christmas!” kien jghidli bit-tbissima. Meta kien jigi konxu tat-tbenqil li kellu kien jghidlu “Kull parti ta’ gismi ddubbat xi haga”. “Nghoddha b’wahda, Tom! Il-Mulej ma riednix ghalissa, iridni niehu aktar pacenza b’ommok!” Kien jiccajta ma’ kull minn gie hdejh biex izuru.
Fis-sular t’isfelBEJN nofs in-nhar u l-erbgha matul l-ewwel gimgha li d-Daddy kien l-isptar kont ninzel id-dar Rahal Gdid. Fthemt ma’ huti u qablu li nnizzlu s-sodod isfel halli ommi u missier meta jingabru mill-gdid d-dar ma jkollhomx ghalfejn jitilghu fis-sular ta’ fuq. U hekk ghamilt! Bl-ghajnuna ta’ xi “angli” li beda jibghatli il-Mulej nizzilt is-sitting room minn fuq u tellejt is-salott li kien hemm isfel minfloku. Irrangajt is-sodda ta’ taht it-tarag u ddubbajt sodda u saqqu u ghamiltha fil-kamra ta’ barra. Inzilt it-TV isfel, gew aktar “angli” biex jirrangaw il-Cable TV, it-telefon, il-wires ta’ l-elettriku. Hekk jistghu jghixu fis-sular t’isfel minghajr ma jkollhom joqghodu jitilghu t-tarag. Hasra li din il-bicca xoghol ma sarghetx qabel. Kemm kienu jiffrankaw tarag jahasra!
Konna mberkinAKTAR ma beda jghaddi z-zmien aktar bdejt intebah li l-hajja ta’ Missieri u ommi ma setghet qatt terga’ tkun bhal ta’ qabel l-incident. Missieri ma setghax jibqa jaghmel ix-xoghol kollu li kien jaghmel: ix-xiri. tisjir, tindif, hasil u l-inxir tal-hwejjeg ... u jiehu hsieb ommi. Issa ried min jiehu hsieb lilu. Il-Mummy fehmet din il-haga ukoll u kienet hi li harget bl’idea li jkun jaqbel jekk jingabru f’xi dar ta’ l-anzjani. Idea tajba kieku! Imma fejn? Fejn, ha hsieb il-Mulej nniffsu. Kien diga` fethilna l-bieb qabel ma ilhaqna biss habbatna. Kif cempilt li Fr Victor Zammit Mckeon qalli li jista` jaqdina fid-Dar ta’ Saura r-Rabat. Meta tlajt ta’ Saura, Is-Sur Pace, d-Direttur qalli li kienu ghadhom kemm trasformaw kamra tat-TV f’kamra ghal koppja. U l-Koppja kienet ommi u missieri. Uhud qalulna li konna “furtunati”. Jien nghid “konna imbierkin!”. Bla telf ta’ zmien ergajt xammart il-kmiem u bl-ghajnuna ta’ ghadd ta’ “angli” ohra xtrajt u hejjejt il-mehtieg kollu. U fl-4 ta’ Jannar, dak in-nhar stess li missieri kien licenzjat mill-isptar, il-genituri ingabru flimkien fid-Dar ta’ Saura. Cert li mhux facli tbiddel l-ambjent u tidhra hekk malajr. Jien naf x’igifieri mill-esperjenza. Imma cert ukoll li bl-ghajnuna ta’ Alla jissettiljaw u jkunu ghal qalbhom. Nitlobkom biex zommuhom fit-talb taghkom ukoll. Ghal dawk li jixtiequ jikkuntattawhom l-indirizz huwa: Dar Saura, Triq Nikol Saura, Rabat RBT 06. Dahhalnilhom it-telefon privat fil-Kamra n-numru huwa 459418. Mhemmx hinijiet fissi ghall-vizti. Minn filghodu sat-8.30pm il-vizitaturi jidhlu x’hin iridu.
Il-firda keraGHAL kwazi xahar shih ghext mill-gdid qrib ommi u missier. Kien qed joqrob il-jum li ntemm il-missjoni tieghi mall-genituri biex nerga’ ntir lura lejn Istanbul halli nkompli il-missjoni. Bdejt nifhem li kienet ser tkun iebsa mhux biss ghalija imma wkoll ghalihom. Bdejt nipprova naghtilhom bil-mod li kif ikunu ssettiljaw ftit nahseb biex immur lura. Bdejt nipprova naqta` bil-mod il-mod. Ma kienx facli. Darba minnhom sibt nota mal-bieb tal-kamra tieghi fil-kunvent ta’ Qawra: “Cempilek id-Daddy - ma nqala` xejn”. Meta cempilt lura, id-Daddy qalli: “Ma gejtx xejn ilum, il-Mummy hadet hsiebek!” Cert l-omm thossha aktar! Dak in-nhar li tlaqt mort narahom ir-Rabat: “Mur ibni ha tkompli il-missjoni li fdalek il-Mulej, Kun imbierek!”. Ma nafx infisser x’hassejt dak il-hin u wisq inqas dak li hassew huma! Tassew iebsa il-firda.
“Angli” u “Arkangli”KIEN zmien il-festi tal-Milied. Zmien li l-Angli donnha tkun id-daqqa taghhom. Matul iz-zmien li kont Malta l-Angli ma sibthom biss imsemmija fir-rakkont tal-Milied jghannu qtajja qtajja. Sibthom ukoll qrib tieghi u madwari tista` tghid il-hin kollu. Diga` semmejt “l-angli” li sibthom ta’ ghajnuna f’Rahal Gdid u r-Rabat. Imma kien hemm “angli” u anki “arkangli” ohra. Kieku tassew qtajja bla ghadd. Jekk nipprova insemmiehom b’isimhom ma jirnexxili qatt. Nixtieq biss permezz ta’ dan il-pont inwasslilhom ir-radd ta’ hajr tieghi u tal-familja tieghi kollha. Ghal hlas inhalli f’idejn is-Sid ta’ l-Angli biex iroddilhom kif jaf hU bil-mija fil-wiehed. GRAZZI mill-qalb. Minn-naha tieghi nitlob ghalihom ikoll.
... u ta’ denbu twil KIENET imhallta il-bejgha. Jindies ma’ l-hafna “angli” li kelli madwari kien hemm wkoll ta’ denbu twil. Ipprova jdeffes denbu biex itellifni sabri u il-kalma kemm-il darba. Darba minnhom dahhal denbu wahda sewwa! X’ghamel? Bellaghli “virus” fil-computer, dak li ghamel! Ftit qabel il-Milied ircevejt e-mail b’attachment mieghu bl-isem “Navidad” u blajtu belgha. Ma kienx “Navidad” ghax hassarli s-sistema kollha tal-computer. Kellhom jinstallawli il-programmi kollha mill-gdid. Tlift ghal darb’ohra kullma kelli! M’hemmx t’ghamel la x-Xitan ried hekk. Santa Pacenzja, ora pro nobis!
Hames kaxxi mitlufa GHAT-TELF giet is-sena 2000. Ma nghoddx kemm intilfuli affarijiet. L-aktar wahda kbira kienet il-famuza kaxxa ta’ 25 Kilo bil-computer u tant affarijiet importanti ohra li kont bghatt lejliet li tlaqt mill-Filippini. Barra din kaxxa b’soghba kbir nghid li tilft hames kaxxi ohra. Fl-ahhar xahar tieghi fil-Filippini bdejt nippakkja l-affarijiet importanti li kelli u bdejt nibghathom bil-posta bil-bahar. F’Marzu baghat seba` kaxxi: tnejn Malta u hamsa t-Turkija. Ta’ Malta waslu f’Gunju. Dawk li bghatt it-Turkija wara ghaxar xhur ghadhom ma waslux! U lanqas ghandi tama li jaslu. Alla m’ghamilhom! Qed nitghallem li ma norbot qalbi ma xejn! Il-lezzjoni qed nitghallimha bil-qares!
Ma kienx ton!INSIBHOM bil-qampienajien ukoll! Ftit wara li wasalt Malta mort inqaddes quddiesa f’gheluq ix-xahar mill-mewt ta’ Ninu Azzopardi tal-Mirlu. Ibnu Toni stedinni mmur mieghu biex narahom jaqbdu il-hut fil-farm tat-ton. Mort u hadt gost tghidx kemm nara dawk il-manuvri kollha biex jaqbdu t-ton. Gabdu mat-tletin ras. Xi whud minnhom haduhom fuq vapur li kien barra il-port biex jipprocessawhom u erba minnhom ta’ xi 400 kilo-l wahda ghabbewhom f’kaxxi kbar tas-silg fuq il-lanca u gabuhom l-art biex jibghatuhom dritt il-Gappun. Qabel tlaqt Toni tani borza mimmlija bil-qlub u fwied tat-ton. Irringrazzjatu, ghabbejtu fuq wara tal-karrozza u tlaqt. Mat-triq il-borza nqalbet u waqa` xi demm ta’ dan l-imbierek hut fuq it-tapit ta’ wara tal karrozza. Fil-pront sibt “anglu” li haslitli t-tapip. Izda l-ghada kien hemm xiha taqsam - qiesu kien hemm xi hadd mejjet fil-karrozza. Kien ser ihossni hazin bir-riha. Harist taht is-seat u nara li kien hemm bicca ton li nitnett il-karrozza kollha. Gibt nofs barmil ilma tfajt tlett kwarti ta’ flixkun Detol u tfajtu fuq it-tapit. Izda ghal xejn ir-riha tat-ton kienet aktar qawwija. Ergajt mort ingib flixkun Detol iehor u battaltu fuq it-tapip. Mil-mod ir-riha tad-Detol bdiet teghleb dik tat-ton. Bhalikieku ma kienx bizzejjed. Darba minnhom kont ghand familja fil-Wardija hallejt it-twieqi tal-karrozza miftuha biex nbiddel l-arja fl-karrozza. U filli kien bnazzi u filli nqaleb it-temp u tghidx kemm nizlet ix-xita. Fil-Wardija fejn kont nizel ukoll is-silg. Kif mort lura fil-karrozza nsib xi pulzier silg fuq is-seat. Ma kienx ton!
X’sibt jistenniniISSA gejt lura hawn it-Turkija. Is-sibt ghadd ta’ affarijiet jistennewni. Sibt turrun ittri u hafna kartolini tal-Milied fuq il-mejda x’inwiegeb. Sibt partita flus tal-kaxxi tax-xemgha u l-offerti x’nghodd. Sibt kobba mhabbla fil-kontijiet x’inholl. Sibt hafna Nigerjani u Filipini jridu jkellmuni personalment. U fuq kollox sibt kesha xxoqq l-ghadam. Qed nipprova bil-mod u bl-ghajnuna ta’ Alla insib tarf ta’ kollox. Tislijiet u talb mil-qalb.
|
|
Mulej ibqa` fil-qribI z Mill-Milied Tork ma doqt xejn.
Il-Milied u l-Ewwel tas-Sena qattajthom qrib is-sodda tad-Daddy fl-isptar.
Kienu Milied u Bidu tas-Sena b’differenza imma ukoll specjali. Mhux tant ghax kont qrib nies li kienu qed jifirhu daqskemm ghax kont qrib nies li kienu qed ibaghtu.
Il-Quddies li ccelebrajt fis-sala ta’ l-isptar specjalment dak in-nhar tal-Milied hassejt tassew
lil
Alla eqreb
mis-soltu
|