il-pont - no 36                         Istanbul  - Turkija

 

Frar 2001  no 36

◄◄|werrej|►►

Il-Mummy hallietna

 

INSELLMILKOM. Jumejn wara li bghatt il-pont waslet l-ahbar tal-mewt tal-Mummy. Kien it-tlieta 30 ta’ Jannar. Id-daqq tal-telefon tal-kamra kiser il-hemda ta’ sbieh il-jum. Qalbi ghamlet tikk.  Donni kont naf min cempel u x’ser tkun l-ahbar.  “Bongu Jo, x’inqala?!” “Il-Mummy hallietna”

 

Kienet ohti kif bsart bl-ahbar. Ghamilna ftit kuragg  u sabbarna lil xulxin kif stajna.  Ftehmna li ninzel Malta biex immexxi c-celebrazzjoni u qtajna.  Lanqas naf infisser x’hassejt.  Dak il-hin hassejtn li kont tlift lil ghaziza ommi.  U l-Omm titlifha darba tkun tliftha ghal dejjem.

 

Fil-pront dawwart harsti fuq il-Mulej.  U mill-ewwel bdejt inhoss il-farag u serhan tal-qalb.  Bdejt nemmen li lil Mummy ma tliftix, imma irbahtha!  Bdejt nemmen li issa kienet zgur f’post zgur ahjar, fil-paci, fis-sliem, ghal qalbha, kuntenta, ferhana, imfejqa, mistrieha... u titbissem mill-gdid.   Il-Mulej kien hejjielha il-post u issa gie biex johodha mieghu biex - kif wieghed - fejn ikun hu  tkun hija wkoll.   Bil-mod jien wkoll bdejt inhoss serhan f’qalbi u f’mohhi.  Tlabt ghad-Daddy.  Tlabt ghal huti u l-familji taghhom. Tlabt ghalija wkoll.  Tlabt biex il-Mulej jimla` hu l-vojt li halliel il-Mummy fil-qalb taghna.   Tlabt biex il-Mulej iqawwi il-fidi taghna fih.  Tlabt biex izommna sodi u biex nibqghu inharsu lejh.  Hassejt li il-Mulej kien qieghed iwiegeb il-lista kollha tat-talb li ghamilt. Hassejtu fil-qrib. 

 

Inzilt fil-Kappella biex niltob mal-patrijiet u tlabtu jkompli jaghtini kliem ta’ farag.  Mill-gdid wegibni fil-pront bil-kliem tas-salmi u tal-qari.  Il-Kelma tieghu hassejtha balzmu.  Wara t-talb kien imissni nqaddes.  Kienet l-ewwel quddiesa ghar-ruh ommi b’erba sacerdoti jikkoncelebraw mieghi.  Waqt l-Ewkaristija raddejt hajr lil Alla talli tani lil ommi u bid-dmigh f’ghajnejja ergajt raddejtilu lura.  Hassejt il-Mulej jixxotta kull demgha minn ghajnejja.  Hassejtu jaccertani li Ommi issa qieghda f’idejh.  Cert li issa qieghda f’post ahjar!   B’ghozza u fidi.

Fr Thomas .

 

The Times

Wednesday,  January 31, 2001

OBITUARY

 On January 30, at St Luke’s Hospital,

TESSIE CALLEJA

nee Sacco pf Paola, aged 73,

passed peacefully away comforted

by the rites of Holy Church.

She leaves to mourn her loss her husband Vincent,

her children Alfred and his wife Josephine Calleja, Josephine and her husband John Gatt

and Fr Thomas Calleja, Franciscan Conventual Friar, nephews, niece, relatives and friends - R.I.P.

 

The funeral leaves St Luke’s Hospital

to-morrow at 7.45 a.m.

for Christ the King parish church, Paola,

where Mass praesente cadavere

will be celebrated at 8.30 a.m.,

followed by interment at

Santa Maria Addolorata Cemetery.

No flowers by request

but donations to Villa Mgr. Gonzi. Siggiewi,

will be appreciated.

 

1 Tessalonkin 4:13-14

LANQAS kienet ghadha ghaddiet siegha minndu hadt l-ahbar kont fil-kappella.  KIf dhalt u konna ser nibdew it-talb tlabt lil Mulej jaghtini l-farag permezz tal-Kelma tieghu.  U tassew hassejt lill-Mulej jitkellem car u qawwi permezz ta’ qari mill-ewwel lit-Tessalonkin li qrajna fl-Ufficcju tal-Qari.  Isimghu x’qal:

 

“Ma rridux li ma tkunux tafu, huti, fuq il-mejtin

biex ma ssewdux qalbkom bhal l-ohrajn li ma ghandhomx tama.  Jekk ahna nemmnu li Gesu` miet u qam mill-imwiet, hekk ukoll Alla jigbor mieghu lil dawk li raqdu f’Gesu`” (1 Tess 4:13-14).

 

Hassejt li Gesu` tassew hdejja u kliemu hassejtu diehel f’qalbi. Ma kellix aktar dubbju Gesu` kien gabar mieghu lil Ommi li ftit mumenti qabel kienet raqdet fih ir-raqda tal-mewt.   Il-Mulej li kellem lili kellem lil ohti Josephine u lil zewgha John permezz ta’ dan l-istess qari waqt li kienu qed jitolbu flimkien l-Ufficcju tal-Qari fis-satra ta’ darhom f’dik l-istess ghodwa ta’ niket.  Fil-vers 18 il-Mulej issokta jkellimna: “Aghmlu l-qalb lil xulxin b’dan il-kliem”  Jien qatt ma nikteb minn qalbel l-omeliji li naghmel u  lanqas inkun naf ser nghid sa l-ahhar minuta. Izda dak inhar  tal-funeral qabel ma hrigt mill-kunvent  ktibt dan it-test fuq karta fuq karta zghira biex jekk ikolli bzonn nikkwotah ezatt.  Lanqas kien hemm ghalfejn. Meta gew biex jaghzlu l-qari ghal quddiesa tal-Funeral minghajr ma kont naf ghazlu l-istess test. Kieku  ma ridtx nemmen lanqas stajt. Ma kellix aktar dubbju Il-Mulej tana messagg ta’ farag u ried li naghmlu il-qalb lil xulxin b’dan il-Kliem.   Dak li ppruvajt naghmel waqt l-omelija.  Bil-hila tieghi wahdi ma kienx jirnexxili zgur.  Imma il-Mulej kien mieghi f’dak il-mument wkoll. Kien hu li kien qed jaghtina il-qawwa u il-forza il-hin kollu.  Kien hu li kien qed jaghtini il-kliem x’nghid biex naghmel il-qalb lill-ahwa kollha li kienu prezenti.  Kienu hu li tani il-qawwa biex nemmen u nxaddar bil-ferh  li Gesu miet u qam mill-imwiet u li hekk ukoll jigbor mieghu lil dawk li raqdu f’Gesu` fosthom l-Mummy tieghi.

Meta kont qed nitkellem b’ohti wara c-celebrazzjoni dwar dan it-test ftakkarna li kien it-test li konna ghamilna fuq is-santa tal-mewt ta ohtna Pauline.  Dak il-hin stess qbilna li naghmluh fuq is-santi tal-mummy.

 

Biljett lejn Malta

KOLLOX ta’ Malajr.  Dritt wara li qaddist il-Quddiesa ftit wara li rcevejt l-ahbar tal-Mummy lanqas kelli mohh niehu xejn.  Tlaqt bil-heffa  lejn l-ufficcju ta’ l-AirMalta biex  nipprova naghmel biljett lejn Malta.  Ippruvaw isibuli diversi  connections biex nasal dak in-nhar stess: u ma sibtx.  Mort b’kemm kelli sahha infittex l-Ufficcju tal-Alitilia, Irrangajt biex nitlaq dak in-nhar stess, naghmel lejl Ruma u filghodu nitlaq lejn Malta. Mort lura il-kunvent bla nifs u fi spazju ta’ hamsin minuta ghamilt il-bagalja, inhsilt, ilbist u wassluni l-airport. Ftit wara kont fil-gate nistenna biex nitla` fuq l-ajruplan biex nibda l-vjagg lura Malta wara biss tnax-il gurnata li tlaqt.

 

Lejl Ruma

FTIT minuti qabel ma qbadt l-ajruplan ghal Ruma cempilt il-Kunvent ta’ San Giacomo, fejn kont noqghod meta kont nistudja Ruma.  Tlabthom jaghtuni kenn ghal-lejl.  Laqghuni bil-qalb kollha.  KIf wasalt Ruma hadt l-ewwel it-Tren imbaghad taxi li waslitni il-Kunvent.  Kien l-istess post fejn kont meta hadt l-ahbar tal-mewt t’ohti Pauline f’Jannar ta’ 14-il sena ilu.  Qatt ma bsart li kelli nghaddi l-lejl ta’ qabel il-funeral ta’ ommi fl-istess kunvent.  Cempilt lil Patri Albert Sammut u stedinni mmur sa hdejh.  Il-Vatikan fejn qieghed P. Albert kien tefa` ta’ gebla ‘l boghod.  Issellift umbrella ghax bdiet niezla x-xita. Mort u f’inqas min kwarta kont diga` qieghed wara il-bieb. Laqghani b’ghozza, taghni l-ghomor, tellani fil-kamra u qaghna nitkellmu.  Kien l-ewwel mument li poggejt bilqieghda u tkellimt ma xi hadd li qasam u hass mieghi dak li kont qed inhoss. Hassejtu jfarragni.  Wara c-cena mal-patrijiet penitenzieri ghal rdoss tal-koppla tal-Vatikan, irgajt lura. Patri Albert gie mieghi bil-mixi  sa wara il-bieb ta’ San Giacomo.  Sellimna lil xulxin ghal darb’ohra u nfidna.

 

Marret hdejn ohtok

ZAMMEJT kuntatt kontinwu ma’ ohti. Cempilt diversi drabi. Ftehmna li l-funaral niccelebrawh il-Hamis filghodu.   Meta ergajt cempilt staqsejt jekk lid-daddy kienux tawh l-ahbar.  Id-Daddy kien ghadu ma jafx.  Kien ikun ahjar li tjghidulu.  Ergajt cempilt minn Ruma staqsejt lil ohti kif hadha id-Daddy.  Qaltli li kien hemm hdejha. Kellimtu fuq it-telefon.  Instema kalm u seren.  L-istess kelma li biha kien tani l-ahbar tal-mewt ta’ ohti Pauline. “Issa il-Mummy marret hdejn ohtok Pauline fis-sema!” qalli b’cert kalma u b’fidi ferma minn-naha l-ohra tat-telefon. Il-kalma u s-serenita’ ta’ missieri komplejt tikkonferma kemm il-Mummy issa kienet fieqet u strahet,

 

Lura mal-familja

L-AJRUPLAN nizel fil-hin. Ma kellix bagalji x’nogbor u bdajt hiereg dritt.  Sibt  il-habib fidil tieghi Lino, li offra jigi hu jigborni mill-ajruport.  Bqajna sejrin dritt ghand ohti, fejn kien hemm missieri wkoll.  Ghannaqna wahda lil xulxin u bla kliem ta’ xejn b’ghajnejna mahsula bi  dmugh frisk qbilna li konna tlifna l-ghezez tezor li kellna.  Wara s-skiet it-tbissima. Qbilna li l-Mummy issa kienet kuntenta zgur. Minn ghand ohti Lino hadni l-kunvent tal-Qawra biex nistrieh ftit.  Cemplit lil hija Alfred.  Aktar tard mort s’ghandu wkoll. Sibt seren ukoll. Kont ergajt lura fil-familja.  Alla tassew qrib taghna ilkoll.  Il-paci u s-serenita flimkien mal-fidi li hassejt fid-Daddy, f’Hija, f’Ohti u fil-bqija tal-familja kienu sinjal li Alla qieghed qrib tal-familja taghna. Tassew Alla huwa qrib ta’ dawk kollha li jsoffru.

 

Mulej mexxini int

IL-FUNERAL ta’ ohti Pauline ma kontx mexxejtu jien. Bzajt li l-emozzjonijiet jigru biha u nkaxkar lil kulhadd mieghi.  Il-Mummy kwazi kienet haditha bi kbira li ma mexxejtx jien.  Din id-darba wahhalta f’rasi li tal-Mummy mmexxi jien.  Imma kif?  Naf kemm jien dghajjef.  Naf kemm mhux kapaci. Ghalhekk tlabt biex il-Mulej jaghtini il-forza u jmexxini hu.  L-ahhar haga qabel dhalt norqod mort fil-kappella u tlabt il-Mulej biex jaghti lil Missieri, lil huti u lili lejl ta’ serhan u biex l-ghada jaghtina il-forza u il-fidi.  Dhalt norqod cert li il-Mulej ser jisma’ it-talb tieghi.  

 

Talba ohra

MATUL il-lejl ix-xita ma qattet xejn.  Wara lejl mistrieh qomt u mort dritt fil-kappella Irringrazzjat lil Alla ghal lejl misrieh li tani. Irgajt fakkartu biex jaghtini il-forza... u tlabtu talba ohra.  Tlabtu biex jekk jista’ jkun jiccara t-temp u jwaqqaf ix-xita biex minn kien gej ghal funeral barra il-problema tal-parking ma jkollux ukoll il-problema tax-xita.  Kif hrigt mill-kunvent biex immur lejn il-kamra mortwarja kienet ghadha nizla ix-xita.  Ftit wara kif konna fil-Coast Road rajt il-Xemx tiela` hamra sabuha.  Dak il-hin hassejt il-Mulej mill-gdid fil-qrib jghidli:  “Halli f’idi niehu hsieb jien”  U hekk kien.

 

Liebsa sabiha

KULLHADD jaf kemm il-Mummy  kienet dejjem smart! Dejjem bl-libsa eleganti fuqha.  Hadt gost x’hin rajtha fit-tebut.  Kienet liebsa tassew sabiha.  Dubbett u gakketta blu skur bir-rakkmu lewn id-deheb fuq wiehed mil-pavri u bi qmis bil-frilli bojod taht il-gakketta.  Kellha warda f’id il-leminija u tbissima sabiha fuq wiccha.  Dak il-hin dort fuq id-Daddy u ghedtu: “Dad kemm sejra libsa sabiha titlaqa` mal-Mulej” “Tassew”  wegibni, “Kemm ghandha wicca sabih!”  Halliet warajha kwantitajiet ta’ ilbiesi sbieh, imma issa m’ghandiex bzonnhom.  Issa il-Mulej hejjielha il-libsa il-bajda mahsula bid-Demm tal-Haruf.  Cert li d’din il-libsa fuqha ser tkun aktar smart.

 

Funeral “home made

NAQRA inbid home-made tinzillek ghasel. Hekk wkoll meta tmur xi party u l-helu jkun maghmul d-dar minn tal-familja stess. Il-Funeral tal-Mummy kien hekk - home-made.  Kollox sar minn tal-familja. Ohti Josephine ghamlet l-introduzzjoni, daqqet u kantat is-salm, Zewgha John  qara it-tieni qari.  Nancy l-mara tan-neputi qrat l-ewwel qari. Brian zewgha kanta l-Alleluia u kant iehor.  In-neputijiet Claire u Josef qraw it-talbiet tal-fidili.  Josephine, il-mara ta’ hija u n-neputijiet l-ohra Kieth u Damian tellghu l-offerti. Id-Daddy u hija Alfred ppartecipaw b’attenzjoni. Il-Kant l-iehor hadu hsiebu Josephine ohti u l-familja. Il-Quddiesa bl-omelija mexxejthom jien.  Kien funeral Home-made kellu b’tomgha specjali.

 

Naghmlu Festa

IX-XEWQA tieghi kienet li l-Funeral ikun celebrazzjoni ta’ Fidi. Ohti bla ma konna ftehmna xejn telghet fuq il-microphone biex isellem lil dawk prezenti u fl-introduzzjoni li ghamlet  stqarret li konna hemm biex naghmlu Festa.  Il-Mulej kien  webbel lili bl-istess hsieb ta’ Festa.  Xtaqt li niccelebraw il-Misteru tal-Fidi taghna u  nxandru bil-ferh il-Qawmien tal-Mulej. Fl-Omelija sthajjiltnali qed niccelebraw Jum l-Omm qabel iz-zmien.  Konna migbura madwar il-Mummy biex naghmlulha Festa.  Il-Festa kienet specjali ghax barra il-familja kien hemm ghadd ta’ qraba u hbieb tar-rispett li nghaqdu maghna. Il-Mistieden specjali ma kien hadd hlief Gesu` nniffsu - Hu l-Qawmien u l-Hajja.

 

Post isbah

IL-VANGELU kien mehud minn Gwanni 14.  Gesu wieghed li kien sejjer ihejji post u meta jkun hejja il-post jerga` jigi biex johodna mieghu biex fejn ikun hu nkunu ahna.  Hassejtni cert li issa il-Mulej kien lesta il-post ghal Mummy fis-sema u kien gie biex johodha mieghu. Kien jaf kemm il-Mummy kienet thobb id-dar u kif kienet zzomma armata sabiha b’affarijiet antiki, lampi u centrijiet.  Mur ara x’post sabih hejjielha!  Imma b’differenza. L-affarijiet antiki  ghaddew issa kollox gdid. Issa ma tkunx tehtieg dawl tal-lampi, ghax il-Mulej stess ikun id-dawl ta’ Dejjem taghha. Lanqas ic-centrijiet ma tehtieg aktar ghax issa c-Centru taghha huwa t-Tron ta’ Alla u tal-Haruf. Kemm Missieri, kemm huti u kemm jien nemmnu li f’dan il-post il-Mummy hija aktar kuntenta. Kuntenta wkoll ghax qieghda hdejn Pauline.

 

Nistennew

Issa nistennew sakemm il-Mulej ilesti il-post ghalina u jigi biex jiehu lilna mieghu. Sa dan it-tant inkomplu nishru u nkunu mhejjija halli meta jigi jsibna lesti. Sahha.

 

Il-Familja trodd hajr

Flimkien mad-Daddy Vincent,  ma’ hija Alfred u martu Josephine, ohti Josephine u zewgha John Gatt In-neputijiet: Brian u Nancy, Ian u Katiuchka, Keith, Claire, Damian u Josef nixtieq nroddu hajr minn qalbna lis-Sacredoti li kkoncelebraw waqt il-Quddiesa kif ukoll lil qraba u hbieb kollha li hadu sehem fil-Festa ta’ Fidi  li ghamilna lil ghaziza Ommna TESSIE CALLEJA nhar il-Hamis 1 ta’ Frar, 2001 fil-Knisja Parrokkjali Kristu Re - Rahal Gdid.  Hajr tassew. 

 

Il-presenza taghkom kienet ta’ farag ghall-famija kollha kif ukoll ta’ kuragg ghalina ilkoll biex stajna niccelebraw il-Misteru tal-Fidi taghna, biex inhabbru il-Mewt tal-Mulej u biex inxandru bil-ferh il-Qawmien tieghu,

Hajr ukoll lil dawk li ma setghux jattendu u li talbu xorta ghal Mummy

 

Hajr wkoll lil dawk li cemplu jew baghtu fjuri jew cards.  Grazzi tassew mill-qalb.

 ◄◄|werrej|►►

 

z

b'tifkira ghaziza

ta'

 

 Tessie Calleja

 

li nghaqdet mal-Mulej fit-30 Ta' Jannar 2001 fl-ghomor ta'

73 sena
 

Ahna nemmnu li Gesu'

miet u qam mill-imwiet;

hekk ukoll Alla jigbor mieghu

lil dawk li raqdu f'Gesu'

 

(1 Tes.4,14)I