il-pont - no 37 Istanbul - Turkija |
|
|
Mejju 2001 no 37 L-ewwel sena fit-Turkija
INSELLMILKOM. Iz-zmien igerbeb. Minndu gejt lura wara l-funeral tal-Mummy ghaddew xahrejn u nofs. Haga wara l-ohra dejjem kelli xi zommni okkupat. Dejjem nghid f’qalbi: “Ma l-ewwel chance li jkolli noqghod bilqieghda biex inhejji numru iehor ta’ il-pont”. Imma donnhu c-chance ma jasal qatt. Issa wahhaltha f’rasi li nohloq il-hin, noqghod bilqieghda u ma nqumx qabel intemm dan il-pont. Naf li hafna jkunu jistennewh! Kien hemm minn kitibli u qalli “Mela il-pont bil-hsara?!”. Le mhux bil-hsara, imma kien fil-queue jistenna t-turn tieghu. Hekku issa f’hajjet Alla wasal it-turn tieghu wkoll.
Fid-19 ta’ Mejju naghlaq sena li wasalt f’din il-Missjoni Turka. Emmnuni, lanqas naf kif ghaddiet din is-sena. Naf, izda li kienet sena mqallba mhux hazin. Kienet nhallta b’mumenti ta’ tensjonijiet, inkomprensjoni, problemi, qtugh il-qalb, mard. Kienet sena difficcli. Ma setghax kelli bidu aghar milli kelli. Malli wasalt sibt li serquli kaxxa bil-computer u b’affarijiet importanti li baghat mill-Filippini. Ma stajtx naqbad gheruq. Bdejt nitlef il-hegga li kelli u f’mohhi kien kontinwament iberren il-hsieb li nippakkja kollox u nerga` lura Malta. Hassejtni bblukkat u lanqas it-tork ma stajt nitghallem. Biex tkompli taghqad lid-Daddy tajritu karozza u ddahhal l-isptar. Il-Bambin ried li kont Malta. Kif harag mill-isptar, ngabar mal-Mummy fid-Dar ta’ Saura. Kienet bidla ghalihom tnejn. Kif wasalt lura t-Turkija, tnax-il jum wara, hadt l-ahbar tal-mewt tal-Mummy. X’kien jonqos jinqala’! Xtaqt tassew inqata’ l-karti u nitlaq minn hawn darba ghal dejjem.
Izda ma xtaqtx naghmel bhal Gona l-profeta. Ma ridtx nahrab minn fejn riedni nkun il-Mulej. Kelli mitt raguni ghalfejn kont qed nahseb biex nitlaq. Imma kelli raguni wahda ghalfejn nibqa`. Kienet il-fidi ferma li kelli, u ghad ghandi, li l-Mulej ghalissa jridni hawn fit-Turkija. Tlabt u qabbadt minn jitlob ghalija biex il-Mulej jaghtini l-forza biex naccetta u nwettaq ir-rieda tieghu. Il-Mulej sema talbi. Jidher li il-Mummy qed titlob ghalija hija wkoll mis-sema.
Matul dawn l-ahhar xahrejn u nofs hassejtni aktar trankwil u seren. Inhossni qiesni twelidt mill-gdid. Inhossni qiesni ghadni kemm nasal fit-Turkija issa. Hassart minn mohhi kull hsieb li nsorr u nerga` lura. Bdejt naccetta r-realta` Turka u ‘l dawk ta’ madwari hekk kif inhuma. Bdejt nifhem li l-kejl li biha rrid inhobb huwa dik li nhobb minghajr ma noqghod inkejjel. Bdejt nemmen li nhobb lil haddiehor ifisser li nhalli lil haddiehor fil-liberta`, li hallilu l-wisa` li jaghmel u jgib ruhu kif irid, wkoll jekk differenti milli nixtieq jien. Bdejt nikkoncentra aktar fuq is-servizz li jrid minni l-Mulej. Bdejt nipprova naghmlu b’qalbi kollha u b’aktar hegga u entuzjazmu. Matul dawn l-ahhar gimghat qed inhoss l-gheruq jinzlu ftit aktar fil-fond u x-xitla qed tikber u tghola aktar ‘l fuq. Tassew nemmen li t-talb qed jasal. Nixtieq inrodd hajr lil dawk li ftakru fija u talbu ghalija. Komplu itolbu ghalija kif jien nitlob ghalikom kull jum. Sahha u Barka.
Fr Thomas
Viza ghal tlett snin MIN jistenna jithenna! Kont ilni nistenna minn Mejju u fl-ahhar wasal. Qabel ma gejt it-Turkija f’Mejju tas-sena l-ohra kelli nieqaf Ruma biex immur l-Ambaxxata Torka halli napplika ghall-viza permanenti - bit-tork “Ikamet”. Ghamilt l-applikazzjoni u ma smajt xejn aktar. Dhalt it-Turkija b’viza turistika ta’ tlett xhur. Kif ghalaq iz-zmien kelli nohrog. Kont gejt Malta u malli ergajt hdalt tawni viza ta’ tlett xhur ohra. Sa dan it-tant kellimt lil Mr Oguz Teoman il-Konslu Generali ghal Malta, li joqghod telfa ta’ gebla ‘l boghod mill-Knisja taghna. U qalli biex inhalli f’idejh. Qabel ma nzilt Malta l-ahhar imlejt il-formoli u hadt ir-ritratti u tajthomlu. Malli gejt lura Mr Teoman baghat ghalija biex naghtih il-passaport. Lanqas ghaddiet gimgha baghatli l-messaggier u tani lura il-passaport u l-Ikamet mieghu. Issa ghandi viza biex noqghod it-Turkija ghal tlett snin. Kulhadd staghgeb! Il-patrijiet lanqas riedu jemmnu li tawni l-viza ghal tlett snin. L-isqof ukoll qalli kemm jien iffurtunat! Is-soltu l-Ikamet jaghtuh biss sena, l-aktar li taw, imma rari ferm, kien ghal sentejn. U lili tawni tlett snin. Min jaf ghalfejn?! Forsi hadu grazzja mieghi? Forsi ghogobhom ir-ritratt? Forsi l-iskrivan xorb xi xarba tajba u kien fis-sakra? Ma nafx! Li jien cert minnu hu, li dan l-Ikamet huwa konferma li il-Mulej iridni hawn.
Bidu tar-Randan FTIT wara li wasalt lura minn Malta wara il-funeral tal-Mummy ircevejt telefonata. Kien Patri Fons minn Izmir. Talabni biex immur Izmir ghal bidu tar-Randan biex immexxi tlett ijiem ta’ Ezercizzi. Mort bil-qalb kollha. Kelli l-okkazjoni li naqsam il-Kelma ta’ Alla ma’ l-ahwa tal-komunita nisranija ta’ Izmir. Kelli wkoll l-okkazjoni li nistrieh ftit u nghaddi hafna hin nitkellem ma’ patri Alfons Sammut. Iltqajt wkoll ma Fr Joe Buttigieg missjunarju kapuccin li qieghed imexxi komunita’ nisranija ta’ Bayrakli f’Izmir. Kelli hafna hin wkoll biex nimxi u biex nitlob wahdi. Mort biex naghti li haddiehor u bhal dejjem hassejt li rcevejt hafna jien. Inhoss li kienet provindenzjali din iz-zjara qasira f’Izmir. Il-pjanijiet tal-Mulej huma dejjem ghal vantagg taghna. Qed nifhem li l-Mulej ma jaghmel xejn ghal xejn.
Pellegrinagg tar-Randan IR-RANDAN huwa zmien ta’ Penitenza. Bhala attivita penitenzjali flimkien mal-grupp tal-Legion of Mary organizzajna Pellegrinagg ghad-Dar tal-Modonna F’Efesus. Konna b’kollox 65 ruh mill-English Speaking Community. Tlaqna bil-coach fl-ghaxra ta’ bil-lejl tal-Gimgha - dak in-nhar li Malta kienet ticcelebra il-festa tad-Duluri - u wasalna Efesus fid-9.00 tas-Sibt filghodu. Kif wasalna ghamilna il-Via Crucis madwar id-Dar tal-Madonna. L-ahhar stazzjon ghamilnih fid-Dar ta’ Marija. Dritt wara c-celebrajna il-Quddiesa. Fr Tarcy wiehed bil-patrijiet kapuccini qalilna li ahna konna l-ewwel grupp li qatt ic-celebrajna it-Triq tas-Salib fuq il-post ta’ Marija. Ktibna pagna gdida fl-istorja tal-post. Kif spiccajna il-Quddiesa kilna l-ikel li gibna maghna u tlaqna ghall-Knisja tal-patijiet taghna fejn hemm Patri Fons f’Karsiyaka - Izmir. Hemmhekk tlabni ir-Ruzarju tas-Seba’ Duluri tal-Madonna bil-litanija ta’ Marija Addolorata Sultana tal-Martri. Wara li sellimna lil Patri Fons u lil Patri Joe Buttigieg qbadna it-triq twila lura. Aktar ghamilna stazzjonijiet weqfin tul it-triq milli ghamilna tul il-Via Sagra. Wasalna Istanbul fit-tlieta ta’ sbieh Hadd il-Palm. Kienet kedda kbira. Imma zgur kien tassew Pellegrinagg ta’ sagrificcju.
Gimgha Mqaddsa BDEJNA bic-celebrazzjoni ta’ Hadd il-Palm. Kienet celebrazzjoni helwa. Wara t-tberik taz-zebbug ghamilna purcissjoni ckejkna mill-bieb tal-kunvent ghall-knisja, fejn komplejna bil-quddiesa bil-qari tal-Passju. Fost il-qarrejja kellna lil Mr Peter Hunt, il-Konslu Generali Ingliz. It-Tnejn u it-Tlieta tal-Gimgha mqaddsa ghamilna Irtir spiritwali. Mexxejt ir-riflessjonijiet fuq il-qari tal-Kelma ta’ Alla li kienu ser jinqraw matul it-Tridu ta’ l-Ghid. Attendaw madwar erbghin ruh kull darba. L-Erbgha filghaxija hadt sehem flimkien mas-sacerdoti ta’ Istanbul ghal-Quddiesa tat-Tberik taz-Zjut li mexxa l-Isqof Mons Louis Pelatre, Konna 28 sacerdot nikkoncelebraw. Lanqas bsart li kien hawn daqshekk sacerdoti. Wara l-isqof offra cena. Il-Hamis, il-Gimgha u s-Sibt filghodu flok il-Quddiesa li ssoltu naghmlu bl-ingliz ghamilna l-Litugija tas-Sieghat. Hejjejt il-libretti bit-testi ta’ l-Ufficcju tal-Qari u t-Talb ta’ Sbieh il-Jum u ngabrna u tlabna flimkien. Konna ‘l fuq minn tletin nitlobu u fahhru lil Alla flimkien bis-Salmi. Il-Funzjonijiet ta’ Hamis ix-Xirka, l-Gimgha il-Kbira u Sibt il-Ghid saru bit-Tork, b’xi qari u talb bl-ingliz u bit-taljan. Il-Knisja kienet mimlija bin-nies, fosthom hafna pellegrini. Hasra li mhux kulhadd kien qed jifhem x’kien qed jinghad. Il-bicca kbira tal-kant sar bl-Ingliz mill-kor ta’ l-English Speaking Community.
Zewg babies flok figolla IL-QUDDIESA ta’ l-Ingliz ta’ Hadd il-Ghid kienet isbah mis-soltu. Mhux tant ghax kellna aktar twapet jew fjuri mis-soltu. Mhux tant lanqas ghax kellna d-doppju tan-nies li jattendu is-soltu - konna ma xi sitt mitt ruh. Mhux tant ghax ergajna kantajna l-ALLELUIA! Izda ghax il-ferh tac-celebrazzjoni kien imhallat ma dak tal-maghmudija ta’ zewg trabi. Kellna lil baby Charles Jardel minn genituri Filippini u baby Michael minn genituri Afrikani. Hawn ma jkollnix maghmudijiet spiss. Allura kienet okkazzjoni tassew specjali. Kien l-ewwel darba li ghammidt hawn fit-Turkija. Ergajt geddid l-esperjenza sabiha li kelli meta kont fil-parrocca ta’ San Pawl il Bahar. Din id-darba hassejt l-istess ecitament ta’ meta ghammidt l-ewwel darba meta kont ghadni djaknu. Kull darba li ccelebrajt dan is-sagrament dejjem hassejt sens ta’ Festa. Il-biki tat-trabi waqt li kont qed inferragh l-ilma fuq rashom mela il-knisja b’certa sens ta’ hajja - dik li Kristu kiseb fil-Qawmien tieghU. Waqt il-Quddiesa qeddidna wkoll il-Weghdiet tal-Maghmudija. U wara il-quddiesa ghamilna festin ckejken ghall-Komunita’ Ingliza biex niccelebraw l-Ghid il-Kbir. Wara kellna il-pranzu mal-Patrijiet.
Hbieb godda KIENET kesha xxoqq l-ghadam! It-temperatura nizlet 7 gradi. Imma gabuli biljett u mort nara l-Galatasaray kontra il-Milan. Lil Milan kont diga` rajthom jilghabu u jirbhu kontra il-Besiktas. Din id-darba imma kienu t-Torok li hargu rebbieha u ghaddew ghall-quarter finals. Jiena wkoll hrigt rebbieh mill-ground. Irbah zewg hbieb godda. Agah u Ibrahim. Hdejja waqt li kont qed nara il-loghba kien hemm zewg ahwa. Wiehed minhom inzerta` kien jaf xi ftit bl-ingliz. Bdew jistaqsuni mistoqsija wahda wara l-ohra: min fejn gejt? x’jismek? fejn toqghod? x’taghmel...? U bi twegiba wara l-ohra sirna hbieb malajr. Gew jarawni l-kunvent taghna, jien mort il-hanut taghhom u il-hbieberija bdiet tikber. Meta telghu il-poloz u kien imiss li l-Galatasaray jilghabu kontra r-Real Madrid kienu Agah u Ibrahim li xtarwli l-biljett ghall-loghba. Gew ghalija il-kunvent u morna il-ground flimkien. Xtarwli wkoll xalla u hood tas-suf tat-Team tal-Galatasaray u gejt investit bhala supporter tal-Galatasaray. Din id-darba ma kienetx kesha bhad-darba ta’ qabel. L-atmosfera fil-ground kienet sabiha bi bnadar sofor u homor, kant u briju... malli t-Torok skurjaw il-goal tar-rebha il-ground ried jisplodi bl-ghajjat u il-qbiz. Bla ma ridt sibt lili naqbez maghhom. Agah u Ibrahim kienu kuntenti u jien wkoll. Imma l-ferh ma damx wisq! Hmistax wara il-Galatasaray tilfu away kontra r-Real u nqalghu mic-Champions League.
Paolo u Sevcan IC-CIRKU tal-hbieb bil-mod qed jikber. Barra minn Agah u Ibrahim il-Mulej laqqghani ma Paolo. Paolo huwa guvnot taljan jghallem fl-iskola Taljana u jghix hawn f’Istanbul. Sirna hbieb. Qed jigi ghal quddies kull filghodu qabel ma jmur ghax-xoghol. Bdiet tigi ghal quddies it-tfalja tieghu Sevcan - tfajla musulmana, li tghallem fl-iskola tas-sorijiet u f’dik tas-Salesjani. Qed niltaqa` maghhom kuljum u l-hbieberija qed tikber. Talbuni nohrog maghhom xi tlett darbiet. Darbtejn minnhom haduni picnic f’foresta mhux ‘l boghod wisq minn Istanbul. Darba haduni nara film. Ghandhom jizzewgu f’Lulju li gej. Ser jaghmlu zwieg Musulman u wara zwieg bil-Knisja. Talbuni biex inkun jien li niccelebra l-Quddiesa tat-tieg taghhom. Bil-qalb kollha ghaliex le? Fil-fatt qed nghejnhom fit-thejjija taz-zewg. Nirringrazzja lil Alla li qed jaghtini dawn il-hbieb xejn xejn ma nhossnix wisq wahdi f’din l-art barranija.
Lista ta’ hbieb IS-SORIJIET tal-Karita` ta’ l-Immakulata Koncezzjoni ta’ l-Ivrea talbuni biex naghtihom l-Irtir spiritwali ta’ kull xahar. Bil-qalb kollha. Ghalija kienet okkazjoni pastorali ohra. Ilni minn Ottubru, bl-eccezzjoni ta’ Dicembru ghax kont Malta, immur kull xahar biex naqsam il-Kelma ta’ Alla maz-zewg komunitajiet li ghandhom - dik ta’ l-iskola u dik ta’ l-isptar. Barra minn hekk f’xi okkazjonijiet specjali isejhuli biex niccelebraw il-Quddiesa flimkien. Il-Mulej qed ikabbarli l-lista tal-hbieb. Mal-lista issa hemm ukoll Sr Camilla, Maria, Salvatorina, Susanna ta’ L-iskola u Sr Grazia, Anna Paula, Giovanna u Grazia ta’ l-isptar.
April fool Fl-EWWEL ta’ April wara nofs in-nhar is-Sorijiet cempluli u qaluli li kien kemm sacerdot Malti li xtaq jiltaqa’ mieghi. Ghedtilhom: “Arawni gej!” Tlaqt kollox u mort ghandhom. Cempilt, fethuli il-bieb u bdejt tiela it-tarag. Kif kont f’nofs it-tarag sibt is-sorijiet taz-zewg komunitajiet ikantawli li kienu belghuli “il pesce d’aprile”. Qaluli kienu sejhuli biex jaghmluli cajta. Kienet cajta helwa. Tatna l-okkazjoni biex hadna daqxejn te u biskuttin flimkien. Dak in-nhar inzerta t-12-l anniversarju tal-Professjoni Solenni tieghi. Dak in-nhar kien l-akbar “April fool” zgur!
Maghmudija ta’ Pius IL-HADD ta’ wara l-Ghid kien wiehed specjali. Mhux tant ghax dak in-nhar waqt l-omelija ddiffendejt lil San Tumas li wahlulu tikketta li ma jemminx. Imma ghax waqt il-quddiesa kellna amministrajt is-Sagrament tal-Maghmudija u tal-Grizma lil Pius Ejionamhen, guvnot Nigerjan. Dak in-nhar Pius irceva wkoll ghall-Ewwel Darba lil Gesu fit-Tqarbin Imqaddes. Kien ilu jistenna minn Gunju tas-sena l-ghaddiet. Minn jistenna jithenna. Hekk thenna Pius. Il-ferh u l-hena kont tista` taqrahom fuq wiccu. Issa qed jigi ghal quddies u jitqarben kull jum. Fl-istess okkazzjoni guvunot Nigerjan iehor Emmanuel Nwokor irceva l-Ewwel Taqrbina. Kienet festa ghal Komunita` kollha.
Grizma ta’ Sean L-AHHAR Hadd ta’ April kellna festa ohra waqt il-Quddiesa ta’ l-Ingliz. Din id-darba kellna maghna lil Mons Luois Pelatre, I-isqof ta’ Istanbul. Gie biex jamministra il-Grizma lil Sean Labbe, Amerikan ta’ nisel Irlandiz, li bhalissa qed jghix fit-Turkija. Sean fix-xhur li gejjin ser jizzewweg bil-Knisja u wara nghammdu lit-tifel tieghu.
Aktar Abbatini MINN seba’ tlaqjna ghal sbatax. Xi hdud ilu waqt l-avvizi avvzjat li wara il-quddiesa xtaqt niltaqa` mal-qrupp ta’ dawk li jservu waqt il-Quddiesa. Stedint wkoll li dawk li xtaqu joffru dan is-servizz biex jattendu wkoll. Gew sbatax-il guvni - tnejn filippini l-bqija Nigerjani. Qassamthom fi tlett gruppi u mill-ahhar Hadd ta’ April barra mill-quddiesa bl-Ingliz bdew jaghtu servizz wkoll fil-quddiesa bit-Taljan u dik bit-Tork. Il-Patrijiet u n-nies kollha kienu kuntenti. Ma jistax jonqos l-aktar li kienu kuntenti kienu dawn il-guvintur - l-Abbatini taghna.
Zjajjar KULL darba li kont f’xi missjoni barra minn Malta dejjem hadt gost meta niltaqa’ ma xi maltin. F’dawn l-ahhar gimghat gew diversi koppji Maltin. Fosthom Myriam u Paul Camilleri. Myriam tigi t-tifla ta’ Zaren, l-kugin tal-Mummy. Kellna l-okkazjoni li nohorgu darba flimkien. Hadt gost li skoprejt fergha ohra mill-arblu tar-razza. Issa ghandi seba’ mitt sena biex meta nkun Malta niltaqa’ ma hut Myriam u l-familji taghhom, li kollha huma mhallta maghna. Nieqaf hawn. Sahhiet. |
|
Fid-19 ta’ Mejju naghlaq sena li wasalt f’din il-Missjoni Turka.
Emmnuni, lanqas naf kif ghaddiet din is-sena. Naf, izda li kienet sena mqallba mhux hazin. Kienet nhallta b’mumenti ta’ tensjonijiet, inkomprensjoni, problemi, qtugh il-qalb, mard.
Kienet sena difficcli. Ma setghax kelli bidu aghar milli kelli. Malli wasalt sibt li serquli kaxxa bil-computeru b’affarijiet importanti li baghat mill-Filippini. Ma stajtx naqbad gheruq. Bdejt nitlef il-hegga li kelli u f’mohhi kien kontinwament iberren il-hsieb li nippakkja kollox u nerga` lura Malta. Hassejtni bblukkat u lanqas it-tork ma stajt nitghallem. Biex tkompli taghqad lid-Daddy tajritu karozza u ddahhal l-isptar. Il-Bambin ried li kont Malta. Kif harag mill-isptar, ngabar mal-Mummy fid-Dar ta’ Saura. Kienet bidla ghalihom tnejn. Kif wasalt l ura t-Turkija, tnax-il jum wara, hadt l-ahbar tal-mewt tal-Mummy. X’kien jonqos jinqala’!
Xtaqt tassew inqata’ l-karti u nitlaq minn hawn darba ghal dejjem.
Izda ma xtaqtx naghmel bhal Gona l-profeta. Ma ridtx nahrab minn fejn riedni nkun il-Mulej.
|