il-pont - no 38                    Istanbul  - Turkija

 

Awissu 2001   no 38

◄◄|werrej|►►

il-pont wieqaf

 

X’sar minnu il-pont?  Mhux wiehed u tnejn staqsewni dwar il-pont.  Hawn f’Istanbul mhux neqsin mill-pontijiet.  Hemm tnejn kbar fuq il-Bosfru. Dawn jaghqdu l-Ewropa ma’ l-Asja.  U hemm tlett pontijiet ohra fuq il-Golden Horn. Kollha Alla jbierek busy bil-karrozzi ghaddejjin fuqhom il-hin kollu. Dan l-ahhar wiehed minnhom kien wieqaf.  L-ahhar li ghaddejt minn hdejh ftakart dwar il-pont tieghi. Il-pont fuq il-Qarn tad-Deheb kien wieqaf minhabba t-tiswijiet.  Il-pont tiegh kienet wieqaf minhabba n-nuqqas ta’ zmien.  Minnu li l-Mulej fil-providenza tieghu jaghti lil kull wiehed u wahda 24 siegha kuljum. Lil kulhadd xorta.  Hemm minn, l-aktar dawk li ftit ikollhom x’jaghmlu, li l-gurnata jarawha twila wisq u hemm minn il-jum lanqas jarah itir. Jien ghandi minn dawn ta’ l-ahhar.  Niskanta kif xi drabi dawn is-sieghat jghaddu jigru u bhal donnhom m’humiex bizzejjed. U mn’alla ghax kieku nispicca aktar ghajjien.  Matul ix-xhur li ghaddew kelli x’naghmel wisq tant li lanqas kien jibqali zmien biex naghmel dak li ssoltu nlahhaq naghmel.

 

il-pont kien wiehed milli kellu jibqa` wieqaf.   Imma issa donnu r-ritmu tax-xoghol naqas xi ftit u rnexxili nsib ftit tal-hin, wkoll jekk bl-iskossi, biex nerga’ noqghod bilqieghda u naghmel dan il-pont.  Permezz tieghu nixtieq naqsam minn Istanbul biex nigi n-naha ta’ fejn qieghdin intom. F’dan il-pont ippruvajt nigbor ftit mill-grajjiet li ghaddejt minnhom hawn f’dawn l-ahhar gimghat.  Cert li mhux possibbli li ngib kollox.  Ser nipprova nirrakkonta dawk l-aktar kuluriti. Inselli ghalikom u nitlob il-barka tal-Mulej fuqkom ilkoll.  

  

Fr Thomas

 

Id-Daddy fit-Turkija

Kien ilu xi ftit tas-snin ma johrog minn Malta. L-ahhar li kien hareg mill-Gzejjer Maltin kien meta l-Mummy kellha taghmel operazzjoni f’ghajnejha f’wiehed mill-Isptar ta’ Londra u kien tela` maghha.  Imma ma damux wisq. Kienu telqu llum u rtornaw l-ghada. It-tobba qalu li l-ghajn l-Mummy kienet tant maltratta li ma setghux joperaw fuqha. Dlonk kellhom jaqbdu l-ewwel ajruplan u jmorru Malta. Dan kien xi hames snin ilu. Dan l-ahhar meta kont ghal funeral tal-Mummy weghedt lid-Daddy li jekk jerga` jirpilja wara l-incidenti l-kellu u jiehu ftit tar-ruh ingibu jghaddi ftit jiem mieghi hawn f’Istanbul.  Wiccu xeghel! Stajt naqra minn ghajnejh li l-ideja kienet ghogbitu.  Ix-xewqa li jsifer, li dejjem kien jostor f’qalbu kienet waslet biex issehh!  Il-Habib tieghi Lino Gauci offra li kien lest li jtellghu hu. U hekk kien! Dawn il-Hbieb! Nhar it-Tnejn 2 ta’ Lulju kmieni mas-sebh mort l-Airport nistennihom gejjin.  Waslu fil-hin u f’inqas minn ghoxrin minuta wara konna diga` fil-kunvent.  Ma tantx tilfna zmien wisq. Mill-ewwel bdejna nsegwu l-programm li fasalt minn qabel.  Il-Programm fasaltu biex ma tantx ikun ta’ strappaz. Madanakollu anke meta kien imiss li nimxu xi ftit aktar, id-Daddy mexa daqsna u ma wera` l-ebda sinjal ta’ ghejja.  Kont nistaqsih: “Ghejjejt Dad?” It-Twegiba dejjem kienet l-istess: “S’issa le”. Bhal ma nesagera, hassejtni aktar nghejja jien milli hu!  Alla jbierek! Ma jistax jonqos hadtu jara dak kollu li hawn x’tara: Topkapi, Aya Sofya, Moskea Blu, Gran Bazaar, is-Suq Egizzjan...u hafna postijiet ohra ta’ nteress. Morna dawra bil-lanca fuq il-Bosfru kemm bin-nhar u kemm bil-lejl. Morna bil-vapur Buyukada, wahda mill-gzejjer qrib Istanbul. U hadna dawra bid-dghajsa fuq il-Golden Horn.  Morna wkoll hdejn Patri Alfons Sammut  f’Izmir. Minn hemm qsamna il-gulf biex morna Konak, Zorna lill-Arcisqof Mons Giuseppe Bernardini u rajna l-Knisja ta’ San Polikarpu. Zorna Sardis, wahda mis-seba` knejjes ta’ l-Apokalissi. U ma setghax jonqos zorna Efesus.  Hadna Fr Joe Buttigieg OFMcap., Zorna l-Belt antika, il-post fejn sar il-famuz Koncilju ta’ Efesu fl-449 WK; il-Knisja ta’ San Gwann u d Dar tal-Modonna. Kull fejn morna d-Daddy ma setghax jahbi l-ferh u l-gost li kien qed jiehu. Li gost tieghi kien li narah jiehu gost.  Meta tkun qed tiehu gost iz-zmien donnu aktar itir malajr.  Hekk taru l-jiem taz-zjara ta’ d-Daddy u Lino. U regghu lura Malta.

 

Zjara ohra

GIMGHA WARA li waslu d-Daddy u Lino gie zjurna Patri Edmund Tewma. P. Edmund jibqa zgur jissemma` fl-istorja bhala dak li qaleb il-Qur’an bil-Malti. Matul l-ewwel gimgha tieghu fit-Turkija gie maghna Izmir.  Matul il-tieni gimgha qed idur il-postijiet ta’ nteress f’Istanbul.  Waqt iz-zjara tieghu hadt lil P. Edmund ghand il-Konslu Generali ghal Malta u tah kopja ta’ Qur’an bil-Malti ghall-Librerija Nazzjoni Torka. Allah hu akbar!

 

Zjarat ohra

LA QIEGHED insemmi z-zjarat, ta’ min insemmi wkoll xi zjarat ohra.  Darba minnhom cempilli il-Konsul Generali Torok ghal Malta u qalli li kien hemm xi hadd li xtaq jiltaqa mieghi.  Hallejt kollox minn idejja u mort il-konsolat li hu ftit jardi ‘l boghod mill-Knisja taghna.  Mort u sibt lil-Ministru Francis Zammit Dimech. Kien fit-Turkija ghal xi konferenza internazzjoni dwar l-ambjent. Tkellimna dwar Malta, ix-xoghol tieghi f’Istanbul, xrobna xi haga friska, sellimna lil xulxin u nfirdna.  Biex ma nkun hallejt lil hadd barra gie jzurna wkoll Fr Joe Grech minn Ghawdex, kien kumpan ta’ Patri Alfons.

 

Kuntenti  fil-habs

DARBA MINNHOM  l-pulizija torka ghamlu raid u daru it-toroq u dahlu fid-djar ta’ hafna Afrikani u talbuhom ghall-passaporti u d-dokumenti. Cert hafna minn dawn ma kellhomx  viza. Ghaldaqstant spiccaw arrestati. Il-pulizija arrestat aktar minn 250 ruh. Fost dawn hafna miz-zghazagh li jigu ghandna ghall-Quddiesa kull filghodu u ghar-Ruzarju kull filghaxija. Informazzjoni wisq ta’ x’inhu jigri ma ghandix wisq.  Ma nafux ezatt ser jaghmlu bihom.  Jien lanqas nista` u lanqas huwa ghalqi li mmur narahom minhabba li nkella naghtihom x’jahsbu li qed nikkopera maghhom.  Bghatt xi whud mill-membri tal-Legion of Mary biex imorru huma jarawhom u jiehdulhom xi haga ta’ flus u ta’ ikel.  Inhoss ghafsa ta’ qalb ghal dawn l-ahwa.  Nixtieq nghejjhom aktar, izda ma tantx hemm kif nista` nghejnhom.  Il-jum ta’ qabel inqabdu mill-pulizija qsamt maghhom li l-himda tieghi fosthom mhix tant biex nipprovdilhom xoghol jew flus, lanqas biex nghejnhom johrogu mit-Turkija. Il-missjoni tieghi maghhom hija dik li nghejnhom jhobbu lil Gesu` u jikbru fil-fidi. Halli jmorru fejn imorru jkunu Rgiel ta’ Fidi u jiehdu  lil Gesu` f’qalbhom. Wiehed minnhom cempilli bis-cell phone u fil-qosor qalli li ghalkemm qieghdin fil-habs ihossuhom haga wahda fit-talb u kuntenti.  Fakkarni f’San Frangisk, li meta kien fil-habs ta’ Perugia kien jitlob, jkanta u jfahhar lil Alla. Nitolbu maghhom u ghalihom ahna wkoll. Naraw kif ser tispicca din l-istorja ta’ hutna Nigerjan.

 

L-ilsien Tork

QATT MA kont nobsor li ta’ disgha u erbghin sena kont ser nerga’ nsib ruhi fuq il-bank ta’ l-iskola.  Imma hekk kien!  Kont diga` bdejt il-kors ta’ l-ilsien Tork tlett darbiet ohra qabel u kull darba kont nispicca nofs lehja.  Kont qed nahseb aktar biex nirritorna lura milli nibqa hawn.  Kont inhossni bblukkat u lanqas hajra li nkompli nistudja ma kelli.  Dan l-ahhar ergajt bdejt mill-gdid. Kien il-habib tieghi Paola li ghamilli l-kuragg u heggigni biex ninkiteb ghal kors. Wara li domt intella` u nnizzel fl-ahhar iddecidejt li naghmel dan l-imbierak kors.  Kien kors intensiv ta’ erba` gimghat.  Ghaddejt ix-xahar ta’ Gunju bla nifs.  Kien ikolli lezzjonijiet mit-Tnejn sal-Gimgha mid-9.00am sas-1.50pm.  Kienet girja wahda. Wara  t-talb ta’ filghodu u l-quddiesa lanqas kien ikolli cans jitrejjaq kont b’girja wahda nitlaq ghall-iskola.  Kif nispicca nerga’ girja ohra lura l-kunvent, niekol malajr u nibda naghmel il-homework u nibqa nistudja sa filghaxija.  Bejn il-lezzjonijiet, homework u studju ftit kien jibqali hin ghall-affarijiet tieghi.  Hafna affarijiet bhat-twegib ta’ l-ittri, kellhom izommu il-queue jew jibqghu fuq l-ixkaffa. Imqarr dan il-pont kellu jistenna t-turn tieghu!  L-iskola, ghalkemm hafna drabi ghajjien, kont immur ghal qalbi.  Fil-klassi mieghi kelli disa` ohra gejjin mill-Olanda, Germanja, Gappun, New Zealand, u Kanada. Jien kont id-“Dekan” tal-klassi - l-aktar anzjan, pero` il-Gappuniza u dik minn New Zealand kienu bejn wiehed u iehor ta’ l-istess boton tieghi.  Ma mortx hazin. Anzi nista`nghid minghajr ma nintefah li fit-testijiet u fl-ezami ta’ l-ahhar gibt marki tajbin tassew.  Il-grammatika kont inhaddimha tajjeb qiesni qed inhaddem is-somom. Izda dan ma jfissirx li naf it-Tork.  Bil-maqlub  inhossni qiesni pjanista li tghallem it-teorija izda li ghadu ma jafx id-doqq il-pjanu.  L-isvantagg li ghandi huwa li ma tantx ghandi wisq ma min nipprattika. Hawn il-hin kollu nitkellem jew bl-ingliz jew bit-Taljan. Kull darba li nigi biex nitkellem bit-tork tehilli l-labra.  U meta nibda’ nghid xi haga jibda hiereg gharaq minni issemmix kemm!.  Paolo, il-habib tieghi, ghandu seba’ mitt sena sakemm nibda nqaddes bit-Tork.  Imma nahseb ghandu x’jdum jistenna.

 

It-tieg ta’ Paolo

QED INSEMMI lil dan Paolo. Fl-ahhar harga t’ il-pont kont semmejt li c-cirku tal-hbieb qed jikber. Kont semmejt il-Paolo u lil Sevcan. Hu kattoliku Taljan u hi Musulmana Turka.  Fid-9 ta’ Lulju dawn il-hbieb tieghi nghaqdu fiz-Zwieg. Talbuni biex imexxi il-Quddiesa jien.  L-ewwel parti saret hawn fil-Knisja taghna. Kienet celebrazzjoni tassew sabiha. Fit-tieni parti sar it-tieg Musulman fis-sala fejn sar ir-riceviment. Ovvjament il-parti Musulmana kienet aktar xotta.  Imma l-ikel u xorb ma kienux xotti!  Kien hemm bl-abbundanza.  Ghal-festa tat-tieg hadu sehem ukoll d-Daddy, Lino u P. Edmund. Hadna gost u lkoll xrobna bis-sahha tal-mizzewwgin godda.

 

Zball tal-Gazzetti

IC-CERIMONJA tat-Tieg ta’ Peter u Elif li sar fil-Knisja taghna lejn tmiem Mejju gibdet l-attenzjoni tista’ tghid tat-Turkija kollha. Peter huwa it-tifel ta’ Ex-Chancellor tal-Germanja Helmut Kohl. Kien tieg bil-kbir. Imma l-aktar “kbir” kien l-izball li ghamlu il-gazzetti lokali.  Gabu kollha r-ritratti tieghi ghax hasbu li kont jien li mexxejt iz-Zwieg.

 

Helmut Kohl

KIF SPICCA t-tieg mort fuq Helmut Kohl u talbtu jidhol fil-kunvent biex jiffirma l-visitors book Accetta bil-qalb kollha u ppoza wkoll ghar-ritratt maghna. Dan l-ahhar smajt fuq l-ahbarijiet li il-mietet il-mara tieghu. GHat-tieg ma kienetx giet minhabba li kienet marida.

 

Festa Filippina

FIL-!2 TA’ GUNJU l-Filippini ccelebraw l-103 Anniversarju ta’ l-Indipendenza.  Il-Filippini li nahdem maghhom hawn celebraw il-festa bil-kbir.  Minn erba` gimghat qabel kull nhar ta’ Hadd organizzaw SportFest.  Jien kont mistieden biex inbierek il-loghob, biex ngholli l-ewwel ballun fit-turnament tal-basketball u biex nitfa` l-ewwel bocca fil-kompetizzjoni tal-bowling.  Kont mistieden ukoll biex inqassam it-tazzi waqt cerimonja specjali li ghamlu.  L-ikel u l-Filippini jmorru flimkien.  Ma setghax jonqos li jaghmlu ikla.  Kont wiehed mill-mistieden specjali ghal ikla li saret fil-Marmara Hotel fil-qalba ta’ Istanbul.

 

Beauty Contest

BIEX INKUN ghedt kollox, waqt din l-imbierka ilka Filipina kien hemm diversi attivitajiet fosthom Beauty Contest. Jien spiccat biex naghmilha ta’ wiehed mill-judges. Nifthemnu ma kien hemm xejn skabruz. fl-ebda mument ma hassejtni mbarazzat jew skomdu. Anzi kien jaghtini d-dahk. Il-hames kompetituri, tlieta minnhom membri tal-kor taghna, kienu kollha bl-evening dress. Insomma kienet xi haga made in the Philippines - nghid id-dritt imdorri bihom!

 

Festa tar-Repubbilka

Fil-bidu ta’ Gunju  kont mistieden flimkien mal-Komunita’ mill-Konsulat Taljan ghall-riceviment fl-okkazjoni ta’ Jum ir-Repubblika Taljan.  Kien hemm corma diplomatici u rjus kbar.  Imma fuq kollox kien hemm hafna x’tiekol u x’tixrob.  Servew proscutto crudo, pamriggiano u mozzarella... Kellehom ukoll hafna shana. Mort lura l-kunvent imxarrab bl-gharaq.

 

Viva r-Regina

IRCEVEJT INVIT minghand il-Kunslu Ingliz ghal riceviment fl-okkazjoni tal-Birthday tar-Regina Elizabetta. Ghal darb’ohra sibt ruhu qalb corma irjus kbar.   L-ikel u x-xorb kienu bl-ambundanza wkoll.  Din id-darba, izda mhux shana kellna, kellna xita bil-qlil.  Mort  lura il-kunvent imxarrab ghasra. Viva r-Regina!

 

Bla shampoo

DAN L-AHHAR kellna il-maghmudija ta’ Brenden, tifel ta’ tlett snin.  Lil missieru f’April li ghadda l-Isqof kien ghamillu  l-Grizma u f’Gunju kont berikt iz-zewg ta’ ommu u missieru. Kien imiss il-maghmudija tat-tifel.  Meta missieru kien qed ihejji lil Brenden ghac-cerimonja qallu li Fr Thomas kien ser jaghmillu ftit ilma fuq rasu.  Brenden ma sabx diffikulta, imma nsista li ma ridtx li naghmlu shampoo.  Qabel bdejna il-funzjoni serraht ras Brenden li ma kont ser naghmilu shampoo. Kollox mexa harir u qed kwiet il-funzjoni kollha.

 

Narakom dalwaqt

NIEQAF HAWN.  Jekk il-Bambin irid dalwaqt ghandi nigi Malta.  Narakom. Ghalissa  Sahhiet u Barkiet..

◄◄|werrej|►►

 

Ic-cerimonja

tat-Tieg ta’

Peter u Elif

li sar fil-Knisja taghna

fit-Turkija lejn tmiem Mejju gibdet l-attenzjoni tista’ tghid

tat-Turkija kollha.

Peter huwa

it-tifel ta’

l-Ex Chancellor tal-Germanja Helmut Kohl.

Kien tieg

bil-kbir. Imma

l-aktar “kbir”

kien l-izball

li ghamlu

il-gazzetti lokali.  Gabu kollha

r-ritratti tieghi ghax hasbu li kont jien li mexxejt iz-Zwieg.

 

 

Helmut Kohl

Kif spicca

t-tieg tlabt lil Helmut Kohl jidhol fil-kunvent

biex jiffirma

l-visitors book

Accetta bil-qalb kollha u ppoza wkoll ghar-ritratt mieghi.