il-pont - no 39 Istanbul - Turkija |
|
|
Settembru 2001 no 39 Arlogg jigri aktar mis-soltu
Niftakart li darba wara li kont wasalt lura wara li zort il-Missjoni tal-patrijiet taghna fl-Indja kont ghamilt riflessjoni. Ir-riflessjoni kont ktibtha u gibtha fuq il-pagna ta’ quddiem ta’ Lehen il-Parrocca - dak iz-zmien kont ghadni nnservi f’San Pawl il-Bahar. Kienet dawn il-hin. Donnu li l-arglogg taghna u dak ta’ l-Indjani kienu differenti. L-arglogg taghna jigri mod u dak indjan jigri mod iehor. Jew ahjar biex inkun aktar preciz: fejn jidhol il-hin ahna nigru mod u l-indjani jigru mod iehor. Ahna qiesna nigru wara il-hin u l-indjani il-hin jigri warajhom. Ahna kollox bil-giri u bla sabar qiesna intellqu mal-hin. L-indjani kollox bil-mod u bil-pacenzja, qiesu il-hin li jtellaq maghhom. Niftakar li kont wasalt ghal konkluzjoni kemm ikun ahjar ghalina li kellna nnaqqsu ftit mill-girja sfrenata taghna u naddottaw xi ftit l-arlogg indjan. Cert li nghixu hajja nqas mghaggla u aktar kalma u serena.
Meta kont Malta issa ghal vaganzi skoprejt xi haga ohra dwar l-arlogg taghna f’Malta. Donnu li meta tkun bil-vaganzi il-minutiera ta’ l-arlogg ddur aktar b’sahhietha u tigri aktar mis-soltu. L-altru l-arlogg indjan! Siegha ttir f’nifs, Gurnata lanqas tara ghaddeja. Il-btala tieghi, bejn l-irtir li mort naghmel l-Italja u kemm jiemi f’Malta, nbellghet ...u xahar ta’ vaganzi ghosfor bla ma naf kif! Mhux jien tellaqt mal-hin imma il-hin tellaq mieghi u ghaddieni bicca sewwa.
L-arlogg dar dwara wahda sew. Il-vaganza spiccat u ergajt lura ghax-xoghol fil-missjoni tieghi fit-Turkija. Issa rrid nerga` naddatta ruhi ghar-ritmu ta’ l-arlogg tork. Hawn qeghdin siegha qabel Malta. Hawn skond bl-arlogg hames darbiet kuljum l-imam jibda jsalli fuq l-ispeakers tal-minarett tal-moskea. U jsejjah lil kulhadd biex jitlob. Fuq kollox irid nissinkronizza l-arlogg ma’ dak tal-Mulej halli nkun nista’ nzomm it-temp tieghU u nwettaq kull ma jrid minni f’din l-art Musulmana.
Waqt li l-minutieri ta’ l-arlogg jissuktaw iduru nkomplu niftakru f’xulxin u nzomm lil xulxin fit-talb. Sahhiet, ghozza, xewqat u talb
Fr Thomas
Ta’ l-ahhar jigu l-ewwel PATRI Gorg Attard ghabba lil Patri Alfred Vella u lil Patri Manwel Gatt mill-Kunvent ta’ San Pawl il-Bahar u gie ghalija u ghal Patri Marius bil-van il-Qawra. Ghabbejna u tlaqna lejn l-airport. Wasal fil-hin. Imma dawk li kienu ser jivvaggaw maghna lahqu qabilna u hadu l-postijiet ta’ quddiem kollha. Ghalina l-erba` fuq l-ajruplan kien fadal biss il-postijiet ta’ l-ahhar f’denb l-ajruplan. Ma kienx hemm x’taghmel! “Min jorqod ma jaqbadx hut!” Kellna nikkuntentaw b’li kien baqa’. Sellimna u raddejna hajr lil Patri Gorg li qed jinqala` biex iwassalna. Tlajna fuq, it-timbrawlna l-passport u morna fis-sala nistennew biex isir il-hin li jsejjhulna biex nitilghu fuq l-ajruplan. Kienu diga` bdew hergin xi passiggieri mis-sala meta giet fuqi l-impjegata ta’ l-Alitalia u qaltli; “Father, tini l-biljetti”. F’qalbi thassibt ghalfejn riedet il-biljetti. Ma domtx nahseb wisq, t-tfajla hadet il-biljetti li kelli f’idi u flokhom tatni erba’ ohra. Kienu biljetti tal-prima classe. Gietna tajjeb! Grallna bhal tal-Vangelu: “ta’ l-ahhar jigu l-ewwel”. U hekk kien ghamilna l-vjagg ghal Ruma fuq il-postijiet ta’ quddiem u bi trattament ta’ VIPs.
Camposanpiero Meta tlajna fuq biex nirkbu l-ajruplan sibna lil Patri Robert Agius u lil Patri Ugolin Xerri jistennew. Kienu bhalna fi triqhom lejn Ruma biex minn hemm immorru Camposanpiero qrib Padova biex naghmlu l-irtir spiritwali tas-sena. Wasalna Ruma. Hemm sellimna lil Patri Ugolin li kien ser ikompli l-vjagg bit-tren. Ahna kellna nkomplu il-vjagg bl-ajru sa Venezja u l-kumplament sa camposanpiero bit-tren. Inhallikom tahsbu x’ors ghamilna tul il-vjagg. Cajta wara l-ohra u dahqa wara l-ohra l-anqas rajnieh ghaddej il-hin. F’xi tmienja wasalna fid-dar ta’ l-irtir sewwa sew ghall-ikel ta’ filghaxija. Hemmhekk sibna lil Patri Arthur Saliba li kien wasal fil-post il-jum ta’ qabel. B’kollox kollna seba` patrijiet minn Malta: Alfred, Arthur, Manuel, Marius, Robert, Ugolin u jien. Numru sabih!
Fuq il-qabar ta’ Sant’Antnin L-IRTIR KELLU jibda t-Tnejn filghodu allura l-jum ta’ qabel, li kienet gurnata libera, morna Padova fuq il-Qabar ta’ Sant’Antnin. Qaddisna flimkien mar-Rettur tal-bazilka waqt il-quddiesa kantata u wara kilna mal-komunita’. Hawn geddidt ghadd ta’ tifkiriet sbieh. Kien proprju fl-istess kunvent ghad-dell tal-Bazilika ta’ Qaddis li kont ghamilt in-novizzjat tlieta u ghoxrin sena ilu. Waqt il-kont fuq il-qabar ta’ sant’Antnin ftakart u tlabt ghall-gheziez tieghi kollha. Fosthom ghalikom ukoll.
Meditazzjonijiet fuq is-Salmi GHALL-IRTIR konna b’kollox 27 bejn sacerdoti, patrijiet, sorijiet u lajci. It-Tema kien “Lectio divina sul Libro dei Salmi”. Mexxa dawn l-ezercizzi spiritwali P. Tiziano Lorenzin OFMConv. Kull filghodu u wara nofs in-nhar kien ikollna meditazzjoni fuq is-salmi. Fil-hinijiet l-ohra kien ikollna quddiesa, adorazzjoni u l-liturgija tas-sieghat u devozzjonijiet ohra bis-sehem ta’ kulhadd u b’hafna kant. Ma jistax jonqos kellna hinijiet ta’ l-ikel u hinjiet liberu. Kollox kien immexxi bil-hsieb u tajjeb. L-ikel bhas-seats li kellna fuq l-ajruplan kien first class. Ilkoll hadna gost u qrobna xi ftit eqreb lejn Alla.
Pavarotti and friends IL-PROTAGONISTA tal-kant kien Patri Marius. Alla jbierek l-innijiet, wkoll dawk li qatt ma kien semaghhom qabel, kien ikanthom b’tant naturalezza u delikatezza. Il-vuci tieghu kienet tisboq l-ohrajn kollha. L-ahhar nota kellu habta jperpira b’mod u b’tant grazzja biex igibaha taqbel man-nota gusta. Kien hemm xi hadd li bassar li Patri Marius ser jkun inkluz bhala guest fil-kuncert ta’ Pavarotti and friends tas-sena d-diehla.
Santa Klara mal-Klarissi L-IRTIR SPICCA mal-ikel ta’ nofs in-nhar tal-11 ta’ Awissu. Dan in-nhar kienet il-Festa ta’ Santa Klara. Tefgha ta’ gebla ‘l boghod minn fejn konna qed naghmlu l-irtir kien hemm Monsateru tal-Klarissi. Ma setghax jonqosx dak in-nhar ic-celebrajna il-Festa ta’ santa Klara mal-klarissi. Inhallikom timmaginaw is-sbuhija tal-kant. Kont tisthajlek qieghed fis-sema fl-ar b’dak il-kant qiesu ta’ l-angli. Ma stajniex intemmu l-irtir b’noti isbah!
Jumejn bonus WARA L-IRTIR kellna ftit bonus. Kellna jumejn liberi. Dak in-nhar li spicca l-irtir wasluna u dorna il-belt ta’ Treviso. Ha hsieb idawwarna mal-belt hadt hlief l-ex-General ta’ l-Ordni P. Agostino Gardin. L-ghada l-Hadd morna niccelebraw il-Quddiesa fil-Knisja famuza ta’ Frari mmexxija tal-patrijiet taghna ta’ Venezja. U dorna dawra mall- Callijiet u qsamna partita pontijiet sakemm wasalna Pjazza San Marco. Il-prezz biex tiehu girja fuq il-gondla kien ghali wisq. Ikkuntenttajna inharsu lejhom biss. L-ghada selleimna lil Patrijet u lis-sorijiet ta’ Camposampiero u tlaqna bit-tren lejn Milan minfejn kellna naqbdu l-ajruplan lura lejn Malta. Milan kien bahh! La karozzi u lanqas nies. Kulhadd kien bil-vaganzi. Iccelebrajna il-festa ta’ San Massimiljan Kolbe fil-Knisja ta’ Patrijiet taghna f’Milan u qbadna it-vjagg lura lejn Malta - kien lejliet Santa Marija.
Santa Marija F’SANTA MARIJA qaddist Quddiesa fil-Knisja ta’ Qawra u ohra fil-parrocca ta’ San Pawl il-Bahar. Niehu gost li kelli dawn l-okkazjonijiet li nqaddes u nippriedka bil-Malti. Hawn fit-Turkija nqaddes generalment bl-ingliz u xi drabi bit-taljan, izda bil-malti qatt. BIex niccelebraw il-festa wara il-quddiesa hadt id-Daddy l-Imgarr u kilna fenek. Qabel ma tlaqt minn Malta l-ahhar li kont hemm fi Frar kont hadtu biex niklu ikla fniek u kien gost hafna allura sibt din l-okkazjoni biex ergajt hadtu. Giet maghhna ohti Josephine bir-ragel u t-tifel z-zghir. Hija Alfred ma setghax ikun maghna ghax kien l-isptar ghal xi osservazzjonijiet.
Ghaqqadt il-hamsin L-GHADA TA’ Santa Marija dejjem kien jum specjali ghalija. Din is-sena kien aktar specjali ghax ghaqqadt il-Hamis. Iz-zmien itir ghalija wkoll. Sena wara l-ohra ngabbru hamsin wahda - nofs seklu. Kelli gurnata sabiha. Iccelebrajt quddiesa ta’ Radd il-Hajr; mort inzur lil ahwa Klarissi f’San Giljan; qbist qabza sal-bahar; il-komunita` tal-patrijiet ta’ San Pawl il-Bahar hejjewli pranzu ta’ hbieb u ghamluli kejk ghall-okkazjoni. Ircevejt ghadd ta’ awguri, telefonati u kartolini... u fuq kollox kienu hafna li ftakru u talbu ghalija dak in-nhar. Hajr lil Alla ta’ kull ma ghamel mieghi tul dan in-nofs seklu.
Festa mal-hbieb FIL FTIT li domt Malta ma kienx possibbli nzur id-djar tal-hbieb u dawk kollha li naf jew li xtaquni li mmur ghandhom. Hafna mill-hin ghaddejtu bejn fil-kunvent tal- Qawra jew f’dak ta’ San Pawl il-Bahar. Kont nipprova nqaddes f’hinijiet differenti kemm fil-knisja ta’ Qawra u ta’ Bugibba u kemm fil-Parrocca biex ikolli okkazjoni niltaqa` man-nies differenti. Uhud min-nies kienu jidhlu jsellmuli fis-sagristija, ohrajn kont niltaqa’ maghhom hdejn il-bieb tal-knisja u ohrajn kont nikkuntenta li narahom biss minn fuq l-altar jew waqt li jigu ghat-Tqarbin. Hafna drabi ma` ma konna llissnu l-ebda kelma, madanakollu bit-tghemiza jew bil-harsa ta’ l-ghajna kien bizzejjed biex ngeddu l-hbieberija. Dawn il-laqghat semplici flimkien ma xi telefonati ma persuni ohrajn li ma rajniex lil xulxin kienu ghalija qieshom festa. Jien hawn fit-Turkija nhoss in-nuqqa ta’ dawn il-laqghat semplici. Ghalhekk meta nkun Malta li jaghtini gost mhux tant il-giri ‘l hawn u ‘l hinn, daqskemm dawn il-kuntatti ta’ nies li jixtiequli l-gid.
Festa mal-Klarissi KULL LAQGHA bejn il-hbieb hija dejjem festa. Fost il-hafna festi li ccelebrajt waqt il-btala tieghi f’Malta kien hemm dik ma’ l-Ahwa Klarissi tal-Monastru ta’ San Giljan. Meta zorthom dak in-nhar ta’ gheluq snin Sr Rose Therese Ellis, il-Badessa, stednitni biex immur niccelebra L-Ewkaristija maghhom u biex naqsam maghhom il-Kelma. Rajt kif ghamilt u mort. U kienet tassew festa semplici. Fuq wicc kull wahda mis-sorijiet stajt naqra s-serenita` li ghandhom fil-qalb. Hassejt il-ferh u l-paci li cert kien ihoss San Frangisk meta kien jiltaqa` ma` ohtu Santa Klara. Hassejt tassew lil Alla presenti fostna. Ukoll George u Karl li hadt mieghi biex jghejnuni waqt il-quddiesa hassawhom ferhani u hadu gost. Ghalkemm domna ‘l fuq minn saghtejn il-hin ma rawhx ghaddej. Iriduni nerga’ mmur biex naghtihom irtir. Inhalli f’idejn il-Mulej biex isibli z-zmien u jaghmilha possibbli hU fi zmienU.
Id-Daddy “in good form”! MALLI WASALT Malta mort dritt isellem lid-Daddy f’Ta’ Sawra. Nirringrazzja lil Alla sibtu tajjeb u kif ighidu l-inglizi: “in good form”! Lanqas temmen li tmien xhur ilu kien laqqat daqqa ta’ karrozza. L-arja tar-Rabat ghamlitlu tajjeb.In-nifs minndu tela` hemm qed ikun ferm ahjar. Fil-hinijiet liberi li jkollu, qed johrog jimxi passiggati fit-tul. Gieli jmur Had-Dingli b’tal-linja u jerga` lura r-Rabat bil-mixi. Hadtu xi darbtejn ghal-vizta ta’ rutina l-isptar, morna nzuru xi familjari flimkien u morna dawra flimkien fuq il-lanca ta’ Lino. Gieb il-hwejjeg ta’ l-ghum mieghu u qabez qabza l-bahar ukoll. Alla jbierku. ha gost hafna.
Ftit bahar MA SETGHAX jonqos li tkun Malta u ma tmurx naqra sal-Bahar. L-ghada li wasalt il-Mission Club stednuni biex immur maghhom ghax-xalata tal-Festa. Ilqajt l-invit u mort maghhom Ghawdex. Qaddisna fis-Santwarju Ta’ Pinu u wara morna x-Xlendi. Hemm qbist l-ewwel qabza l-bahar. Wara li gejt mill-iritr kont infittex kull okkazjoni biex immur nghum naqra. Daqqa ma’ xi patri, daqqa ma’ tal-familja u drabi ohra ma xi hbieb. Xi drabi mort dawra bil-lanca ta’ Lino.
Qiesni farfett L-AHHAR FTIT sieghat f’Malta hassejtni qiesni farfett. Mhux ghax hassejtni hafif, daqskemm ghax bhal farfett grejt minn fjura ghall-ohra. Fi ftit tal-hin mort insellem lil patrijiet ta’ San Pawl il-Bahar, imbaghad mort insellem lid-Daddy f’Ta’ Sawra r-Rabat, dritt bqajt sejjer nara lil hija Alfred l-isptar, minn hdejh bqajt sejjer in-Naxxar biex insellem lil mara ta’ hija u n-nepitijiet u minn hemm ghal ghand ohti Josephine Hal Balzan. Hallejt il-karrozza tad-Daddy hdejn id-dar ta’ ohti u wassluni mill-gdid il-Qawra. Sellemint lil Patrijiet tal-Qawra u x’hin sar il-hin gie ghalija Patri Gorg Attard u wassalni l-Ajruport biex naqbad l-ajruplan lura ghat-Turkija. Il-btala kienet spiccat.
Il-firda iebsa KULL DARBA li nitlaq minn Malta dejjem inhoss ghasfa ta’ qalb. Din id-darba ma kienetx eccezzjoni. Il-firda dejjem iebsa. Imma kull darba nipprova ngorr lura f’qalbi l-persuni u t-tifkiriet sbieh. Hekk ghamilt d’darba wkoll. F’dan il-pont ippruvajt infisser ftit minn dawn it-tifkiriet permezz tal-kitba. Insellem lil kulhadd minn qalbi. Inzommu kuntatt specjalment permezz tat-talb. Sahha, Barka u Sliem. |
|
Donnu li l-arglogg taghna u dak ta’ l-Indjani huma differenti. L-arglogg taghna jigri mod u dak Indjan jigri mod iehor. Jew ahjar biex inkun aktar preciz: fejn jidhol il-hin ahna nigru mod u l-Indjani jigru mod iehor. Ahna qiesna nigru wara il-hin u l-Indjani il-hin jigri warajhom. Ahna kollox bil-giri u bla sabar qiesna intellqu mal-hin. L-indjani kollox bil-mod u bil-pacenzja, qiesu il-hin li jtellaq maghhom. Niftakar li kont wasalt ghal konkluzjoni kemm ikun ahjar ghalina li kellna nnaqqsu ftit mill-girja sfrenata taghna u naddottaw xi ftit l-arlogg indjan. Cert li nghixu hajja nqas mghaggla u aktar kalma
u serena..
|