il-pont - no 40                               Assisi  - Italja

 

Novembru 2001   no 40

◄◄|werrej|►►

Minn Assisi


Sliem minn Assisi - il-belt Kapitali tal-Paci.
   L-ahhar li kkommunikajt permezz ta’ il-pont kien minn Istanbul fit-Turkija.

 

Kif issa il-pont gej minn Assisi?   Mistoqsija f’waqtha! Cert, ghax issa qieghed Assisi. Imma kif filli f’post u filli f’post differenti?  Ma nafx inwiegeb. Li naf hu li “t-toroq tal-Mulej huma differenti minn dawk taghna”.  U nzid wkoll li “huma cert ahjar minn dawk taghna”!

 

Il-bniedem jipproponi u Alla jiddispondi.  Bhal dan iz-zmien sitt snin ilu kont ferhan ser intir ghax il-holma li xi darba mmur bhala missjunarju kienet ser ssehh tassew. Flimkien mal-provincjal - dak is-zmien kien Fr Robert Agius kien propost li mmur fil-Missjoni taghna fl-Indja.  Kelli kollox imhejji. d-data tat-tluq u sa l-biljett kelli bbukkjat. Imma minn dak li pproponejna ma kien hemm xejn.  Il-viza biex nidhol l-Indja baqghu ma tawilhix!  Meta il-bieb baqa’ maghluq il-General staqsini ghandix pjacir immur il-Filippini. Cert li kelli!  Fis-6 ta’ Jannar 1996 bdejt l-esperjenza missjunarja tieghi fl-Arcipelagu Filippin.  Fl-erba snin u nofs li ghamilt fil-filippini dort u ghext fil-kunventi kollha. Il-Mulej kien qed jurini li barra li nkun missjunarju riedni nkun “Pellegrin”.  Il-Pellegrin ma jintrabat qatt ma’ l-ebda post.  Huwa kontinwament miexi.  U hekk kien ghalija wkoll.  Mill-Filippini l-General staqsieni jekk ghandix pjacir inservi l-Ordni fit-Turkija.  Mill-gdid sarrejt u garrejt mill-Filippini ghat-Turkija.  Issa mill-gdid wara biss tmintax-il xahar ergajt sarrejt u garrejt kollox. Din id-darba minn Istanbul ghal Assisi.  Il-General talabni jekk ghandix pjacir inservi l-Ordni f’Assisi.  Cert li ghandi pjacir!  Nemmen li kull Frangiskan fil-fond ta’ qalbu jixtieq li xi darba jew ohra jservi  hawn f’din il-Belt imbierka mill-Fqajjar Frangisku.  F’dawn it-tappi kollha li sibtni fihom, ma kont qatt jien li tlabt fejn immur.  Dejjem urejt dispozzjoni li kont lest li nibqa fejn kont jew li mmur kull fejn hemm bzonn. U kull fejn kont dejjem emmint li kont fejn riedni l-Mulej.  U dejjem ppruvajt naghti s-servizz tieghi bil-qalb.  Issa l-Mulej qabni hawn.  M’ghandi l-ebda dubbju.  Cert li issa jridni nservi l-Ordni hawn f’Assisi. 

 

Ghalhekk dan il-pont din id-darba gej minn Assisi.  Inwassal lil kull wiehed u wahda l-istess PACI li San Frangisk ghex u habbar lin-nies ta’ zmienu.  Il-Mulej jaghtik is-Sliem.

 

Fr Thomas

 

L-ahhar jiem fit-Turkija

KIF SIRT naf li jiemi fit-Turkija kienu maghduda mill-ewwel fassalt pjan u gharraft bih lil Gwadjan u Komunita’ ta’ Istanbul. Il-highlights principali kienu maghmudija li kelli naghmel fis-7 ta’ Otturbru,  Il-klassijiet tal-katekizmu u c-celebrazzjoni tal-Grizma ta’ l-Isqof ta’ l-ahwa Nigerjani u l-ahhar Celebrazzjoni Ewkaristika mal-Komunita’ Ingliza.

 

Maghmudijiet

MATUL is-sena u nofs li ghamilt fit-Turkija kelli l-okkazjoni namministra is-Sagrament tal-Mghamudija diversi drabi. Ma kienux konverzjonijiet mill-Islam. Uhud, madwar xi hamsa, kienu ta’ trabi minn familji nsara. Darba ghammidt tifel ta’ tlett snin, missieru nisrani u ommu  musulmana. Tnejn ohrajn kienu maghmudijiet ta’ Afrikani adulti.  Fl-ahhar hdud f’Istanbul kellna zewg maghmudijiet.  Il-Hadd 7 ta’ Ottubru kellna maghmudija ta’ tarbija minn genituri Nigerjani.  Il-Hadd ta’ wara kellna Maghmudija ta’ zaghzugh Nigerjan. Iz-zewg okkazjoni saru waqt il-Quddiesa tal-Komunita’ Ingliza bil-kant tal-kor u bis-servizz ta’ l-Abbatini.

 

Il-Grizma ta’ l-Isqof

IL-HADD 14 ta’ Ottubru kellna festa specjali.  Tmien zghazagh minn Nigerja  rcevew is-Sagrament tal-Grizma.  Din ic-celebrazzjoni kellha suppost issir fit-23 ta’ Novembru. Izda billi kelli nitlaq mit-Turkija tlabt  lill-Isqof biex naghmluha f’nofs Ottubru.  L-isqof ma setghax jamministra s-Sagrament hu minhabba li kellu jkun Ruma biex jiehu sehem fis-Sinodu ta’ l-Isqfijiet.  L-isqof qalli biex niffissa d-data xorta wahda u tani d-delega biex namministra s-Sargament jiena minfloku. Allura c-celebrazzjoni mexxejtha jien.   Fl-istess okkazjoni wiehed minnhom irceva l-Maghmudija u l-Ewwel Tqarbina. Kienet celebrazzjoni sabiha u partecipata mhux biss mill-komunita` Nigerjana imma mill-Komunita` ta’ lingwa Ingliza kollha.

 

Katekizmu

BIEX STAJNA nlahhqu u niccelebraw dawn is-Sargamenti fl-ahhar gimghat kelli nzid il-klassijiet tal-katekizmu li kont qed naghmel bit-thejjija ghall-Grizma.  Minflok darba bdjet  naghmel tlett darbiet fil-gimgha. Cert li kien sforz min-naha tieghi. Izda lahhaqna tajjeb.  Dawn il-klassijiet ma kienux biss ghat-tmien zghazagh li kienu ser jircievu l-Grizma imma flahthom wkoll ghal minn xtaqt jikber fil-fidi.  Kienu jattendu aktar minn tletin ruh ghalihom, fosthom Sevcan,wahda musulmana li hija mizzewga lil habib tieghi Paolo.  Kienet l-aktar wahda attenta fosthom ilkoll.

 

Ufficcju u Librerija

KONT ILNI nigbor u ngemma kotba spiritwali bl-ingliz aktar minn sena.  Infatti kull darba li kont inkun Malta kont niehu lura mieghi t-Turkija ghadd ta’ kotba.  Darba minnhom is-Sur Catanja tal-Preca Library kien tani tlett kaxxi bil-kotba. Ircevejt ukoll ghadd ta’ kotba ta’ qari spiritwali mill-Amerika. Dawn il-kotba kollha gbarthom u organizzjat Lending Library ghall-Komunita’ Ingliza b’aktar minn 300 ktieb.  Ma dawn hemm aktar minn 20 ktieb ta’ referenza u madwar 250 librett iehor fuq diversi aspetti tal-fidi. L-ahhar gimghat li domt fit-Turkija berikkna u ftahna ufficcjalment din il-librerija. Dawn il-kotba li ser jghejnu zgur lill-ahwa tal-komunita’ biex jikbru fil-fidi. Il-librerija tkun miftuha kull nhar ta’ Hadd wara il-Quddies. 

Kont ilni minndu wasalt fit-Turkija nghid lil Gwadjan biex isibilna kamra biex noholqu Ufficcju biex nikkordinaw l-attivita’ tal-Komunita Ingliza.  Dan l-ufficcju kien ilu gej gej u ma jasal qatt. Gimgha qabel ma sirt naf li kont ser inhalli Istanbul l-Gwardjan tani c-cavetta ta’ kamra fil-bitha ta’ quddiem il-Knisja. Mill-ewwel bdejt naghti forma lil dan l-ufficcju.  U x’hin sirt naf li kont ser nitlaq aktar u aktar irsisstejt biex dan l-ufficcju jiehu forma. Garrejt il-librerija li semmejt qabel f’dan l-Ufficcju. Irnexxili minn hawn u minn hemm nghaqqad il-bcejjec kollha tal-computer, hallejt ukoll il-printer tieghi  u l-ufficcju ghandu computer komplut  ukoll. Il-karti tal-kant u l-affarijiet l-ohra li ghandhom x’jaqsmu tal-Komunita` Ingliza jigu kkordinat minn dan l-ufficcju. Kienet l-ahhar bicca xoghol li hallejt warajja f’Istanbul. Jalla jkompli jahdem.

 

Laqgha mal-Patrijarka

MATUL l-ahhar granet kelli stedin minn diversi persuni li maghhom hdimt mill-vicin matul it-tmintax-il xahar li domt fit-Turkija. Fost dawn kelli stedina biex immur inzur il-Patrijarkat Ekumeniku Ortodoss. Waqt li kont hemm irrangawli udjenza mal-Patrijarka Bartolomeo.  Domna madwar 15-il minuta nitkellmu flimkien.Tlabtu jaghtini il-Barka. Mal-barka tani Salib tad-deheb il gmiel tieghu. 

 

Farewell Party

IL-HADD lejliet li tlaqt qaddist l-ahhar lil Komunita’ Ingliza.  Wara il-Quddiesa flok il-laqgha tas-soltu tat-tielet Hadd, l-ahwa kollha tal-Komunita` Ingliza organizzaw Farewell Party.  Kienu ‘l fuq minn 300 ruh.  Hejjew kant, drama, diskorsi, ikel u xorb... u rigali.  Il-gruppi kollha, il-Filcom, in-Nigerjani, tal-Legion of Mary, il-Couples for Christ u ghadd ta’ individwi ohra ghabbewni bir-rigali. Tant li kelli inzid baskett iehor ma dawk li kont hejjejt biex ingorr mieghi.  Kienet okkazjoni fejn stajt imiss b’idejja l-imhabba, l-ghozza , l-istima u r-rispett li ghandhom ghalija.

 

Flight AZ 703

IT-TNEJN filghodu qomt, tlabt, qaddist il-Quddiesa u lestejt kollox bil-lest. Il-Kaxxi bil-kotba u l-affarijiet kont diga` hadthom l-airport u baghatthom bhala cargo ma’ l-Alitalia. Din id-darba kollox mexa harir. Naddaft il-kamra biex inhalli kollox nadif, ghamilt xi telefonati biex insellem l-ahhar hbieb fosthom lil Patri Fons f’Izmir.  X’hin sar nofs in-nhar gew Paolo u Sevcan, il-koppja li kont zewwigt f’Lulju, biex johduni l-ajruport. Baqghu fidili sa l-ahhar. L-ghamlit ic-checking in u fis-2.40pm  hallejt it-Turkija fuq il-Flight AZ 703 li kellha twassalni l-Italja biex nibda missjoni gdida f’Assisi.

 

Ruma-Assisi

F’RUMA sibt lil kjerci jistennewni u haduni is-Seraphicum - Il-kullegg Internazzjonali ta’ l-Ordni. Hawn iltqajt ma’ Donald, George, Claudio u Fabian, l-istudenti maltin li qed jistudjaw Ruma.  L-ghada filghodu haduni mill-gdid l-airport biex nigbor il-pakketti li kont baghatt qabli. Din id-darba wasal kollox u kollox mexa tajjeb u bla dewmien u bla spejjez zejda. Kelleli kollox mghobbi fil-van li gie apposta ghalija minn Assisi u fis-2.30pm tlaqt minn Ruma ma’ Patri Giuseppe Di Stefano Wassalt Assisi saghtejn wara.  Wasalt bid-daqq tal-qniepen. Dak il-hin s-soltu ddoqq mota.  Sibt lil Patri Vincenzo Coli, il-Kustodju jistennini.  Tawni l-kamra, proprju faccata ta’ dik tal-Kustodju, ghad-dell tal-Bazilka ta’ San Frangisk.

 

Zewg maltin

BIL-KEMM ilhaqt wasalt, ftit wara kellna l-ewwel Kapitlu Konventwali. Il-Kustodju ntroducini lill-komunita` l-gdida tieghi tas-Sacro Convento f’Assisi. Fost il-membri ta’ din il-komunita` ghandi mieghi zewg maltin: Patri Baskal Magro u lil Patri Max Mizzi

 

Rigal specjali

PATRI MIZZI kien dak li hamsa u ghoxrin sena ilu kien stedinni biex niehu sehem f’Mixja minn Siena ghall-Assisi biex tfakkar is-750 sena mill-mewt ta’ San Frangisk. Kien matul din il-Mixja li kont iltqajt, sirt naf u nnamrajt ghall-ewwel darba ma’ San Frangisk.  Kien matul din il-Mixja Frangiskana bejn l-ahhar ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru ta’ l-1976 li kienet inzerghet fija x-xewqa li nsegwi lil Kristu fuq il-passi ta’ San Frangisk. Kien f’dak iz-zmien li tajt l-ewwel passi Frangiskani. Bhala tifkira tal-25 sena ta’ din l-okkazzjoni l-Mulej bhala “rigal” gabni mill-gdid f’Assisi biex inservi l-Ordni hawn f’dan il-post qaddis.  Rigal specjali tassew!

 

Ftit mill-messaggi li rcevejt

·        Carissimo fratello, Ti ringrazio per la tua disponibilita` a servire l’Ordine la` dove l-obbedienza ti ha inviato: India, Filippine, Istanbul e ora Assisi.  Il Signore, che tutto vede e sa, sapra` ricompensare largamente la tua generosita` e la tua itineranza per lui.  Accompagnandoti con la mia preghiera, ti saluto fraternamente.  (Fr.Joachim Giermek - Ministru General)

·        Tumas, nifrah mieghek. Inhossni kuntent li inti tinsab kuntent.  Cert li f’Assisi ghandek aktar fejn tahdem. Nawguralek hidma b’hafna frott bnin.  (P Alfred Calleja - Ministru Provincjal)

·        We were sorry to hear that you’re leaving, but happy to hear that you  are going to a place like Assisi.  (Sean Labbe - Turkey)

·        Nifrahlek hafna tal-bidla li sa ssib ruhek fiha u nixtieqlek l-abkar gid fix-xoghol li sa tibda fil-Belt ta’ San Frangisk. (P Edmund Tewma- Malta)

·        Jalla il-Gid u l-Paci jibqghu mieghek. Illum segwejna il-funzjoni minn Assisi u ftakarna fik. Ghidna sena ohra tkun hemm. Ahna nispera li ‘l quddiem ikollna cans nittawlulek Assisi.  (Komunita’ San Pawl il-Bahar)

·        Hadt gost li smajt minn ghandek u li issa ser tkun fil-qalba tal-karizma gewwa Assisi. Nitlob hafna ghalik halli l-Mulej ikompli jimlik dejjem aktar bl-ispirtu tal-karizma frangiskana.    (Fr Charles Cordina - Malta)

·        Kif kelli l-pjacir nghidlek bit-telefone hadt hafna pjacir li ltqajna. Nahseb li ghandek ragun u l-kontribu tieghek gewa Assisi jkun ferm aktar ta valur min dak gewwa Istambul fejn tidher art ta nixfa u superstitjuza ghall-ahhar. (C. Mifsud Bonnici MP - Malta)

·        ...  Ahna nifirhulek tal-grazzija li qlajt u nahseb li dawk iz zewg patrijiet Maltin mieghek sa tkun wisq izjed ghall qalbek izjed ma tkun kuntent izjed tahdem bil qalb.  (Frans u Grace Mizzi - SPB)

·        Hadt gost li sejjer isservi lil Mulej f’Assisi post aktar familjari u zgur li inti sa tkun aktar kuntent.  (Pawla Gauci - SPB)

·        We were so happy to receive your good news!! It sounds like a dream come true for you. What better place than Assisi - your patience (and prayers) really did pay off didn’t they? (Josephine Calleja - Naxxar)

·        L-ahbar ta’ Assisi ghad li ma kontx nistennieha, nghidlek li lqajtha bi pjacir u sudisfazzjon anki ghat-tama li Assisi, inti, taf ikollok izjed fejn timrah.  (Fr Albert Sammut - Ruma)

·        Nawguralek hafna u hafna successi u serenita’ fil-hidma gdida li ser ikollok Assisi. Il-Mulej jghinek u nkomplu nkunu qrib xulxin. Nitolbu ghal xulxin.(Fr Elias Vella - SPB)

Insellem lil kulhadd minn qalbi. Cert li l-quddiem ikolli aktar okkazjoni biex naqsam maghkom l-esperjenzi tieghi f’Assisi.   Inzommu kuntatt, specjalment permezz tat-talb. Jien minn-naha tieghi nwieghed li nitlob ghalikom fuq il-qabar ta’ San Frangisk.

◄◄|werrej|►►

 

Il-General talabni jekk ghandix pjacir inservi

l-Ordni f’Assisi. 

Cert li ghandi pjacir!  Nemmen

li kull Frangiskan fil-fond ta’ qalbu jixtieq li xi darba jew ohra jservi  hawn f’din il-Belt imbierka

mill-Fqajjar Frangisku. 

 

F’dawn

it-tappi kollha li sibtni fihom,

ma kont qatt jien

li tlabt fejn immur.  Dejjem urejt dispozzjoni

li kont

lest li nibqa fejn kont jew

li mmur kull fejn hemm bzonn.

U kull fejn kont dejjem emmint

li kont fejn riedni

l-Mulej. 

U dejjem ppruvajt naghti

s-servizz tieghi

bil-qalb. 

Issa

l-Mulej qabni hawn.  M’ghandi

l-ebda dubbju. 

Cert li

issa jridni nservi

l-Ordni hawn f’Assisi

ghad-dell

tal-Qabar

ta'

San Frangisk