Qaddisin Frangiskani |
|
|
Qaddisin Frangiskani matul Awissu 2 ta’ Awwissu L-IMQADDSA VERGNI MARIJA TA’ L-ANGLI FIL-PORZIUNCOLA
Ghall-imhabba specjali li San Frangisk kellu lejn il-Vergni Mqaddsa Marija, hu dejjem xtaq li l-knisja z-zghira ddedikata lil Santa Marija ta’ l-Angli, imsejha wkoll “Porziuncola”, tkun taht il-harsien specjali tieghu u tal-patrijiet li kellhom jigu warajh. Din kienet id-dar li hu u l-ewwel patrijiet tieghu qaghdu fiha ghal dejjem wara li telqu minn Rivotorto. Hawnhekk San Frangisk, flimkien ma’ Santa Klara, ta bidu lit-Tieni Ordni Frangiskan, dak tas-sorijiet, li ’l quddiem bdew jissejhu “Klarissi”. U kien hawn ukoll li San Frangisk temm il-mixja ta’ hajtu fuq din l-art. B’rizq din il-kappella u b’rizq min izurha San Frangisk kiseb minghand il-Papa Onorju III dik l-indulgenza maghrufa tal-“Porziuncola” jew tal-“Mahfra ta’ Assisi”, li mbaghad il-Papiet ta’ wara mhux biss wettquha, imma xerrduha mal-Knisja kollha. Ghal dawn it-tifkiriet imsebbha u ta’ gieh kbir ghall-Ordni taghhom, il-Frangiskani kollha jiccelebraw bil-ferh il-festa ta’ Sidtna Marija ta’ l-Angli kull sena fit-2 ta’ Awwissu.
4 ta’ Awwissu SAN GWANN MARIJA VIANNEY (1786-1859) Jean-Marie Vianney twieled qrib il-belt ta’ Lyon fi Franza fis-sena 1786. Wara li gheleb hafna xkilijiet sehhlu jsir sacerdot. Meta ntghazel bhala kappillan, imbaghad, sehhlu jgedded b’mod tal-ghageb il-parrocca tar-rahal ta’ Ars fid-djocesi ta’ Belley. Dan ghamlu bix-xandir tal-Kelma ta’ Alla, bil-penitenzi, bit-talb, u fuq kollox bl-imhabba Nisranija. Kien imfittex hafna ghad-direzzjoni spiritwali u mijiet ta’ Nsara kienu jersqu lejh minn kull naha ta’ Franza biex b’qima li ma bhalha jfittxu l-pariri tieghu. Kien imsieheb fit-Tielet Ordni Frangiskan u ghex il-faqar b’hena kbir f’qalbu. Miet fl-1859. Huwa l-qaddis patrun tal-kappillani.
7 ta’ Awwissu BEATU AGATANGLU NOURY(1598-1638) U BEATU KASSJANU LOPEZ-NETTO(1607-1638) Agatanglu Noury twieled Tours fi Franza fl-1598. Dahal mal-Frangiskani Kapuccini u maghhom intefa’ b’ruhu u gismu fix-xoghol missjunarju mill-1629 sa ma miet. L-ewwel kien superjur tal-missjoni tal-Kajr, fejn hadem hafna ghall-ghaqda tal-Kopti ma’ Ruma. Imbaghad intghazel bhala superjur tal-missjoni l-gdida ta’ l-Etjopja, fejn inghaqad mieghu biex jghinu siehbu, il-Beatu Kassjanu Lopez-Netto. Dan twieled Nantes fi Franza fis-sena 1607 u ghamel il-professjoni fl-Ordni Kapuccin fl-1623. Dawn iz-zewg patrijiet kienu arrestati ftit xhur wara li waslu l-Etjopja, u l-appostolat missjunarju taghhom intemm bil-kuruna tal-martirju glorjuz li sehh nhar is-7 ta’ Awwissu 1638 f’Gondar. Il-Papa San Piju X kiteb liz-zewg missjunarji mal-beati martri.
8 ta’ Awwisu MISSIERNA SAN DUMINKU TA’ GUZMAN(1170-1221) Duminku Guzman twieled Caleruega fid-djocesi ta’ Osma f’Kastilja l-qadima, qrib is-sena 1170. Studja t-teologija f’Palenza u sar kanonku tal-knisja ta’ Osma. Ghadda hajtu jitqabad b’success kbir kontra l-erezija ta’ l-Albigizi permezz tal-predikazzjoni u ta’ l-ezempju t-tajjeb. Ghal dan il-ghan beda jsejjah ghal mieghu xi nies li kien jaf, u b’dawn bhala l-ewwel patrijiet, waqqaf l-Ordni tal-Pedikaturi. Miet Bologna nhar is-6 ta’ Awwissu 1221. Hu u missierna San Frangisk huma meqjusin bhala l-Appostli tal-Knisja taz-Zminijiet tan-Nofs, u l-membri taz-zewg ordnijiet taghhom ghadhom sallum iqisu ’l xulxin bhala ahwa.
11 ta’ Awwissu SANTA KLARA TA’ ASSISI (1194-1253) Klara twieldet fil-belt ta’ Assisi fis-sena 1194 fi hdan familja nobbli. Daqsxejn ta’ tfajla, xtaqet tkun kollha kemm hi ta’ Kristu, u waqt li bdiet miexja fuq il-pariri ta’ San Frangisk, halliet id-dinja biex itterraq wara l-ideal tal-Vangelu. Kien San Frangisk innifsu li libbisha libsa tax-xkora u lesthielha post fejn tghammar qrib il-knisja ta’ San Damjan, fejn ma damitx ma marret ohtha wkoll, Santa Anjeze. Hekk twieled it-Tieni Ordni Frangiskan, li ghall-ewwel kien jissejjah l-Ordni tan-Nisa Fqar ta’ San Damjan, imbaghad beda jissejjah, kif ghadu sallum, l-Ordni ta’ Santa Klara. Il-qaddisa ghexet il-bqija ta’ hajjitha bhala religjuza f’San Damjan. Kienet tghix f’faqar perfett u fil-kontemplazzjoni, waqt li kienet iddur bi shabha s-sorijiet b’imhabba ta’ omm. Mietet fl-1253 u ghaddha mal-qaddisin il-Papa Alessandru IV fl-1255. Gisem il-qaddisa jistrieh fil-Bazilka taghha fil-belt ta’ Assisi. Il-Papa Piju XII fl-1958 hatar lil Santa Klara patruna tax-xandir bit-televizjoni.
14 ta’ Awwissu SAN MASSIMILJAN M. KOLBE (1894-1941) Rajmond, kif kien jismu l-qaddis qabel dahal religjuz, twieled Zdunska Wola fil-Polonja fl-1894. Meta kien ghadu zaghzugh dahal mal-Frangiskani Konventwali u ha l-isem ta’ Fra Massimiljan Marija. Temm l-istudji tal-filosofija u t-teoloíija f’Ruma, fejn waqqaf il-Milizzja ta’ Marija Immakulata meta kien ghadu student fil-kullegg internazzjonali ta’ l-Ordni f’Ruma. Malli ordna sacerdot rega’ lejn il-Polonja fejn intefa’ b’hegga li ma bhalha fil-hidma pastorali. Hajtu tinghazel ghaliha ghall-imhabba herqana li kellu lejn l-Immakulata u ghall-appostolat Marjan. Meta mar fil-missjoni tal-Gappun, San Massimiljan haddem kemm felah il-kelma u l-istampa ghat-tixrid tal-Fidi Nisranija. Meta mbaghad rega’ lejn il-Polonja, huwa kompla l-hidma Marjana fi Niepokalanow, il-Belt ta’ l-Immakulata, li waqqafha hu stess. Fi zmien it-tieni gwerra dinjija kien arrestat u mehud fil-kamp ta’ Oswiecim (= Auschwitz). Hemm, b’ghemil gholi ta’ mhabba, offra hajtu bi bdil ma’ dik ta’ wiehed mill-prigunieri shabu, missier ta’ familja. San Massimiljan temm hajtu fil-bunker tal-mewt lejlet l-Assunta, fl-14 ta’ Awwissu 1941. Fl-1971 il-Papa Pawlu VI kiteb lil Kolbe mal-Beati, filwaqt li fl-10 ta’ Ottubru 1982 il-Papa Gann-Pawl II kitbu mal-qaddisin martri, ghad li bhala beatu kien meqjus b’konfessur, u ghazlu bhala “patrun ta’ daz-zmenijiet imqallba.” San Massimiljan huwa l-ewwel vittma ta’ l-ahhar gwerra li nghatat il-gieh ta’ l-altari u ngharfet bhala Martri ta’ l-Imhabba mill-Knisja Universali.
19 ta’ Awwissu SAN LUDOVIK TA’ ANJOU (1274-1297) Ludovik, iben ir-Re Karlu ta’ Anjou, ta’ Napli, twieled fl-1274. Meta kien ghadu daqsxejn ta’ tifel, kien mehud prigunier ma’ hutu ghand ir-Re ta’ Aragona. Hemmhekk sar jaf lill-Frangiskani. Meta nheles mill-habs, cahad kull jedd ghat-tron u kull gid iehor ta’ l-art li kellu jew li seta’ jkollu. Meta ntghazel biex isir Isqof ta’ Tolosa ried li qabel jordna jilbes it-tonka ta’ Frangiskan u jipprofessa r-Regola ta’ San Frangisk. Ludovik f’hajtu kellu l-hila jghaqqad il-hegga pastorali ma’ mhabba kollha hrara lejn il-foqra. Kien jghix hajja tassew umli u fqira. Miet fis-sena 1297 fl-ahjar taz-zghozija. Il-Papa Gwanni XXII kitbu mal-qaddisin tal-Knisja.
21 ta’ Awwissu SAN PIJU X (1835-1914) Piju X twieled Riese qrib Treviso, fl-Italja ta’ fuq, fis-sena 1835. Malli ordna sacerdot intefa’ b’hegga qaddisa fil-hidma pastorali. Sar Isqof ta’ Mantova, imbaghad ghadda ghall-patrijarkat ta’ Venezja, u fl-1903 sab ruhu fuq it-Tron ta’ Pietru biex imexxi l-Knisja fi zminijiet ibsin u koroh. Il-programm tal-papat tieghu kien imnebbah mill-kitba ta’ San Pawl: “Ingeddu kollox fi Kristu.” Dan ghamel hiltu kollha biex iwettqu b’tama u qlubija mill-aktar qawwija. Kien ihobb il-faqar u gholla kemm felah il-livell tal-hajja Nisranija, filwaqt li wera id iebsa mal-modernizmu u ma’ erezijiet ohra ta’ zmienna. Kien membru tat-Tielet Ordni Franíiskan u devot kbir ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Miet fil-20 ta’ Awwissu 1914.
25 ta’ Awwissu SAN LUDOVIK IX (1214-1270) Ludovik jew Lwigi IX, Re ta’ Franza, twieled fis-sena 1214 u trabba b’ghozza kbira minn ommu, Bjanka ta’ Kastilja. Din mal-mewt hesrem ta’ zewgha qdiet bhala reggent tas-saltna Franciza sa ma kiber binha. Meta lahaq Re ta’ Franza, Ludovik wera kemm kellu tabilhaqq ghal qalbu l-haqq u l-qima tal-jeddijiet ta’ ghajru. Kien jiehu hsieb mhux biss il-gid materjali tal-poplu tieghu, izda wkoll u fuq kollox tal-gid spiritwali. Kien tassew mera ta’ kif lajk ghandu jahdem ghas-Saltna ta’ Alla, waqt li jaghti daqqa ta’ id lill-Hallieq fil-bini tas-saltna ta’ din l-art. Miz-zwieg tieghu ma’ Margerita ta’ Provenza kellu hdax-il wild. L-edukazzjoni li tahom kienet l-aqwa wirt li seta’ jhallilhom. Issieheb fit-Tielet Ordni Frangiskan u bhala terzjarju ta ezempju ta’ Nisrani konvint sew bil-mod kif kien jghix, bit-talb li kien jitlob, bil-penitenzi u bl-imhabba li wera lejn il-foqra. Meta kien mehtieg iddefenda kemm felah l-Ordnijiet Mendikanti. F’hajtu ghaqqad zewg krucjati ghall-helsien tal-Qabar ta’ Kristu. Miet fl-ahhar wahda minn dawn, milqut bil-pesta, qrib Tunis. Kien il-25 ta’ Awwissu 1270. Il-Papa Bonifacju VIII ghaddu mal-qaddisin tal-Knisja fl-1297. San Ludovik, flimkien ma’ Santa Elizabetta ta’ l-Ungerija, huwa l-patrun ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
L-Imqaddsa Vergni Marija ta' l-Angli fil-Porziuncola
z |