Qaddisin Frangiskani |
|
|
Qaddisin Frangiskani matul Lulju 8 ta’ Lulju SAN GIRGOR GRASSI U SHABU Fost il-martri li sfaw vittmi tal-persekuzzjoni mqajma fl-1900 fið-Cina, insibu tliet Isqfijiet Frangiskani: Girgor Grassi, Anton Fantosati, u Frangisk Fogolla; erba’ sacerdoti: Cesidju Giacomantonio, Guzeppi M. Gambaro, Elija Facchini, u Teodoru Balat; fratell religjuz: Indrì Bauer; seba’ sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija: Ermellina ta’ Gesù, Marija tal-Paci, Marija Klara, Marija ta’ Santa Natalja, Marija ta’ San Gustu, Marija Adolfina, u Marija Amandina; u Hmistax-il membru – irgiel u nisa – fl-Ordni Frangiskan Sekular. Fl-24 ta’ Novembru 1946 il-Papa Piju XII kien iddikjarahom beati, filwaqt li l-Papa Gann-Pawl II hatarhom qaddisin nhar l-1 ta’ Ottubru 2000.
9 ta’ Lulju SAN NIKOLA PICK, SAN WILHAD U SHABHOM Fix-xahar ta’ Gunju 1572, il-Kalvinisti hakmu f’idejhom il-belt ta’ Gorcum fl-Olanda. Qabdu lill-Frangiskani ta’ dik il-belt, flimkien ma’ xi qassisin Kattolici ohra, u bdew jehduhom minn rahal ghal iehor u jwaqqghuhom ghaz-zufjett quddiem in-nies kollha tal-pajjiz. Qafluhom imbaghad fil-habs ta’ Brielle u hemm tawhom kull ghamla ta’ tortura biex igaghluhom jichdu l-fidi Kattolika fl-Ewkaristija u fil-primat tal-Papa. Izda huma baqghu shah fi twemminhom u ghazlu li jieddu l-martirju, li sehh nhar id-9 ta’ Lulju 1572. Fost dawn il-martri ta’ l-Olanda, insibu lid-Daniz San Wilhad, l-ixjah wiehed fosthom. Dawn kienu maghduda mal-qaddisin tal-Knisja mill-Papa Piju IX.
10 ta’ Lulju SANTA VERONIKA GIULIANI (1660-1727) Veronika twieldet Mercatello qrib Urbino fil-Marche fis-sena 1660 u ta’ sbatax-il sena dahlet fil-monasteru tal-Klarissi Kapuccini ta’ Città di Castello qrib Perugia, l-Italja tan-nofs. Ghaddiet hajjitha ta’ Klarissa fit-talb u l-kontemplazzjoni, waqt li thabtet kemm felhet biex dejjem issir tixbah lil Gesù msallab. Bi hlas ghal din l-imhabba taghha lejn il-misteru tas-salib, Alla ghogbu jaghtiha d-don tal-Pjagi mqaddsa. Kitbet l-esperjenzi mistici taghha fi “Djarju tal-Passjoni” li jghodd bosta u bosta pagni u li kitbitu biex tobdi lill-konfessur taghha. Mietet fl-1727 u kien il-Papa Girgor XVI li stqarrha b’qaddisa vergni fl-1839.
12 ta’ Lulju SAN GWANN JONES U SAN GWANN WALL Gwann Jones twieled l-Ingilterra, izda mgieghel jahrab lejn Franza, hemmhekk dahal Frangiskan f’Pontoise. Aktarx li sar sacerdot f’Reims. Wara waqfa qasira f’Ruma, rega’ lejn l-Ingilterra u beda jaqdi ta’ saceredot bil-mohbi f’Londra. Kien arrestat, maqful il-habs, moghti torturi horox u kkundannat ghall-mewt, li grat f’Saint Thomas Waterings fil-12 ta’ Lulju 1598. Gwann Wall twieled hu wkoll l-Ingilterra u ordna sacerdot Donai fi Franza. Imbaghad dahal Frangiskan. Ghal 22 sena dam jaqdi d-dmirijiet sacerdotali tieghu fl-Ingilterra, sakemm qabduh u kkundannawh ghall-mewt. Tela’ fuq il-forka f’Worcester nhar it-22 ta’ Awwissu 1679.
14 ta’ Lulju SAN FRANGISK SOLANO (1549-1610) Frangisk Solano twieled Montilla fi Spanja fl-1549. Dahal Frangiskan u sar sacerdot u ddedika ruhu b’success mill-aqwa ghall-predikazzjoni. Imheggeg b’imhabba ghall-appostolat, telaq missjunarju qalb l-Indjani ta’ l-Amerka ta’ isfel. Hadem l-aktar f’Lima tal-Perù u f’Tucumàn ta’ l-Argentina. Kellu habta jigbed l-Indjani lejn il-fidi bl-imhabba evangelika li kellu f’qalbu u bl-ezempju ta’ hajtu. Fi zmien il-glied mal-Konkwistaturi, Frangisk zamm ma’ l-Indjani u qabez ghalihom kemm felah. Mifni bil-ghaja u l-penitenzi, miet Lima nhar l-14 ta’ Lulju 1610. Il-Papa Benedittu XIII ghaddu mal-qaddisin tal-Knisja.
15 ta’ Lulju SAN BONAVENTURA(1221-1274) Bonaventura twieled Bagnoregio fil-Lazio, l-Italja tan-nofs, fl-1221. Meta kien ghadu tarbija marad sewwa izda jinghad li fieq b’mod mirakuluz bit-talb u l-intercessjoni ta’ San Frangisk. Ghalhekk baqa’ devot lejh u meta sar zaghzugh dahal fl-Ordni tieghu. Studja f’Parigi taht il-majjistru Frangiskan Alessandru ta’ Hales, imbaghad sar hu stess majjistru fl-istess studju teologiku. Fl-1257 Bonaventura nhatar Ministru General ta’ l-Ordni li, tul il-ftit ghexieren ta’ snin li kien ilu mwaqqaf, kien kiber b’mod tal-ghageb. Huwa dam sbatax-il sena General tal-Frangiskani. Il-gvern tieghu tant kien tajjeb, tant mexa bil-ghaqal, u tant halla marka sabiha fuq it-tradizzjoni ta’ l-Ordni, li dan il-qaddis huwa meqjus bhala t-tieni fundatur tal-Frangiskani. Wiehed mill-atti principali tal-generalat tieghu kien il-hrug tal-kostituzzjonijiet “Narbonizi” li fuqhom inbnew il-kostituzzjonijiet kollha li gew wara. Kiteb ghadd kbir ta’ trattati filosofici, teologici u mistici. Fost l-ohrajn kiteb ukoll wahda mill-aqwa hajjiet ta’ San Frangisk li ígib l-isem ta’ “Legenda Maior” (= ir-Rakkont il-Kbir). Bhala Kardinal u Isqof ta’ Albano, Bonaventura ha sehem fil-koncilju ta’ Lyon li, bil-hidma tieghu, mexxa lil-Latini u lill-Griegi pass iehor lejn il-ghaqda. Miet fil-belt ta’ Lyon fil-15 ta’ Lulju 1274, assistit mill-Papa Girgor X, li kien f’dik il-belt góall-koncilju. Il-qdusija, il-gherf u l-ispiritwalità ta’ San Bonaventura, u mhux anqas l-imhabba li kellu ghall-misteru ta’ Kristu, hallew marka li ma tithassarx fuq it-tjieba Nisranija, u qalghulu t-titlu ta’ Duttur Serafiku.
21 ta’ Lulju SAN LAWRENZ TA’ BRINDISI (1559-1619) Lawrenz Russo twieled Brindisi fil-Puglie, l-Italja ta’ isfel, fl-1559 minn familja maghrufa, izda dahal mal-Frangiskani Kapuccini tal-Provincja tal-Veneto. Kien bniedem ta’ intelligenza kbira u mohh mill-aqwa, kellu memorja tal-ghageb. Fi zmien tassew qasir tghallem bosta ilsna f’daqqa, fosthom il-Grieg u l-Lhudi, il-lingwi tal-Bibbja. Bil-karattru qawwi tieghu u bil-hila kbira li kellu fit-tahdit, sehhlu jwassal bosta protestanti u Lhud ghall-fidi Kattolika. Waqt il-battalja ta’ Alba Reale fl-Ungerija (1601) indahal biex jaghmel il-qalb lis-suldati Nsara. U jinghad li kien bis-sahha tieghu li dawn kisbu r-rebha. Hidma bhal din kien digà ghamilha qablu fl-istorja Frangiskana fl-1456 San Gwann ta’ Capestrano (1386-1456). Minkejja l-hafna xoghol li kemm il-Papiet u kemm l-Ordni rhew f’idejn Lawrenz, fosthom dak tal-Vigarjat Generali ta’ l-Ordni, huwa xorta wahda baqa’ jikteb u llum hu maghdud fost l-aqwa kittieba tal-Knisja. Miet Lisbona fit-22 ta’ Lulju 1619, dakinhar stess li ghalaq sittin sena. Fl-1881 il-Papa Ljun XIII kitbu mal-qaddisin filwaqt li l-Papa Gwanni XXIII gharfu b’Duttur tal-Knisja fl-1959.
24 ta’ Lulju BEATU ANTON LUCCI(1682-1752) Anton Lucci twieled Agnone fil-Molise, l-Italja ta’ isfel, nhar it-2 ta’ Awwissu 1682. Dahal mal-Frangiskani Konventwali u ghamel isem bhala studjuz u ghalliem tat-teoloíija, li dejjem nebbhitu fil-mixja tal-perfezzjoni. Hu kien maghruf ukoll ghall-hegga li wera fil-ministeru appostoliku u ghall-mod li bih offra l-qadi tieghu lis-Sede Appostolika. Meta sar Isqof ta’ Bovino fil-Puglia, tul l-erbgha u ghoxrin sena li dam fil-kariga, huwa gab rugu tabilhaqq ta’ missier u raghaj tal-poplu tad-djocesi tieghu. Huwa hadem bla waqfien biex iqawwi l-poplu tieghu fil-fidi u fil-hajja Nisranija u ghen kemm felah lill-foqra li hu kien ihobb bi preferenza fuq haddiehor, kif jghallem il-Vangelu. Miet Bovino nhar il-25 ta’ Lulju 1752. Kien il-Papa Gann-Pawl II li dahhlu fl-album tal-beati fit-18 ta’ Gunju 1989.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Bonaventura 1221-1274
z |