Qaddisin Frangiskani |
|
|
Qaddisin Frangiskani matul Gunju 13 ta’ Gunju SANT’ANTNIN TA’ PADOVA (1195-1231) Fil-maghmudija tawh l-isem ta’ Fernandu u twieled Lisbona fil-Portugall qrib is-sena 1195. Meta kien zaghzugh dahal mal-Kanonci Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Coimbra, izda meta sar sacerdot hass li kellu jmur ixandar il-Fidi Nisranija fost il-gnus ta’ l-Afrika u jekk jista’ jkun hemm jiehu l-martirju. Kien ghalhekk li halla lill-Kanonci Regolari u dahal Frangiskan fl-1220. Dan ghamlu meta fil-monasteru tas-Salib imqaddes ta’ Coimbra waslu l-igsma ta’ San Berardu u shabu, l-ewwel martri Frangiskani, li f’dik l-istess sena kienu qatluhom fil-Marokk. Kif dahal Frangiskan, Fernandu, li issa biddel ismu ghal Fra Antonju, talab li jintbaghat missjunarju, izda Alla ried li flok jasal fl-artijiet ta’ l-Afrika, isib ruhu l-ewwel fi Sqallija, imbaghad Assisi, fejn ha sehem fil-Kapitlu ta’ Pentekoste tas-sena 1221 li mexxieh San Frangisk innifsu. Wara xi zmien fis-satra tal-kunvent ta’ Monte Paolo fir-Romagna, li fih Fra Antonju kien minsi ghal kollox, il-Mulej ghogbu johrog fil-berah id-doni li bihom kien zejnu. Minn dak iz-zmien ’il quddiem il-Qaddis intefa’ fil-predikazzjoni u fit-taghlim tat-teologija, u b’hekk sar l-ewwel Majjistru ta’ l-Ordni. Dar l-Italja kollha u Franza ta’ isfel ixandar il-Kelma ta’ Alla u jwassal hafna erezjarki ghall-indiema. Kien difensur tal-foqra u tal-maghkusin, filwaqt li l-Mulej wettaq l-appostolat tieghu b’bosta mirakli. Ghadda l-ahhar zmien ta’ hajtu fil-belt ta’ Padova, fl-Italja ta’ fuq, fejn rabat ismu ma’ dik il-belt u fejn miet fis-subborg ta’ L’Arcella, nhar il-Gimgha, 13 ta’ Gunju 1231. Il-Papa Girgor IX kitbu mal-qaddisin fit-30 ta’ Mejju 1232, anqas minn sena wara mewtu. Minhabba l-gherf u d-duttrina tieghu, li jidhru l-aktar fil-prietki li ghamel, kollha miktubin, Sant’Antnin kien mgholli ghall-gieh ta’ Duttur tal-Knisja mill-Papa Piju XII fl-1946. Il-Bazilka mibnija f’Padova fuq il-qabar tal-qaddis u li hija taht il-harsien tal-Patrijiet Konventwali, tilqa’ fiha kull jum tas-sena pellegrinaggi minn kull naha tad-dinja. Hi tabilhaqq centru ta’ talb u spiritwalità.
30 ta’ Gunju BEATU RAJMOND LULL (1235-1316) Ramon Lull twieled Palma de Mallorca fil-Gzejjer Baljarici fis-sena 1235. Issieheb fit-Tielet Ordni Frangiskan, u mahkum minn hegga kbira ghall-erwieh, haseb biex iwaqqaf xi kulleggi ghat-taghlim u t-thejjija tal-missjunarji. Kiteb ghadd kbir ta’ opri importanti f’kull qasam tal-gherf u b’hekk qala’ t-titlu ta’ “Doctor Illuminatus” (Duttur Imdawwal). Kien l-ewwel lajk li qatt ha sehem f’Koncilju Ekumeniku - dak ta’ Vjenna. Meta mar bhala missjunarju fl-Afrika ta’ fuq kien ittrattat hazin u mitfugh il-habs. Imbaghad harguh mill-habs, haggruh u telquh nofsu mejjet f’xatt il-bahar minn fejn gabru bastiment li nzerta kien ghaddej minn dik in-naha. Imma hekk kif il-bastiment kien ghoddu wasal Mallorca, Rajmond radd ruhu ’l Alla. Kien id-29 ta’ Gunju 1316. Il-Papa Klement XIII wettaq il-qima tieghu bhala beatu martri fl-1763.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
Sant'Antnin ta' Padova 1195-1231
z |